Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0806

    2008/806/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Marzu 2008 dwar ir-reġim ta' l-għajnuna mill-Istat n. C 61/03 (ex NN 42/01) li l-Italja qiegħda tagħti lill-industrija ajrunawtika ( notifikata taħt bid-dokument numru C(2008)845) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 284, 28.10.2008, p. 1–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/806/oj

    28.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 284/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-11 ta' Marzu 2008

    Dwar ir-reġim ta' l-għajnuna mill-Istat n. C 61/03 (ex NN 42/01) li l-Italja qiegħda tagħti lill-industrija ajrunawtika

    (notifikata taħt bid-dokument numru C(2008)845)

    (It-test fil-lingwa Taljana biss huwa l-awtentiku)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/806/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-ewwel punt ta' l-Artikolu 88(2),

    Wara li kkunsidrat il-ftehim dwar l-Ispazju Ekonomiku Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a),

    Wara li stiednet il-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom skond id-disposizzjonijiet imsemmija (1),

    Wara li kkunsidrat dan li ġej:

    (1)

    Il-miżura taħt investigazzjoni dwar l-għajnuniet individwali immirati lejn proġetti ta' riċerka u żvilupp fil-qasam ajrunawtiku. L-għajnuniet ingħataw mill-Italja skond il-liġi ta' l-24 ta' Diċembru 1985 nru 808, Interventi għall-iżvilupp u t-tkabbir tal-kompetittività ta' l-industriji li joperaw fissettur ajrunawtiku (minn issa ’l quddiem “il-Liġi 808/1985”). Il-Kummissjoni approvat ir-reġim fl-1986 (2).

    1.   PROĊEDIMENT

    (2)

    Fis-7 ta' Ottubru 1999 u mill-ġdid fit-12 ta' Jannar 2001 il-Kummissjoni rċeviet rapport li l-Italja kienet tat għajnuniet illeġittimi għal proġetti individwali dwar riċerka u żvilupp (minn issa ‘l quddiem “R&Ż”) li saru mill-industrija ajrunawtika Taljana.

    (3)

    Il-Kummissjoni talbet informazzjoni fit-8 ta' Mejju 2000, li ngħatat mill-awtoritajiet Taljani fl-1 ta' Lulju. Min għamel ir-rapport ipprovda aktar informazzjoni permezz ta' l-ittri tas-27 ta' April 2001 u tat-30 ta' Mejju 2002.

    (4)

    Fl-1 ta' Frar 2001 l-awtoritajiet Taljani pprovdew lill-Kummissjoni ċerta informazzjoni dwar l-għajnuniet mhux innotifikati mogħtija mill-Italja għal 13-il proġett waħdieni tar-R&Ż.

    (5)

    Bl-ittri ta' l-14 ta' Awwissu 2001 u ta' l-24 ta' Awwissu 2001 il-Kummissjoni talbet l-awtoritajiet Taljani aktar informazzjoni dwar il-proġetti. L-Italja rrispondiet fil-31 ta' Ottubru 2001 u pprovdiet aktar informazzjoni dwar sitt każijiet.

    (6)

    Fl-2002 il-Kummissjoni talbet valutazzjoni tas-sitt proġetti mingħand esperti indipendenti. Il-korrispondenza ngħatat lill-Kummissjoni fis-7 ta' April 2003 u fit-23 ta' April 2003.

    (7)

    Fuq it-talba ta' l-awtoritajiet Taljani saru żewġ laqgħat fis-27 ta' Mejju 2003 u fit-30 ta' Ġunju 2003.

    (8)

    Fl-1 ta' Ottubru 2003 il-Kummissjoni bdiet il-proċedura ta' indaġni formali (minn issa ‘l quddiem “l-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura”) dwar is-sitt każijiet ta' l-għajnuna sostanzjali favur proġetti ta' riċerka u żvilupp li ma kinux innotifikati b’mod individwali mill-Italja, kontra r-regoli applikabbli għal affarijiet ta' għajnuna għar-R&Ż, jiġifieri l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Dixxiplina komunitarja għall-għajnuna mill-Istat dwar ir-riċerka u żvilupp (3) (minn issa ‘l quddiem “id-dixxiplina ta' l-1996”) u d-dixxiplina komunitarja dwar affarijiet ta' l-Istat favur ir-R&Ż ta' l-1986 (4) (minn issa ‘l quddiem “id-dixxiplina ta' l-1986”). Dwar is-sitt każijiet, il-Kummissjoni esprimiet xi perplessitajiet dwar il-kompatibilità tagħhom mar-regoli applikabbli għall-kwistjonijiet ta' l-għajnuniet dwar ir-R&Ż (5).

    (9)

    Wara l-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċeduri l-partijiet li ġejjin bagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom, rispettivament:

    (a)

    bl-ittra tat-3 ta' Frar 2004, uffiċjalizzata mill-Kummissjoni fl-4 ta' Frar 2004, l-Italja. Bl-ittra tat-18 ta' Frar 2004, uffiċjalizzata mill-Kummissjoni fit-23 ta' Frar 2004, l-Italja bagħtet verżjoni riveduta ta' l-osservazzjonijiet tagħha.

    (b)

    bl-ittra ta' l-20 ta' Frar 2004, uffiċjalizzata mill-Kummissjoni fl-istess ġurnata, Franza.

    (ċ)

    bl-ittra ta' l-20 ta' Frar 2004, uffiċjalizzata mill-Kummissjoni fit-23 ta' Frar 2004, Finmeccanica.

    (d)

    bl-ittra tat-23 ta' Frar 2004, uffiċjalizzata mill-Kummissjoni l-istess ġurnata, parti terza interessata li ppreferiet tibqa’ anonima bagħtet l-osservazzjonijiet tagħha.

    (10)

    Bl-ittra tat-22 ta' Marzu 2004, l-osservazzjonijiet li waslu għand il-Kummissjoni jingħaddew lill-Italja.

    (11)

    Bl-ittra tas-26 ta' Mejju 2004, uffiċjalizzata mill-Kummissjoni fit-28 ta' Mejju 2004, l-Italja wieġbet għal dawn l-osservazzjonijiet.

    (12)

    Bl-ittra ta' l-1 ta' Lulju 2004, uffiċjalizzata mill-Kummissjoni fis-6 ta' Lulju 2004, il-parti terza interessata pprovdiet aktar informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġi 808/1985, li tikkostitwixxi r-reġim ta' l-għajnuna approvata tas-sitt każijiet ta' l-ewwel deċiżjoni għall-bidu tal-proċedura.

    (13)

    Bl-ittra tat-3 ta' Awwissu 2004, uffiċjalizzata mill-Kummissjoni fl-4 ta' Awwissu 2004, l-Italja pprovdiet aktar informazzjoni dwar il-liġi 808/1985 u dwar l-applikazzjoni tagħha għall-każijiet tal-proċediment ta' l-indaġni oriġinali.

    (14)

    Bl-ittra tad-19 ta' Awwissu 2004, uffiċjalizzata mill-Kummissjoni fl-20 ta' Awwissu 2004, il-parti terzi interessata pprovdiet aktar informazzjoni dwar il-liġi 808/1985 u dwar l-applikazzjoni tagħha għall-każijiet individwali.

    (15)

    Bl-ittra tat-13 ta' Settembru 2004, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni lill-Italja dwar il-każijiet taħt investigazzjoni taħt il-proċediment ta' l-indaġni oriġinali.

    (16)

    Bl-ittra ta' l-20 ta' Settembru 2004, uffiċjalizzata mill-Kummissjoni fil-22 ta' Settembru 2004, il-parti terzi interessata pprovdiet aktar informazzjoni dwar il-liġi 808/1985 u dwar l-applikazzjoni tagħha għall-każijiet individwali.

    (17)

    Bl-ittra tat-30 ta' Settembru 2004, uffiċjalizzata mill-Kummissjoni fl-1 ta' Ottubru 2004, l-Italja wieġbet għall-ittra msemmija tal-Kummissjoni tat-13 ta' Settembru 2004.

    (18)

    Bl-ittra tat-12 ta' Ottubru 2004, il-Kummissjoni wissiet l-Italja li ħasset li kienet ipprovdiet tweġibiet mhux kompluti għall-ittra tagħha tat-13 ta' Settembru 2004. Il-Kummissjoni ppreżentat it-talba tagħha lill-Italja, u ppreċiżat li fil-każ tan-nuqqas ta' tweġiba jew tweġiba mhux kompluta, setgħet tordna l-gvern Taljan jipprovdi informazzjoni skond l-Artikolu 10(3), tar-regolament (KE) Nru. 659/1999 tal-Kunsill tat-22 ta' Marzu 1999 li jipproponi modalità għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (6) (minn issa ‘l quddiem “ir-regolament tal-proċedura”).

    (19)

    Bl-ittra tal-15 ta' Ottubru 2004, uffiċjalizzata mill-Kummissjoni fl-istess ġurnata, u bl-ittra tat-22 ta' Ottubru 2004, uffiċjalizzata mill-Kummissjoni fil-25 ta' Ottubru 2004, l-Italja wieġbet għall-ittra msemmija tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2004.

    (20)

    Fl-10 ta' Diċembru 2004 il-Kummissjoni ddeċidiet (7) li tordna l-Italja biex tipprovdi informazzjoni u talbet tweġiba kompluta għall-mistoqsijiet li tqajmu mill-ittra msemmija tat-13 ta' Settembru 2004.

    (21)

    Bl-ittra tad-19 ta' Jannar 2005, uffiċjalizzata mill-Kummissjoni fil-21 ta' Jannar 2005, l-Italja wieġbet għall-ordni biex tipprovdi informazzjoni.

    (22)

    Bl-ittra ta' l-10 ta' Marzu 2005, uffiċjalizzata mill-Kummissjoni fl-14 ta' Marzu 2005, l-Italja bagħtet rapport ta' informazzjoni bħala tweġiba tagħha għall-ordni biex tipprovdi informazzjoni.

    (23)

    Bid-deċiżjoni tat-22 ta' Ġunju 2005 (8) il-Kummissjoni ddeċidiet li twessa’ l-iskop ta' l-applikazzjoni tal-proċediment (minn issa ‘l quddiem “it-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura”). Fit-12 ta' Ottubru 2005 it-tieni deċiżjoni kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (9).

    (24)

    Bl-ittra tas-17 ta' Ġunju 2005 l-awtorijajiet Taljani osservaw li l-iskop taż-żewġ deċiżjonijiet tal-bidu tal-proċedura kienu jirrigwardjaw kwistjonijiet sensittivi għas-sigurtà nazzjonali.

    (25)

    Bl-ittra tal-15 ta' Lulju 2005 il-Kummissjoni rrispondiet li l-indaġni tagħha kienet limitata esklussivament għall-aspetti ċivili u li l-valutazzjoni tal-proġetti importanti għall-fini tas-sigurtà nazzjonali kienet se ssir preċiżamenti biex ikunu esklużi mill-iskop ta' l-applikazzjoni tad-deċiżjoni finali.

    (26)

    Fuq it-talba ta' l-awtoritajiet Taljani, bl-ittra tas-6 ta' Settembru 2005 u tat-18 ta' Novembru 2005 il-Kummissjoni bagħtet lill-Italja d-dokumenti kollha msemmijin fit-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, jiġifieri dawk mibgħuta mill-parti terza interessata.

    (27)

    Fl-24 ta' Ottubru 2005 l-awtoritajiet Taljani ppreżentaw l-ewwel osservazzjonijiet tagħhom wara t-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, l-aktar dwar il-funzjoni tar-reġim ġenerali.

    (28)

    Fit-30 ta' Novembru 2005 l-awtoritajiet Taljani fformulaw aktar osservazzjonijiet integrati f’sensiela ta' annessi fis-6 ta' Diċembru 2005.

    (29)

    Fil-11 ta' Novembru 2005 il-parti terza interessata fformulat l-osservazzjonijiet tagħha wara t-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura. Fid-19 ta' Diċembru 2005 dawn l-osservazzjonijiet ġew mgħoddija lill-awtoritajiet Taljani, li rrispondew b’ittra fis-6 ta' Marzu 2006.

    (30)

    Fit-3 ta' Mejju 2006 saret laqgħa bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Taljani. Wara din il-laqgħa, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni bl-ittra tat-23 ta' Mejju 2006, fejn ġibdet l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet Taljani ta' l-informazzjoni mitluba taħt l-iskop tat-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura.

    (31)

    Fil-5 ta' Mejju 2006 l-awtoritajiet Taljani fformulaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar in-natura ta' parti mill-informazzjoni, b’mod partikolari fuq il-possibbiltà li jattribwixxu jew le lill-Qorti tal-Kontijiet lista ta' proġetti inkluża fid-dikjarazzjonijiet li saru mill-parti terza interessata.

    (32)

    Fid-29 ta' Ġunju 2006 l-awtoritajiet Taljani bagħtu wkoll id-deliberazzjoni tal-Kumitat Interministerjali għall-Programmazzjoni Ekonomika (minn issa ‘l quddiem “KIPE”) adottata fit-22 ta' Marzu 2006 li, skond l-intenzjonijiet ta' l-awtoritajiet Taljani, kienet immirata biex tiggarantixxi li r-reġim ikun konformi mal-kundizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat dwar ir-R&Ż.

    (33)

    Fil-11 ta' Lulju 2006 l-awtoritajiet Taljani fformulaw l-ewwel osservazzjonijiet tagħhom bħala tweġiba għall-ittra tat-23 ta' Mejju 2006.

    (34)

    Fis-17 ta' Ottubru 2006 l-awtoritajet Taljani lestew it-trażmissjoni ta' l-osservazzjonijiet bħala tweġiba għall-ittra tal-Kummissjoni u pprovdew lista tal-proġetti ffinanzjati taħt il-qafas tar-reġim. Fl-24 ta' Ottubru 2006 huma pprovdew il-mehmużin imsemmija fl-ittra ta' qabel.

    (35)

    Bl-ittra tat-12 ta' Diċembru 2006 il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni dwar il-pjanijiet għar-rifużjoni dwar il-proġetti li kienu inklużi fil-lista pprovduta mill-awtoritajiet Taljani u pproponiet li tiddiskuti fuq livell tekniku l-pjanijiet tal-konċessjoni u r-rifużjoni tal-proġetti individwali.

    (36)

    Wara l-laqgħa tat-30 ta' Marzu 2007, l-awtoritajiet Taljani pprovdew fl-24 ta' April 2007 l-informazzjoni dwar il-kalkolu komplut dwar il-proġetti u bagħtu żewġ noti dwar żewġ proġetti msemmijin fit-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura (A139 u BA609).

    (37)

    Wara laqgħa oħra li nżammet fis-26 ta' April 2007, fl-uffiċċji tar-Rappreżentanza Permanenti ta' l-Italja għall-UE, kienet organizzata laqgħa oħra fl-4 ta' Mejju 2007 fejn l-awtoritajiet Taljani taw permess lil delegazzjoni tal-Kummissjoni biex jaraw id-dokumenti (meqjusin ikklassifikati minħabba raġunijiet tas-sigurtà nazzjonali) dwar iż-żewġ proġetti msemmija.

    (38)

    Fit-23 ta' Mejju 2007 inżammet laqgħa finali dwar il-pjanijiet tar-rifużjoni għal proġetti individwali.

    (39)

    Il-Kummissjoni talbet xi informazzjoni bl-ittra tal-21 ta' Ġunju 2007. L-ittra reġgħet semmiet il-pjanijiet imsemmijin dwar il-proġetti individwali tar-R&Ż, inklużi l-kundizzjonijiet għar-rifużjoni tas-self.

    (40)

    L-Italja wieġbet għal dik l-ittra fl-1 ta' Awwissu, u indikat il-ftehim tagħha dwar il-pjanijiet imsemmija fl-aħħar ittra tal-Kummissjoni u pprovdiet informazzjoni dwar il-punti l-oħrajn li tqajmu fit-tali ittra. Aktar informazzjoni relevanti ntbagħtet fl-1 ta' Ottubru 2007.

    (41)

    Fil-5 ta' Ottubru 2007 inżammet laqgħa oħra ma’ l-awtoritajiet Taljani, fejn ipparteċipaw il-Kummissarju Kroes u l-Ministru Bersani.

    (42)

    L-awtoritajiet Taljani pprovdew aktar informazzjoni bl-ittri ddatati d-29 ta' Ottubru 2007, is-27 ta' Novembru 2007 u t-12 ta' Diċembru 2007.

    (43)

    Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni bl-ittra tat-23 ta' Novembru 2007.

    (44)

    Il-laqgħat ma’ Franza u mal-parti terza interessata anonima saru fid-dati li ġejjin: il-21 ta' Marzu 2006, it-18 ta' Ottubru 2006, l-10 ta' Novembru 2006, it-22 ta' Mejju 2007, il-5 ta' Lulju 2007, is-6 ta' Settembru 2007, l-14 u d-19 ta' Novembru 2007 u l-11 ta' Frar 2008.

    2.   DESKRIZZJONI TAR-REĠIM APPROVAT FL-1986

    (45)

    Kif indikat fl-ewwel punt, il-Kummissjoni approvat ir-reġim ta' l-għajnuna għar-R&Ż għas-settur ajrunawtiku fl-Italja fl-1986. Fid-deċiżjoni l-Kummissjoni nnotat li l-istess modalità tal-finanzjament pubbliku, b’mod partikolari dwar ir-rifużjonijiet, kienet stabbilita wara għal kull proġett individwali.

    (46)

    Fid-deċiżjoni tagħha l-Kummissjoni talbet għall-ħtieġa li jiġunotifikati l-għajnuniet individwali kollha li jkunu ta' valur ta' aktar minn minimu ta' 20 miljun EKU fejn jidħlu l-ispejjeż ammissibbli, skond il-punt 5.5 taħt ir-reġim ta' l-1986 (10).

    (47)

    Irriżulta li l-awtoritajiet Taljani qatt ma avżaw lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 88, il-paragrafu 3, tat-trattat tal-KE, bl-ebda każ ta' l-applikazzjoni tal-liġi 808/1985.

    (48)

    Il-qasam ta' l-applikazzjoni oriġinali tal-liġi 808/1985 innotifikata lill-Kummissjoni alloka estimi ta' 690 biljuni ta' ITL għall-interventi mistennija, biex jitqassmu matul il-perjodu 1985-1989. Il-qasam ta' l-applikazzjoni tal-liġi oriġinarjament innotifikata twessa’ diversi drabi wara l-1989, wara deċiżjonijiet ta' ffinanzjar mill-ġdid adottati mill-gvern Taljan. L-ebda minn dawn it-twessigħ ma kienet innotifikata lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 88, paragrafu 3, tat-Trattat.

    (49)

    Bid-dħul fis-seħħ tad-dixxiplina ta' l-1996 (11) l-awtoritajiet Taljani approvaw (12) il-miżuri xierqa, inklużi l-minimi l-ġodda tan-notifika ekwivalenti għal 25 miljun EKU għall-ispejjeż ammissibbli u 5 miljuni EKU għall-għajnuniet.

    (50)

    Matul l-2001 u l-2002, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Taljani kellhom skambju ta' korrispondenza (13) dwar ir-reġim. L-għan ta' din il-korrispondenza kien li ċerti modifikazzjonijiet ikunu attwati għar-reġim sabiex dan isir konformi mal-kriterji stabbiliti fir-reġim ta' l-1996.

    (51)

    Wara l-iskambju tal-korrispondenza, l-Italja adottat test għall-attwazzjoni tal-kriterji tad-dixxiplina msemmija (14). Wara li rċeviet it-tali dokument, li ntbagħtilha fit-22 ta' Novembru 2002, il-Kummissjoni aċċettat l-impenji ta' l-Italja bl-ittra tat-18 ta' Diċembru 2002.

    (52)

    Il-liġi 808/1985 ipprovdiet għal tliet tipi ta' interventi possibbi mill-Istat favur kumpaniji ta' l-industrija ajrunawtika. Minn dakinhar baqa’ wieħed biss, li huwa s-suġġett tad-deċiżjoni preżenti, jiġifieri l-interventi taħt l-Artikolu 3, ittra (a) ta' l-istess liġi.

    (53)

    Dawn l-interventi jinkludu l-iffinanzjar, min-naħa ta' l-Istat, ta' parti mill-ispejjeż tal-proġetti tar-R&Ż li saru mill-kumpaniji Taljani flimkien ma’ kumpaniji barranin fil-qasam ajrunawtiku.

    3.   DUBJI LI ĦARĠU MILL-EWWEL DEĊIŻJONI TAL-BIDU TAL-PROĊEDURA

    (54)

    L-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura kienet dwar tlettax-il-proġett individwali tar-R&Ż.

    (55)

    Fl-ewwel deċiżjoni msemmija, l-Kummissjoni qajmet xi dubji dwar il-kumpabilità ta' sensiela ta' proġetti kbar tar-R&Ż (imniżżlin fil-punt 60, fl-ewwel skeda) mhux innotifikati skond il-kundizzjonijiet infurzati dwar l-għajnuniet għar-R&Ż (id-dixxiplina ta' l-1986 u d-dixxiplina ta' l-1996 (15).

    (56)

    B’mod partikolari, il-Kummissjoni kellha dubji jekk:

    (a)

    Parti mill-kompiti ta' diversi proġetti setgħux ikunu kklassifikati bħala attività ta' żvilupp ta' qabel il-kompetizzjoni: A109X, A109DEF, MD 95 (16), MD 11, DO 328 Panels u DO328KE

    (b)

    L-għajnuna kellhiex l-effett ta' inċentiv f’diversi proġetti: A109X, A109 DEF, MD95, MD11, DO328 Panels u DO328KE.

    (57)

    Il-Kummissjoni ma ressqet l-ebda oġġezzjoni dwar l-erba’ proġetti l-oħra (DO328, MD11 winglet, ATR72 u EH101), fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli f’dak iż-żmien.

    (58)

    Il-Kummissjoni qablet li proġett ([…] (*)), jerġa’ jidħol taħt l-iskop ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 296(2) tat-Trattat.

    (59)

    Finalment, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li, skond l-informazzjoni disponibbli f’dak iż-żmien, żewġ proġetti (kabini bil-pressa, A119Koala) kienu taħt il-livell minimu tan-notifika individwali.

    (60)

    L-iskeda li ġejja tiġbor fil-qosor l-informazzjoni dwar tali proġetti:

    Skeda 1

    L-Ewwel Skeda: proġetti msemmija fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura

    Proġett

    Benefiċjarju

    Kumment

    1)

    Kabini bil-pressa

    Alenia

    Dak iż-żmien ikkunsidrat taħt il-livell tan-notifika individwali

    2)

    A109X

    Agusta

    dubji dwar il-klassifikazzjoni ta' l-attività tar-R&Ż u dwar l-effett ta' l-inċentiv

    3)

    A119 Koala

    Agusta

    dak iż-żmien ikkunsidrat taħt il-livell tan-notifika individwali

    4)

    A109 DEF

    Agusta

    dubji dwar il-klassifikazzjoni ta' l-attività tar-R&Ż u dwar l-effett ta' l-inċentiv

    5)

    MD95

    Alenia

    dubji dwar il-klassifikazzjoni ta' l-attività tar-R&Ż u dwar l-effett ta' l-inċentiv

    6)

    […]

    (…)

    reġa’ ddaħħal taħt il-kappa ta' l-Artikolu 296 tat-Trattat

    7)

    MD11 LWR

    Alenia

    dubji dwar il-klassifikazzjoni ta' l-attività tar-R&Ż u dwar l-effett ta' l-inċentiv

    8)

    DO328 KE

    Aermacchi

    dubji dwar il-klassifikazzjoni ta' l-attività tar-R&Ż u dwar l-effett ta' l-inċentiv

    9)

    DO328 Panewijiet

    Aermacchi

    dubji dwar il-klassifikazzjoni ta' l-attività tar-R&Ż u dwar l-effett ta' l-inċentiv

    10)

    DO328

    Aermacchi

    l-ebda oġġezzjoni mressqa fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli f’dak il-mument

    11)

    MD11 Winglet

    Alenia

    l-ebda oġġezzjoni mressqa fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli f’dak il-mument

    12)

    ATR72

    Alenia

    l-ebda oġġezzjoni mressqa fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli f’dak il-mument

    13)

    EH101 utility

    Agusta

    l-ebda oġġezzjoni mressqa fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli f’dak il-mument

    4.   IL-BENEFIĊJARJI

    (61)

    Il-benefiċjarji msemmija fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura kienu dawn li ġejjin:

    (a)

    Agusta, li saret AgustaWestland wara li ngħaqdet ma’ Westland, kumpanija taħt il-grupp ta' Finmeccanica li tispeċjalizza fil-ħelikopters;

    (b)

    Alenia, kumpanija taħt il-grupp ta' Finmeccanica li tispeċjalizza fl-ajrustrutturi;

    (ċ)

    Aermacchi, kumpanija tal-grupp ta' Finmeccanica minn Jannar 2003, li oriġinarjament kienet tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' l-ajruplani għat-taħriġ li wara ddiversifikat l-attivitajiet tagħha għall-qasam ta' l-ajrustrutturi.

    (62)

    Skond l-informazzjoni pprovduta wara l-ewwel deċiżjoni, jirriżultaw żewġ benefiċjarji oħra:

    (a)

    Avio, kumpanija li tispeċjalizza f’muturi ajrunawtiċi; Avio qabel kienet parti mill-grupp ta' Fiat (bl-isem ta' FiatAvio); wara kienet akkwistati mill-grupp ta' private equity Carlyle, b’parti ta' minorità tinżamm minn Finmeccanica. Fl-2006 Avio għaddiet taħt il-kontroll tal-grupp ta' private equity Cinven, b’parti ta' 25 % miżmuma minn Finmeccanica;

    (b)

    Il-Piaggio Aero Industries (minn issa ‘l quddiem “Piaggio”) hija kumpanija li tipproduċi strutturi u muturi ajrunawtiċi; inbdiet f’Novembru ta' l-1998, meta grupp ta' azzjonisti akkwistaw l-attivitajiet u ħadu l-proġetti ta' l-attivitajiet ajruspazjali tal-kumpanija ta' qabel magħrufa bħala Rinaldo Piaggio S.p.A, kif ikkonfermat mill-iskambju tal-korrispondenza (ipprovduta mill-awtoritajiet Taljani) bejn il-Ministru ta' l-Industrija u Piaggio Aero Industries.

    5.   OSSERVAZZJONIJIET TA' L-ITALJA DWAR ID-DUBJI LI TQAJMU MILL-EWWEL DEĊIŻJONI TAL-BIDU TAL-PROĊEDURA

    (63)

    L-Italja rrikonoxxiet li l-informazzjoni li użat il-Kummissjoni, dwar il-proġetti li dwarhom tqajmu d-dubji fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, kienu kompletament mhux biżżejjed. L-Italja barra minn hekk irrikonoxxiet li, proprju minħabba dan in-nuqqas ta' informazzjoni, il-Kummissjoni kellha raġun turi dubji dwar dawn il-proċeduri. Biex telimina dawn id-dubji, l-Italja pprovdiet ħafna informazzjoni dwar il-proġetti, b’mod partikolari dwar l-ammissibilità ta' l-ispejjeż fil-fażi tar-riċerka u l-effett ta' l-inċentivazzjoni ta' l-għajnuna.

    (64)

    Dwar il-proġett A109DEF, l-Italja pprovdiet deskrizzjoni ddettaljata tal-proġett tar-R&Ż għall-iżvilupp tal-ħelikopter, b’referenza partikolari għall-installazzjoni ta' tip ġdid ta' mutur, l-islitti, l-iskrun, is-sistemi avjoniċi u l-qafas taż-żaqq. L-awtoritajiet Taljani pprovdew ukoll il-kalendarju ta' l-eżekuzzjoni tal-proġetti, fejn jirriżulta li l-innovazzjonijiet kontenuti fil-komponenti msemmijin qabel saru ħafna qabel iċ-ċertifikazzjoni tagħhom (li seħħet fl-1998) u ta' l-applikazzjoni tagħhom tal-ħelikopter A109Power armat b’mutur Turbomeca, li ċ-ċertifikazzjoni tiegħu saret f’Ġunju 2001. Din is-sekwenza ta' avvenimenti turi wkoll li l-għajnuna kellha l-effett ta' inċentivazzjoni fil-miżura fejn it-teknoloġiji kienu ġodda u ma kienu installati fuq l-ebda inġenju ta' l-ajru.

    (65)

    Dwar il-proġett A109X, l-Italja pprovdiet deskrizzjoni ddettaljata tal-proġett tar-R&Ż, b’referenza partikolari għall-iskrun tad-denb, għas-sistema tat-trasmissjoni, għall-mutur ewlieni u għall-qafas taż-żaqq. L-Italja indikat li l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-A109X – l-iskrun ewlieni b’ħames paletti, l-iskrun kontra l-appoġġ intubat fid-direzzjoni tal-kurrent u apparat li jnaqqas bir-roti ċatti u koniċi– ma kienu preżenti fl-ebda prodott ieħor ta' Agusta. L-awtoritajiet Taljani wkoll indikaw li l-proġett A109X għandu l-intenzjoni li jiżviluppa ġenerazzjoni ġdida ta' ħelikopters, bl-introduzzjoni fis-suq maħsuba għal wara l-2009.

    (66)

    Dwar il-proġetti MD95 u MD11, l-awtoritajiet Taljani rrikonoxxew li l-informazzjoni li kellha l-Kummissjoni waqt l-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura ma kinetx biżżejjed biex toħroġ distinzjoni bejn iż-żewġ proġetti, li għandhom jitqiesu separatament, anki jekk it-tnejn li huma jirrigwardjaw il-qafas taż-żaqq.

    (67)

    Skond l-awtoritajiet Taljani, il-proġett MD95 kien jinvolvi attivitajiet ikklassifikati bħal riċerka industrijali u żvilupp u kompetizzjoni minn qabel, biex Alenia titħalla ttejjeb l-għarfien dwar il-qafas taż-żaqq għal inġenji kbar ta' l-ajru. L-attivitajiet jirrigwardaw b’mod partikolari l-metodoloġiji tal-kalkoli għall-proġettazzjoni tal-qafas taż-żaqq, l-iżvilupp ta' kodiċi speċifiċi għat-tolleranza għall-ħsara tal-qafas taż-żaqq u t-titjib ta' l-għarfien ġenerali taħt l-iskop tal-kumpanija dwar kull aspett ta' l-inġinerija, bħal per eżempju s-soluzzjonijiet strutturali reżistenti għan-nar u l-korrożjoni tal-materjali.

    (68)

    Dwar il-proġett MD11, l-awtoritajiet Taljani jindikaw li l-attivitajiet tar-R&Ż dwar l-iżvilupp ta' prototipu taħt l-iskop tar-riċerka preliminari. Il-proġett ippermetta l-ħolqien ta' banek tad-dejta u proċessi ta' l-iżvilupp għall-impjieg ta' teknoloġiji ġodda dwar l-oqfsa taż-żaqq ta' l-inġenji ta' l-ajru, li kienu jirrappreżentaw attività ġdida għal Alenia.

    (69)

    It-tieni nett, l-awtoritajiet Taljani pprovdew ġustifikazzjoni għall-effett ta' l-inċentivazzjoni għall-għajnuna dwar dawn iż-żewġ proġetti. L-għajnuna ppermettiet li Alenia tkabbar b’mod sinifikattiv l-ispiża lejn ir-R&Ż, jiġifieri mill- […] tal-bejgħ kollu tal-kumpanija matul il-perjodu ta' erba’ snin ta' kemm damu l-proġetti. Skond l-Italja, il-proġetti kellhom jippermettu li Alenia ttejjeb l-għarfien teknoloġiku tagħha lil hinn mil-livell normali tagħha.

    (70)

    Fejn jidħlu ż-żewġ proġetti dwar id-DO328, l-awtoritajiet Taljani l-ewwelnett speċifikaw li dawn kienu l-proġetti hekk imsejħa DO328 Panewijiet u DO328 Kapaċità Estiża (KE) (17). Id-DO328 basiku kienu jirrigwarda l-iżvilupp, min-naħa ta' Aermacchi, ta' l-għarfien teknoloġiku għall-avjazzjoni ċivili. Sa l-aħħar tas-snin 80 Aermacchi kienet ingaġġata l-aktar f’ajruplani għat-taħriġ militari.

    (71)

    Il-proġett DO328 Panewijiet kien jikkonsisti mill-iżvilupp ta' shells, li qabel kienu mmanifatturati mill-kumpanija Koreana Daewoo. Il-proġett kienu jinkludi wkoll l-iżvilupp ta' tekniċi u ta' teknoloġiji ta' l-immuntar (li wħud minnhom ma kinux applikati għall-prodott finali) u l-iżvilupp ta' żewġ prototipi.

    (72)

    Skond l-awtoritajiet Taljani, l-għan tad-DO328 KE kien li jiżdied in-numru ta' passiġġieri permezz ta' l-iżvilupp ta' qafas ġdid taż-żaqq, tal-ġwienaħ u strutturi mmodifikati (per eżempju biex jikkunsidraw diversi tagħbijiet), eċċ. L-awtoritajiet Taljani pprovdew informazzjoni partikolari dwar il-kompiti speċifikati fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, li ddeskrivew fid-dettall il-fażijiet tar-riċerka.

    (73)

    Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Taljani pprovdew informazzjoni fid-dettall dwar l-effett ta' inċentivta’ l-għajnuna għaż-żewġ proġetti DO328. Huma ġibdu l-attenzjoni lejn l-importanza tal-proġetti għal Aermacchi, fejn ikkunsidraw li kienu kważi n-nofs ta' l-attivitajiet globali tar-R&Ż tal-kumpanija għall-perjodu 1996-1999. L-awtoritajiet Taljani ddikjaraw ukoll li Aermacc ma kenitx kapaċi tiffinanzja dawn il-proġetti tar-R&Ż bir-riżorsi tagħha u ma kenitx kapaċi tieħu sehem fil-proġett ġenerali mmexxi minn Dornier.

    6.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET TERZI DWAR L-EWWEL DEĊIŻJONI TAL-BIDU TAL-PROĊEDURA

    6.1.   Finmeccanica

    (74)

    Finmeccanica fformulat l-osservazzjonijiet tagħha biss wara l-ewwel deċiżjoni (18), f’isem il-kumpaniji kollha li jiffurmaw il-grupp: Agusta, Aermacchi u Alenia. Finmeccanica ddikkjarat li hija kkontrallata b’mod sostanzjali mill-Istat Taljan (19).

    (75)

    Finmeccanica bagħtet l-osservazzjonijiet tagħha biex tiċċara d-dubji li tqajmu mill-Kummissjoni fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura dwar is-sitt proġetti. F’din l-okkażjoni Finmeccanica ddikjarat li bi ħsiebha tgħaqqad l-osservazzjonijiet ifformulati mill-gvern Taljan, li hija kienet taqbel magħhom u li għalihom qiegħda tagħmel riferenza, u żiedet dan li ġej, dwar is-sitt proġetti.

    (a)

    A 109 D/E/F: skond Finmeccanica t-tliet verżjonijiet tal-proġett jinkludu elementi diversi ta' innovazzjoni teknoloġika (skrun, ir-roti ta' l-ajruplan) u huma armati b’muturi diversi (Allison, PW u Turbomeca rispettivament), li kellhom bżonn proċessi ta' ċertifikazzjoni diversi għall-verżjonijiet individwali.

    (b)

    A 109 X: Finmeccanica ssostni li l-ħelikopter ma jirrappreżentax biss verżjoni differenti ta' l-A109. Huwa fil-fatt ħelikopter kompletament ġdid li, skond il-pjanijiet tal-kumpanija, għandu jkun l-oriġini ta' ġenerazzjoni ġdida ta' ħelikopters b’żewġ muturi biex jitqiegħed fuq is-suq mill-2009.

    (ċ)

    MD 95: Finmeccanica spjegat fid-dettall għaliex, skond l-opinjoni tagħha, l-attivitajiet li saru minn Alenia taħt l-iskop tal-kompiti kienu jirrappreżentaw spejjeż tar-R&Ż.

    (d)

    MD 11: Finmeccanica spjegat fid-dettall għaliex, skond l-opinjoni tagħha, l-attivitajiet li saru minn Alenia taħt l-iskop tal-kompiti kienu jirrappreżentaw spejjeż tar-R&Ż.

    (e)

    DO 328 – Panels: Finmeccanica rreferiet għall-osservazzjonijiet ifformulati mill-awtoritajiet Taljani dwar dan il-proġett magħmul minn Aermacchi.

    (f)

    DO 328 – Kapaċità Estiża: Finmeccanica rreferiet għall-osservazzjonijiet ifformulati mill-awtoritajiet Taljani dwar dan il-proġett magħmul minn Aermacchi. Huma żiedu li dan il-proġett huwa essenzjalment differenti minn dak ta' qabel, peress li spiċċat b’żewġ prototipi, li għadhom jidhru fuq is-sit tal-kumpanija.

    (76)

    Dwar l-effett ta' l-inċentivazzjoni ta' l-għajnuna riċevuta għat-tali proġetti, Finmeccanica ddikjarat dan li ġej:

    (a)

    Għaż-żewġ ħelikopters (A 109 D/E/F u A 109X), Finmeccanica ddikjarat li, fl-opinjoni tagħha, mingħajr l-għajnuna, il-kumpanija ma kenitx tkun kapaċi twettaq il-proġetti minħabba r-riskji relatati ma’ l-eżekuzzjoni fuq perjodu twil. It-tieni nett, Finmeccanica ddikjarat li l-ispejjeż u l-organiku tar-R&Ż ta' Agusta kibru b’erba’ punti perċentwali matul il-perjodu 1995-1999.

    (b)

    Dwar il-proġetti ta' l-avjonika ta' Alenia (MD11 u MD95), Finmeccanica ddikjarat li tat permess lill-kumpanija biex tispeċjalizza fl-iżvilupp ta' sottosistemi għall-qafas taż-żaqq. Skond Finmeccanica, Alenia kellha ssaħħaħ b’mod sinifikattiv l-għarfien teknoloġiku tagħha għaż-żewġ proċessi ta' l-iżvilupp, għall-ħolqien tal-prototipi u għat-test.

    (ċ)

    Dwar il-proġetti ta' l-avjonika ta' Aermacchi (DO328 Panewijiet u DO328KE), Finmeccanica ddikjarat li dawn ma kinux jirrappreżentaw l-attivitajiet ewlenin tal-kumpanija, li kienet tispeċjalizza fis-settur militari, b’mod partikolari fis-settur ta' l-ajruplani mmirati għat-taħriġ tal-bdoti. L-għajnuna ppermettiet li Aermacchi tibda l-attività tar-R&Ż fil-qasam ċivili, li kien jidher ċar li żiedet ma’ l-attività tar-R&Ż li twettqet mill-kumpanija.

    6.2.   Franza

    (77)

    L-awtoritajiet Franċiżi fformulaw l-osservazzjonijiet tagħhom biss wara l-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura (20). B’mod partikolari qajmu tliet punti: a) ġibdu l-attenzjoni għall-istrument ta' l-għajnuna, li skond huma jikkostitwixxi rifużjoni bil-quddiem; b) talbu li r-rifużjonijiet ikunu garantiti; ċ) fl-aħħar, indikaw sensiela ta' proġetti oħrajn, differenti minn dawk riferuti fid-deċiżjoni, li potenzjalment setgħu bbenefikaw mill-għajnuna taħt l-iskop tar-reġim u li skond huma l-Italja ma kenitx tinnotifikahom individwalment.

    6.3.   Il-Parti Terzi Interessata Anonima

    (78)

    Il-parti terza interessata anonima intervjeniet darbtejn waqt il-proċediment, u fformulat l-osservazzjonijiet tagħha kemm wara l-ewwel u kemm wara t-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura.

    (79)

    L-osservazzjonijiet tagħha dwar l-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura kienu rraportati fil-punti li ġejjin.

    (80)

    Il-parti terza kkonfermat li, fl-opinjoni tagħha, id-dubji espressi mill-Kummissjoni dwar is-sitt proġetti kellhom bażi.

    (81)

    Iddikjarat li, fl-opinjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha testendi l-indaġni għal aktar proġetti (fosthom il-ħelikopters AB139, BA609, A119).

    (82)

    Talbet lill-Kummissjoni tivverifika li l-għajnuna mogħtija taħt il-liġi 808/1985 kienet applikata b’mod effettiv għall-proġetti relevanti u li proġetti oħrajn kienu esklużi minħabba n-nuqqas ta' prototipi jew in-nuqqas tal-parteċipazzjoni min-naħa ta' l-industrija Taljana.

    (83)

    Talbet lill-Kummissjoni tivverifika l-ammonti finanzjarji effettivi marbutin mas-sitt proġetti relevanti.

    (84)

    Talbet lill-Kummissjoni tordna lill-Italja biex tissospendi l-pagamenti dwar il-proġetti li għaddejjin.

    (85)

    Talbet lill-Kummissjoni tivverifika l-istrument ta' l-għajnuna użata skond il-liġi 808/1985 u titlob bħala konsegwenza r-rifużjoni ta' l-għajnuna li ngħata b’mod illeġittimu.

    (86)

    Talbet lill-Kummissjoni tiżgura li l-liġi 808/1985 tkun modifikata biex tiggarantixxi r-rifużjoni ta' l-għajnuna taħt il-kundizzjonijiet finanzjarji koerenti mad-dixxiplina dwar ir-R&Ż.

    (87)

    Talbet lill-Kummissjoni li timponi l-obbligu ta' rendikont kull sena flimkien ma’ miżuri effettivi ta' verifika ta' kontijiet, fejn ikun il-każ, mill-Kummissjoni.

    (88)

    Il-parti terza interessata hemżet ma’ l-osservazzjonijiet tagħha sensiela ta' dokumenti, fosthom il-korrispondenza tal-Ministeru ta' l-Industrija mal-Parlament Taljan dwar is-sitwazzjoni ta' l-industrija ajruspazjali (is-snin 1996-2001). Barra minn hekk, użat l-informazzjoni li tinsab f’dawn it-tali relazzjonijiet biex issostni li n-numru ta' proġetti mhux notifikati kien tassew ħafna akbar mis-sitt proġetti eżaminati taħt l-iskop tal-proċedura.

    7.   OSSERVAZZJONIJIET MILL-ITALJA DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET TERZI DWAR L-EWWEL DEĊIŻJONI TAL-BIDU TAL-PROĊEDURA

    (89)

    L-Italja ma fformulat l-ebda osservazzjoni dwar l-osservazzjonijiet ippreżentati minn Finmeccanica.

    (90)

    Dwar l-osservazzjonijiet ippreżentati minn Franza u mill-parti terza interessata, l-Italja osservat li l-ewwelnett kienu jmorru lil hinn mill-qasam ta' l-applikazzjoni tal-proċedura. L-Italja kkritikat dawn it-tentattivi biex il-qasam ta' l-applikazzjoni jkun estiż, għax fl-opinjoni tagħha ma kienu appoġġati minn ebda element ta' prova.

    (91)

    L-Italja fakkret li, fl-opinjoni tagħha, ir-reġim kien jikkostitwixxi għajnuna eżistenti, peress li kien approvat fl-1986 (21) u peress li fl-2002 il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-għajnuna kienet fil-fatt saret konformi mar-regoli applikabbli għall-għajnuniet għar-R&Ż (ara l-punt 50). Skond l-Italja, ir-reġim, peress li konformi, ma jistax ikun ikkontestat fuq każ dwar il-miżuri individwali biss adottati dwarhom, sakemm ma jintweriex li d-deċiżjoni ta' l-approvazzjoni tar-reġim kienet ibbażati fuq informazzjoni ħażina, li setgħet imbagħad twassal għal revokazzjoni possibbli skond l-Artikolu 9 tar-regolament tal-proċedura.

    (92)

    It-tieni nett, l-Italja ddikjarat li, fl-opinjoni tagħha, l-istrument ta' l-għajnuna kien konformi mat-Trattat.

    (93)

    L-Italja barra minn hekk iddikjarat li l-parti terza interessata bbażat ħażin fuq il-korrispondenza mal-Parlament dwar l-applikazzjoni tal-liġi 808/1985, peress li l-ammonti msemmija fil-korrispondenza ma kinux jikkorrospondu għal dawk li fil-fatt ingħataw għall-proġetti. L-Italja ċċarat li fil-korrispondenza il-ministeru inkluda l-għanijiet tiegħu dwar il-proġetti li setgħu jkunu ffinanzjati skond il-liġi 808/1985. Madankollu, fil-proċedura tal-bilanċ, il-prattika normali kienet li dawn l-għanijiet ma setgħux jintlaħqu bil-fondi disponibbli, fejn il-livell kien ħafna anqas minn dak indikat fil-korrispondenza msemmija. Barra minn hekk, anki l-ammonti rrapportati fil-korrispondenza dwar il-proġetti individwali ta' l-għanijiet sempliċi, minn meta l-ministeru ddeċida l-ammont effettiv ta' l-għajnuna li tingħata għal proġett wieħed biss wara r-riċeviment ta' l-allokazzjonijiet effettivi li, s-soltu kienu anqas mil-livelli mistennija.

    (94)

    L-Italja għalhekk ikkontestat l-argument ta' Franza u tal-parti terza interessata li skond il-benefiċjarji ta' l-għajnuna setgħu jkunu awtorizzati biex ma jirrifonduhiex. Skond l-Italja r-rifużjonijiet iridu jsiru fiż-żminijiet stabbiliti fid-deċiżjonijiet ta' l-għoti ta' l-għajnuna. L-Italja barra minn hekk żiedet li, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, l-Istat jista' jirrinunzja għal kreditu biss fil-każ speċifiku ta' likwidazzjoni ta' kumpanija.

    (95)

    L-Italja ċċarat li l-pagamenti saru matul l-imsemmija “limiti ta' l-impenn”, li fuqhom isiru l-pagamenti favur il-benefiċjarju wara li jkunu vverifikati l-ispejjeż u jibdew wara l-ewwel sena ta' l-ispiża u jkompju għal perjodu ta' 10 sa 15-il sena. Ir-rifużjoni tibda sena wara l-għeluq tal-perjodu tal-pagament, jiġifieri 11 jew 16-il sena wara l-bidu tal-proġett.

    (96)

    Dwar l-osservazzjonijiet speċifiċi li saru mill-parti terza interessata dwar il-proġetti tar-R&Ż, l-Italja l-ewwelnett irrispondiet lura għall-osservazzjonijiet bħala risposta għall-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura.

    (97)

    Fit-tieni nett, l-Italja fformulat osservazzjonijiet speċifiċi dwar il-proġetti bħala risposta għall-osservazzjonijiet tal-parti terza interessata. Dwar il-proġett A109X, l-Italja ddikjarat li l-proġett dwar l-elaborazzjoni tat-teknoloġija għall-applikazzjoni fuq il-ħelikopters biss wara perjodu twil ta' żvilupp. Barra minn hekk ippreċiżat li l-isem A109X kien qed jintuża bħala isem ġeneriku u jirrigwarda ħelikopter li se jkun kompletament innovattiv wara li titlesta l-fażi ta' l-iżvilupp.

    (98)

    L-Italja barra minn hekk speċifikat li, għalkemm kien ikkunsidrat sa ċertu punt, il-proġett A109 Power qatt ma rċieva appoġġ taħt il-qafas tal-liġi 808/1985.

    (99)

    Dwar l-iffinanzjar tal-proġett A109X, l-Italja indikat li s-somma msemmija mill-parti terza interessata kienet purament indikattiva. L-ammont ta' l-għajnuna li ngħatat effettivament għall-proġett kien ta' 33,6 miljun euro, filwaqt li l-ammont ta' wara ta' 49 biljun lira għall-perjodu 2002-2005 imsemmi mill-parti interessata qatt ma ngħata.

    (100)

    Dwar il-proġett A 109 D/E/F, l-Italja kkontestat l-argument tal-parti terza interessata dwar il-proġett A109 Power, ivverifikat fl-1996. L-Italja spjegat li l-għan ewlieni tal-proġett kien l-iżvilupp ta' verżjoni ġdida ta' A 109 F, bil-mutur, skrun u slitti ġodda, iċċertifikat wara f’Ġunju 2001, 30 xahar wara t-tmiem tal-proġett tar-R&Ż.

    (101)

    Bħala risposta għad-dikarazzjonijiet tal-parti terza interessata dwar l-iżvilupp ta' Agusta, l-Italja kitbet li l-informazzjoni u d-dejta pprovduta mill-parti terza interessata ma kinetx korretta. Agusta kellha bħala medja ishma ta' madwar [20-30 %] tas-suq Ewropew tal-ħelikopters ħfief b’żewġ muturi matul il-perjodu 1994-2000, kontra ‘l fuq minn 60 % tal-kompetitur ewlieni tagħha, Eurocopter (22). Il-bejgħ tagħha kien jiġi l-aktar mis-settur militari ([> 70 %]). Fejn jidħlu prodotti, Agusta kellha biss ħelikopter fi tnejn miż-żewġ setturi, mat-tlieta jew erbgħa ta' Eurocopter f’kull wieħed minn l-istess setturi. Skond l-awtoritajiet Taljani, Agusta kienet kumpanija li kienet irnexxielha tinbidel minn attur minuri fis-settur għal kontestant maġġuri, bis-saħħa ta' għajnuniet leġittimi u kumpatibbli ma’ l-attivitajiet tar-R&Ż, ta' alleanzi strateġiċi u ta' innovazzjoni teknoloġika.

    (102)

    Fl-aħħar, dwar l-eżistenza ta' proġetti oħrajn mhux notifikati, l-awtoritajiet Taljani wieġbu għall-osservazzjonijiet ippreżentati minn Franza u mill-parti terza interessata fejn ikkonfermaw li dawk id-dikjarazzjonijiet kienu bbażati fuq interpretazzjoni żbaljata tal-korrispondenza tal-Parlament. Barra minn hekk l-Italja fformulat osservazzjonijiet dwar uħud mill-proġetti msemmijin mill-parti terza interessata jew fil-korrispondenza.

    (103)

    Skond l-Italja: uħud mill-proġetti ma kinux ikunu ffinanzjati; uħud mill-proġetti kienu jibbenefikaw minn għajnuna anqas mil-livell għan-notifika individwali; uħud mill-proġetti kienu jkunu ta' natura militari; uħud mill-proġetti (MD 95 u MD 11) kienu jkunu inklużi taħt il-qasam ta' l-applikazzjoni ta' l-ewwel deċiżjoni, filwaqr li ieħor kien ikun eskluż mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura.

    (104)

    Wara li jkunu kkunsidrati d-dubji mqajmin fit-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura u d-diskussjonijiet ta' wara dwar il-lista finali tal-proġetti mhux notifikati, deskrizzjoni fid-dettall ta' dawn il-proġetti mhux meħtieġa f’dan il-punt tal-motivazzjoni.

    8.   EŻISTENZA TA' DUBJI ĠODDA

    (105)

    Fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura l-Kummissjoni qajmet xi dubji dwar il-kontenut tar-R&Ż tas-sitt proġetti u dwar l-effett tagħhom ta' l-inċentivazzjoni.

    (106)

    Fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura kien diġà osservat li l-valutazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-proġetti tar-R&Ż kellha tikkunsidra l-elementi li ġejjin:

    (a)

    iż-żmien li għadda mid-data ta' meta ngħatat l-għajnuna;

    (b)

    id-diffikultà biex dak iż-żmien (fl-2003) issir valutazzjoni raġonevoli dwar l-effett ta' l-inċentivazzjoni tat-tali proġetti, bil-kriterji applikabbli taħt id-dixxiplini ta' l-1986 u ta' l-1996, fil-kuntest tal-kundizzjonijiet xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi tas-settur ajrunawtiku ta' 10 -15-il sena qabel;

    (ċ)

    il-formulazzjoni ġenerali ta' wħud mir-regoli applikabbli (dixxiplina ta' l-1986).

    (107)

    L-awtoritajiet Taljani pprovdew informazzjoni ddettaljata dwar l-attivitajiet ammissibbli li bbenefikaw mill-għajnuna. L-Italja rrikonoxxiet li, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li kellha l-Kummissjoni dak iż-żmien, id-dubji kienu ġġustifikati.

    (108)

    Bl-informazzjoni pprovduta l-Kummissjoni llum hija kapaċi tivvaluta aħjar il-kontenut tal-proġetti diversi u b’mod partikolari tal-kompiti msemmija fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura.

    (109)

    Dwar il-klassifikazzjoni ta' l-attivitajiet bħala attivitajiet ammissibbli għar-R&Ż, il-Kummissjoni issa kapaċi tikkonferma li l-informazzjoni pprovduta mill-Italja dwar il-proġetti individwali tippermetti li tinftiehem fid-dettall id-distribuzzjoni ta' l-attivitajiet bejn ir-riċerka industrijali u l-iżvilupp ta' qabel il-kompetizzjoni.

    (110)

    Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li minbarra li l-informazzjoni pprovduta mill-Italja dwar l-effett ta' l-inċentivazzjoni ta' l-għajnuna mogħtija lil dawn il-proġetti biżżejjed jintwera li mingħajr din l-għajnuna l-benefiċjarji ma kinux isiru.

    (111)

    Wara kollox, din il-valutazzjoni saret fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli dak iż-żmien, b’mod partikolari fejn jidħol in-numru tal-proġetti għall-valutazzjoni.

    (112)

    Fl-aħħar tal-formulazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet, il-Kummissjoni telqet mis-suppożizzjoni li l-awtoritajiet Taljani kellhom raġun jiddeskrivu t-tip ta' għajnuna bħala self preferenzjali, fejn il-kapital dejjem kien kompletament se jkun rifuż.

    (113)

    Dan ir-raġunament influwenza b’mod determinanti r-riżultati tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, b’mod partikolari peress li l-ammont totali ekwivalenti ta' l-għajnuna tirrappreżenta element fondamentali biex jistabbilixxi jekk għajnuna individwali taqbiżx il-livell minimu tan-notifika individwali.

    (114)

    Minn meta l-Kummissjoni bdiet l-indaġini dwar id-denunzja tal-bidu dwar l-attwazzjoni tal-liġi 808/1985, l-awtoritajiet Taljani sostnew li, mill-anqas għat-13-il każ ta' l-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, l-għajnuna tqassmet forma ta' self preferenzjali, mingħajr interessi, għalkemm il-kapital dejjem kien kellu jitħallas lura.

    (115)

    Franza u l-parti terza interessata kkontestaw dawn id-dikjarazzjonijiet, u sostnew li l-kwota kapitali kellha titħallas lura biss fil-każ li l-programmi interessati jikkostitwixxu suċċess kummerċjali (23).

    (116)

    Il-Kummissjoni pprovat tistabbilixxi liema minn dawn l-interpretazzjonijiet kienet it-tajba, mill-anqas mis-sitt każijiet li kienu jiffurmaw is-suġġett tal-proċedura li fih ħadu sehem Franza u l-parti terza interessata.

    (117)

    Il-Kummissjoni għalhekk għamlet riferenza għall-modalitajiet tal-prestazzjoni dettaljata li, kif previst fil-liġi 808/1985 u mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-1986 dwarha (24), kellhom ikunu stabbiliti permezz ta' l-elaborazzjoni ta' aktar regoli.

    (118)

    Biex tivvaluta fid-dettall jekk u fuq bażi ta' liema mekkaniżmu l-kwota kapitali tas-self kellu jitħallas lura, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Taljani biex tipprovdi kopja tal-kundizzjonijiet individwali ta' l-għoti tas-self (minn issa ‘l quddiem “il-kundizzjonijiet ta' l-għoti”) dwar is-sitt każijiet.

    (119)

    L-awtoritajiet Taljani l-ewwelnett ipprovdew lill-Kummissjoni xi estratti mid-deċiżjonijiet ta' l-għoti ta' l-għajnuna. B’mod partikolari, l-estratti ma jinkludux il-motivazzjoni tal-kundizzjonijiet. L-awtoritajiet Taljani ġġustifikaw din l-għażla b’raġunijiet ta' sigurtà nazzjonali. Il-motivazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' l-għoti ta' l-għajnuna skond il-liġi 808/1985 kienu komuni għall-proġetti ċivili u militari. Għalhekk, anki jekk it-tliet każijiet kienu dwar inġenji ta' l-ajru ċivili, il-motivazzjonijiet tal-kundizzjonijiet relevanti ta' l-għajnuna kien fihom ukoll informazzjoni dwar is-sigurtà nazzjonali.

    (120)

    L-estratti tal-kundizzjonijiet ta' l-għajnuna pprovduta mill-awtoritajiet Taljani ma ppermettewx lill-Kummissjoni li tadotta pożizzjoni definittiva fuq il-kundizzjonijiet dwar il-ħlas lura tas-self.

    (121)

    B’mod partikolari, l-Artikolu dwar il-ħlas lura (25) miktub b’mod mabigwu, peress li jistabbilixxi mill-bidu li l-għajnuna se titħallas lura permezz ta' ammonti progressivi kkalkulati fuq il-bażi tad-dħul mill-bejgħ, iżda mbagħad iżid li dan għandu jsir skond il-modalità stabbilita fid-deċiżjoni ta' l-għoti ta' l-għajnuna, li jinkludi grafika bi pjan fiss ta' rifużjoni, għall-100 % tal-kapital.

    (122)

    Fl-ebda mill-estratti mibgħuta ma hemm disposizzjoni kapaċi tirrikonċilja dawn iż-żewġ aspetti li jidhru jikkontradixxu lil xulxin.

    9.   ORDNI GĦALL-PROVVISTA TA' L-INFORMAZZJONI

    (123)

    Peress li ma setax ikun hemm iċ-ċertezza li din il-kondizzjoni kienet inkluża fil-partijiet neqsin tat-testi, il-Kummissjoni ħarġet ordni għall-provvista ta' informazzjoni (26) fejn talbet it-test ewlieni tal-kundizzjonijiet ta' l-għoti.

    (124)

    L-Italja wieġbet (27) għall-ordni tal-provvista ta' informazzjoni u kkonfermat li, fl-opinjoni tagħha, kienet bagħtet lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li għandha x’taqsam mal-kundizzjonijiet ta' l-għoti. L-Italja żiedet ukoll li l-motivazzjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet jagħmlu referenza għal mistoqsijiet importanti dwar is-sigurtà nazzjonali, li ma setgħux ikunu mikxufin lill-partijiet terzi u lanqas lill-benefiċjarju. L-Italja kkonkludiet li, fl-opinjoni tagħha, fl-ebda każ il-motivazzjonijiet ma setgħu jkollhom klawżoli miżjudin ma’ dawn inklużi fit-test.

    (125)

    Ta' min jinnota li l-Italja wieġbet b’mod pożittiv għal din l-ordni għall-provvista ta' informazzjoni. Fi kliem ieħor, baqgħet tinnega l-aċċess għat-test ewlieni mitlub mill-Kummissjoni.

    (126)

    Fil-preżentazzjonijiet ta' wara ta' l-osservazzjonijiet bħala risposta għall-proċedura, madankollu, l-Italja bagħtet id-dokumenti kollha mitluba. Għalhekk jista' jkun ikkonfermat bħala analiżi finali li l-Italja wieġbet għall-ordni għall-provvista ta' l-informazzjoni.

    (127)

    Biex tikkonkludi fuq dan il-punt, il-Kummissjoni osservat li t-tweġiba ta' l-Italja ma kinetx sodisfaċenti, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Proċedura. Fit-tieninett, l-argument li fuqu kienu relevanti l-motivazzjonijiet għall-iskopijiet tas-sigurtà nazzjonali u li għalhekk ma setgħux ikunu mikxufin lill-benefiċjarju ntwera li ma kienx korrett, peress li l-kopji li l-Italja wara bagħtet lill-Kummissjoni jikkonfermaw li l-benefiċjarji rċevew, u ffirmaw, il-kopji ewlenin tal-kundizzjonijiet ta' l-għoti.

    (128)

    Madankollu, fl-aħħar l-Italja pprovdiet l-informazzjoni mitluba.

    10.   DUBJI LI TQAJMU FID-DEĊIŻJONI TA' L-ESTENSJONI TAL-PROĊEDURA (IT-TIENI DEĊIŻJONI TAL-BIDU TAL-PROĊEDURA)

    (129)

    Kif imsemmi fit-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, matul l-andament tal-proċedura ħarġu diversi problemi ġodda (28).

    (130)

    L-ewwelnett, il-Kummissjoni saret taf bl-eżistenza ta' żewġ dokumenti li jindikaw li r-rifużjoni tal-kapital misluf ma kienx għadu sar.

    (131)

    L-ewwel dokument intbagħat mill-parti terza interessata (29). Kien jittratta dwar korrispondenza ta' bank kummerċjali importanti dwar il-pożizzjoni finanzjarja ta' Finmeccanica. Fil-komunikazzjoni, iddatata t-12 ta' Awwissu 2004, il- [bank ta' l-investiment] jikteb li Finmeccanica kienet iddjarat li “il-kapital kellu jkun rifondut biss meta l-kunsinji jaqbżu volum stabbilit ([…]) fejn Finmeccanica kellha rifużjonijiet baxxi ħafna x tagħmel fl-ewwel 15-il sena u hemm anqas probabbiltà li jitħallas lura s-self kollu”.

    (132)

    It-tieni dokument kien korrispondenza tal-Qorti tal-Kontijiet Taljani dwar l-applikazzjoni tal-liġi 808/1985 (30). Fit-Taqsima 6 tat-tali dokument il-Qorti tal-Kontijiet janalizza s-sitwazzjoni tar-rifużjoni tas-self.

    (133)

    Il-komunikazzjoni tal-Qorti semmiet digriet ministerjali (31) li jiddeskrivi b’mod dettaljat il-mekkaniżmu tal-ħlas lura tas-self li ngħata taħt il-liġi 808/1985. L-awtoritajiet Taljani qatt ma bagħtu d-digriet ministerjali lill-Kummissjoni u jidher li ma kienx magħmul pubbliku lanqas fl-Italja. Il-Qorti tal-Kontijiet jikkwotah biss billi jsemmi n-numru tar-reġistrazzjoni tal-Qorti.

    (134)

    Skond il-Qorti tal-Kontijiet il-mekkaniżmu deskritt fid-digriet ministerjali kien juri b’mod partikolari li r-rifużjonijiet mistennija huma rrapportati fi grafika li turi l-ammonti li għandhom jitħallsu lira lill-Istat. Madankollu, l-obbligu dwar il-pjan tar-rifużjoni huwa nieqes meta r-riżultat tal-programm, mil-lat tekniku u ekonomiku, ma jikkorrospondix ma’ dik li kien mistenni fil-bidu.

    (135)

    Il-komunikazzjoni tal-Qorti tal-Kontijiet tiddikjara barra minn hekk li l-parti tal-kapital li fil-fatt tħallset lura kienet tvarja bejn 0,86 % u 80,18 %, u hija bbażata fuq ammont totali ta' rifużjonijiet ta' 68,92 % dwar it-total tas-self imqassam, u tikkonferma li f’ċerti każijiet ir-rifużjonijiet kienu ddewmu jew ma seħħewx (32).

    (136)

    Fit-tieni nett, Franza u l-parti terza interessata bagħtu listi ta' proġetti oħrajn li kellhom jibbenefikaw minn għajnuniet u li l-Italja kellha tinnotifikahom. L-ammonti pprovduti minn partijiet terzi kienu aktar dwar l-ammonti tas-self milli l-ammont totali ekwivalenti. Ir-rapport dwar l-ammonti tas-self u l-ammonti totali ekwivalenti jiddependi fuq il-modalità tar-rifużjoni ta' l-għajnuna. Kif jidher fil-punti 109-122, Franza, il-parti terza interessata u l-awtoritajiet Taljani għandhom opinjonijiet li jikkontradixxu lil xulxin fuq dan il-punt.

    (137)

    Meta kienu interrogati dwar dan, l-awtoritajiet Taljani spjegaw li l-ammonti pprovduti mill-partijiet terzi kienu parzjalment inkorretti. B’mod partikolari, il-korrispondenza li kkwotat il-parti terza bħala għejun ewlieni kien fih biss l-ipoteżi ta' għajnuna possibbli futura. Mhux il-proġetti kollha li kienu kkunsidrati għall-iskopijiet ta' l-għajnuna f’din il-korrispondenza ma kienu fil-fatt aċċettati. Barra minn hekk, xi proġetti li tnedew ma kinux se jirċievu għajnuna jew kienu se jirċievu għajnuna anqas minn dik ppjanata fil-korrispondenza. Fl-aħħar, xi proġetti kienu ta' natura militari.

    (138)

    It-tielet, il-Kummissjoni saret taf b’żewġ proġetti (AB139 u BA609) u b’mod partikolari qajmet dubji fuq il-fatt li dawn il-proġetti setgħu jkunu kklassifikati bħala militari, kif iddikjarat mill-awtoritajiet Taljani.

    (139)

    Biex isir sommarju, peress li l-informazzjoni disponibbli ma kinux eżawrenti u minn meta l-Kummissjoni saret taf b’dawn id-dokumenti u b’din l-informazzjoni li jqajmu problemi ġodda, ddeċidiet li twessa’ l-qasam ta' l-applikazzjoni tal-proċedura taħt l-Artikolu 88, paragrafu 2 (riferut bħala “t-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura”).

    (140)

    Fit-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura tal-Kummissjoni resqet tliet dubji ewlenin.

    (141)

    L-ewwel huwa dwar in-natura ta' l-istrument ta' l-għajnuna, jiġifieri l-fatt li l-ammont kapitali tas-self taħt il-liġi 808/1985 dejjem kienet titħallas lura kollha.

    (142)

    Il-Kummissjoni barra minn hekk kellha dubji serji fuq il-fatt li l-awtoritajiet Taljani kkwotawlha l-każijiet individwali kollha li qabżu l-livell minimu tan-notifika individwali, kemm taħt id-deċiżjoni inizjali ta' l-1986, u kemm taħt il-miżuri relevanti approvati mill-Italja fl-1996.

    (143)

    Fl-aħħar, il-Kummissjoni kellha dubji serji fuq il-fatt kif il-proġetti AB139 u BA609 setgħu jkunu kklassifikati bħala militari, kif ikkonfermaw l-awtoritajiet Taljani.

    (144)

    It-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura jikkonfermaw biċ-ċar li, minkejja l-proċedura ta' l-indaġni oriġinali kienet titratta biss is-sitt każijiet u minkejja li l-osservazzjonijiet ifformulati minn partijiet terzi ntbagħtu taħt l-iskop ta' din il-proċedura, kien evidenti li d-dubji ġodda li tqajmu matul dawn l-osservazzjonijiet ma kinux jitrattaw biss is-sitt każijiet.

    (145)

    Dawn id-dubji kienu jittrattaw l-applikazzjoni intera tal-liġi 808/1985. Għalhekk kienu jitrattaw l-applikazzjonijiet individwali kollha ta' l-imsemmija liġi u bħala konsegwenza anki kull wieħed mit-13-il każ (33), inklużi dawk li kienu jitqiesu li m’għandhomx bżonn notifika preliminari u dawk li fuqhom il-Kummissjoni ma resqitx oġġezzjoni fid-deċiżjoni tagħha ta' l-1 ta' Ottubru 2003.

    (146)

    It-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura ma kinetx titratta l-proġetti individwali taħt il-livell minimu tan-notifika individwali, li saru bl-eċċezzjoni li ġejja. Id-dubji li tqajmu mill-Kummissjoni kienu fil-fatt fuq l-applikazzjoni tal-liġi 808/1985, inklużi d-deċiżjonijiet individwali ta' l-għoti ta' l-għajnuna li l-ammonti tagħhom kienu taħt il-livell minimu tan-notifika individwali u li kienu adottati mit-22 ta' Novembru 2002.

    (147)

    Fl-aħħar, it-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura kienet tindika fiċ-ċar li l-qasam ta' l-applikazzjoni kien limitat għall-għajnuniet individwali li ngħataw għall-proġetti ċivili.

    (148)

    Il-Kummissjoni osservat li, fil-fażi msemmija ta' l-analiżi tagħha, stenniet li l-proġetti li kienu jinkludu modifika ta' prodott militari biex ikun adattat għal xogħol ċivili jkunu kkunsidrati bħala proġetti ċivili.

    11.   OSSERVAZZJONIJIET TA' L-ITALJA DWAR IT-TIENI DEĊIŻJONI TAL-BIDU TAL- PROĊEDURA

    (a)   Dwar il-proċedura

    (149)

    L-ewwelnett, l-Italja ppreċiżat li l-osservazzjonijiet tagħha kienu ppreżentati flimkien ma’ Finmeccanica.

    (150)

    L-Italja osservat li l-Kummissjoni tirrikonoxxi fit-tieni deċiżjoni li r-reġim ta' l-għajnuniet introdotti mil-liġi 808/1985 tirrappreżenta għajnuna eżistenti, peress li kienet approvata mill-Kummissjoni fl-1986 u darba oħra fl-2002.

    (151)

    L-Italja osservat li t-tieni deċiżjoni kienet ibbażata fuq l-Artikolu 16 tar-Regolament u fuq l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Proċedura.

    (152)

    L-Italja għalhekk iddikjarat li ma taqbilx mad-dikjarazzjoni ta' l-applikazzjoni abbużiva ta' l-għajnuna, peress li din it-tifsira tirrelata biss ma’ l-użu korrett ta' l-għajnuna li rċieva l-benefiċjarju. Skond l-Italja, l-għajnuniet kollha li ngħataw taħt il-qasam tar-reġim intużaw għall-iskop oriġinali maħsub. L-Italja ma taċċetta l-ebda kwalifika l-aktar dwar l-għajnuniet individwali li ngħataw wara l-20 ta' Novembru 2002.

    (153)

    Skond l-Italja, jekk il-Kummissjoni riedet teżamina b’mod individwali kull għajnuna mogħtija taħt l-iskop tar-reġim imissha għamlet dan taħt l-iskop ta' l-eżami permanenti tar-reġim ta' l-għajnuniet eżistenti, skond l-Artikolu 88, l-Ewwel Paragrafu, tat-Trattat.

    (154)

    Dwar il-possibbiltà tal-bidu tal-proċedura skond l-Artikolu 88, Paragrafu 2, tat-Trattat, l-Italja kitbet li hija eskluża mir-regolament tal-proċedura, sakemm dawn il-każijiet ma jkunu individwati b’mod eżatt, preċiż u konkret.

    (155)

    Bil-konklużjoni ta' l-aspetti tal-proċedura, l-Italja osservat li t-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura ħolqot sitwazzjoni ta' inċertezza ġudizzjali minħabba n-nuqqas ta' definizzjoni ċara dwar il-qasam ta' l-applikazzjoni tagħha.

    (b)   Żvilupp tar-reġim

    (156)

    Fit-tweġiba tagħha għat-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura l-Italja l-ewwelnett iċċarat l-evoluzzjoni storika tar-reġim. Skond l-Italja, ir-responsabbiltà tal-programmi militari kienet tradizzjonalment attribwita anki għall-Ministeru ta' l-Industrija.

    (157)

    It-tieni nett, l-Italja pprovdiet epilogu mill-ġdid ta' l-adattamenti tar-reġim tad-dixxiplina ta' l-1996 u tal-miżuri relevanti adottati. Barra minn hekk uriet l-elementi essenzjali tar-reġim futur, li għad iridu jkunu inklużi f’regolament intern ġdid (34).

    (158)

    It-tielet, l-Italja ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar ir-rifużjonijiet. Dwar il-korrispondenza tal-Qorti tal-Kontijiet imsemmija fit-tieni deċiżjoni, l-awtoritajiet Taljani talbu interpretazzjoni awtentika tal-korrispondenza min-naħa tal-Qorti stess. Din ta' l-aħħar issostni l-ewwelnett li l-korrispondenza kienet biss dwar il-perjodu sa l-1998. Għalhekk, fuq il-bażi tal-qosor tal-perjodu eżaminat, ikun żbaljat li jinħarġu konklużjonijiet ġenerali.

    (159)

    It-tieni nett, il-korrispondenza tikkonferma li għall-proġetti kollha l-bejgħ beda u kienu tħallsu r-rifużjonijiet, anki jekk naqra tard.

    (160)

    Fl-aħħar, dwar il-possibbiltà li l-Istat jirrinunzja għall-kreditu (li jseħħ jekk is-self ma jitħallasx lura), il-Qorti tal-kontijiet ikkonferma li, skond il-prinċipju ġenerali ta' l-amministrazzjoni pubblika Taljana, mhux possibbli li kreditu jkun rinunzjat. Il-Qorti għalhekk iddikjarat li digriet ministerjali ma jista' jipprevedi l-ebda rinunzja. Il-Qorti kkonkludiet li fil-korrispondenza hija qatt ma kkwotat il-possibbiltà ta' rinunzja għall-kreditu min-naħa ta' l-amministrazzjoni pubblika.

    (161)

    Dwar ir-rifużjonijiet, l-Italja rrikonoxxiet li f’każijiet limitati kien hemm xi dewmien, iżda żiedet li r-rifużjonijiet kienu stabbiliti fil-pjani definiti fid-deċiżjonijiet ta' l-għoti ta' l-għajnuna. Skond l-Italja, il-benefiċjarju jrid jiffirma klawżola li tobbliga l-kumpanija tħallas lura l-ammont ta' kapital tas-self li tirċievi.

    (162)

    L-Italja ddikjarat li l-Kummissjoni kellha tqajjem dubji dwar ir-rifużjoni anki minħabba l-korrispondenza tal- [bank ta' l-investiment] dwar Finmeccanica msemmija fit-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura.

    (163)

    Skond l-Italja, il-korrispondenza kienet turi ċar li l-frażi msemmija fit-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura – “il-kapital għandu jitħallas lura biss jekk il-kunsinji jeċċedu volum stabbilit (elevat) u għalhekk Finmeccanica għandha rifużjonijiet baxxi ħafna xi tħallas fl-ewwel 15-il sena u hemm anqas probabbiltà li jitħallas lura s-self kollu” – kien hemm qabilha frażi li kienet tikkwalifika b’mod aktar preċiż l-attivitajiet tas-settur tad-difiża tas-soċjetà.

    (164)

    Fl-aħħar, skond l-Italja, il-Kummissjoni kellha dubji dwar ir-rifużjonijiet tas-self għax l-Italja ma ppermettietx l-aċċess għat-testi ewlenin tad-deċiżjonijiet ta' l-għoti ta' l-għajnuna.

    (165)

    Dwar dan, l-Italja fakkret li l-motivazzjoni hija l-istess għad-deċiżjonijiet kollha ta' l-għoti ta' l-għajnuna, inklużi dawk dwar il-proġetti militari. Barra minn hekk, l-Italja ddikjarat li, fl-opinjoni tagħha, il-motivazzjonijiet neqsin ma setgħux ikollhom aktar kundizzjonijiet miżjudin dwar it-test ta' l-istess deċiżjonijiet.

    (166)

    L-Italja kkonfermat li l-istrument ta' l-għajnuna użat huwa self preferenzjali bi pjanijiet ta' rifużjonijiet fissi li dejjem kienu rispettati, minbarra xi eċċezzjonijiet limitati. Barra minn hekk, l-Italja ddikjarat li s-self kien tqassam lill-benefiċjarji permezz ta' l-imsemmija “limiti ta' l-impenn” fuq perjodu ta' żmien ta' 10-15-il sena jiġifieri immedjatament soluzzjoni waħda, iżda f’dan il-każ mingħajr l-intervent min-naħa ta' bank. Ir-rifużjoni jibda fl-ewwel sena wara l-aħħar distribuzzjoni.

    (167)

    Bħala konklużjoni dwar l-istrument ta' l-għajnuna u dwar ir-rifużjoni, l-Italja sostniet li l-istrument użat kien is-self preferenzjali.

    (168)

    L-Italja ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha anki dwar iż-żewġ ħelikopters imsemmijin fit-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura (AB 139 u BA 609).

    (169)

    Flimkien ma’ dawn l-osservazzjonijiet l-Italja pprovdiet id-dokumenti mitluba dwar il-bażi ġudizzjarja:

    (a)

    Id-Deliberazzjoni taċ-CIPE tal-15 ta' April 1986 dwar l-ewwel applikazzjoni tal-liġi 808/1985;

    (b)

    Id-Digriet tal-Ministru ta' l-Industrija tat-8 ta' Ġunju 1986 dwar il-modalità tal-preżentazzjoni tat-talbiet għall-għajnuna;

    (ċ)

    Id-Digriet tal-Ministru tat-Teżor tas-7 ta' Frar 1987, dwar l-irwol ta' Mediocredito Centrale (35);

    (d)

    Id-Digriet tal-Ministru ta' l-Industrija ta' l-14 ta' Marzu 1988, li jiddeskrivi f’aktar dettall il-kriterji ta' l-applikazzjoni tal-liġi 808/1985 (36);

    (e)

    Il-Komunikazzjoni għall-Istampa tal-Kumitat Interministerjali għall-Politika Industrijali (minn issa ‘l quddiem “CIPI”) tat-30 ta' Mejju 1991, dwar il-kollaborazzjonijiet ma’ sħab barranin;

    (f)

    Il-liġi ta' l-4 ta' Ġunju 1991 nru. 181, ta' l-iffinanzjar mill-ġdid tar-reġim;

    (g)

    Il-liġi tad-19 ta' Lulju 1993, nru. 237, ta' l-iffinanzjar mill-ġdid tar-reġim;

    (h)

    Id-Deliberazzjoni taċ-CIPI tat-28 ta' Diċembru 1993, b’direttivi ġodda ta' l-applikazzjoni tar-reġim;

    (i)

    Il-liġi tat-22.11.1994, nru. 644, li tbiddel l-istrument ta' l-għajnuna fl-imsemmija “limiti ta' l-impenn”;

    (j)

    Id-Digriet tal-Ministru ta' l-Industrija tal-31 ta' Mejju 1995 dwar l-aspetti tar-reġim mhux relatati mar-R&Ż;

    (k)

    Id-Deliberazzjoni taċ-CIPE tat-8 ta' Awwissu 1996, li timmodifika l-kundizzjonijiet ta' l-ammissibbiltà u tistabbilixxi l-prijoritajiet;

    (l)

    Il-liġi tas-7 ta' Awwissu 1997, nru. 266, ta' l-iffinanzjar mill-ġdid tar-reġim; li jiffinanzja wkoll il-programm ta' l-EFA (inġenji ta' l-ajru Ewropej tal-ġlied);

    (m)

    Id-Deliberazzjoni taċ-CIPE tat-22 ta' Diċembru 1998, li timmodifika l-prijoritajiet u l-kriterji ta' l-ammissibbiltà;

    (n)

    Id-Digriet tal-President tal-Kunsill tas-6 ta' Awwissu 1999, li jirregola l-ġestjoni amministrattiva tar-reġim f’idejn il-gvern;

    (o)

    Il-liġi tat-23 ta' Diċembru 2000, nru. 388, ta' l-iffinanzjar mill-ġdid tar-reġim;

    (p)

    Id-Deliberazzjoni taċ-CIPE tat-2 ta' Awwissu 2002, li timmodifika l-kriterji ta' l-għażla, l-attivitajiet ammissibbli u l-intensità ta' l-għajnuna.

    (170)

    L-Italja pprovdiet qafas komplut ta' l-iffinanzjar ġenerali tar-reġim (l-ammonti huma kkwotati f’biljuni ta' liri), irrapportati fl-iskeda li ġejja:

    It-2 skeda

    Allokazzjonijiet skond il-liġi 808/1985

    Liġijiet

    ‘93

    ‘94

    ‘95

    ‘96

    ‘97

    ‘98

    ‘99

    ‘00

    ‘01

    ‘02

    ‘03

    ‘04

    Ta' Wara

    Total

    808/85

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    690

    181/91

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    150

    237/93

    50

    50

    50

    50

    50

    50

    50

    50

    50

    50

     

     

     

    500

    237/93

     

    50

    50

    50

    50

    50

    50

    50

    50

    50

    50

     

     

    500

    644/94

     

    25

    25

    25

    25

    25

    25

    25

    25

    25

    25

     

     

    250

    644/94

     

     

    50

    50

    50

    50

    50

    50

    50

    50

    50

    50

     

    500

    266/97

     

     

     

     

     

    105

    105

    105

    105

    105

    105

    105

    315

    1 050

    488/99

     

     

     

     

     

     

     

     

    45

    45

    45

    45

    495

    675

    488/99

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    44

    44

    44

    528

    660

    388/00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    40

    40

    40

    480

    600

    350/03

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    19,3

    270,2

    290

    Total

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    5 865

    (171)

    Skond l-Italja, sad-data tat-tieni deċiżjoni (22.6.2005) mit-3 029 miljun ewro (ekwivalenti għal 5 865 biljun lira) intużaw 2 878 miljun ta' ewro, filwaqt li l-151 miljun ewro li baqa’ għadhom ma ġewx utilizzati.

    (172)

    L-Italja barra minn hekk ipprovdiet it-tqassim ta' l-ispejjeż:

    a)

    1 311 miljun ewro ntużaw għal proġetti dwar is-sigurtá nazzjonali;

    b)

    1 327 miljun ewro ntużaw għal proġetti ċivili approvati sa Novembru 2002;

    ċ)

    239 miljun ewro ntużaw għal proġetti ċivili approvati wara Novembru 2002.

    (173)

    Skond l-Italja, 510 miljun euro ntużaw għall-iffinanzjar ta' proġetti ta' interess ewropew.

    (174)

    L-Italja barra minn hekk wieġbet għat-talba tal-provvista ta' lista ta' proġetti ċivili kollha ffinanzjati skond il-liġi 808/1985 u li kienu ‘l fuq mil-livell minimu tan-notifika individwali, minkejja lista sħiħa ta' proġetti ffinanzjati tat-22 ta' Novembru 2002. Fl-ittra tagħha ta' l-24 ta' Ottubru 2005 l-Italja ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-proġetti msemmijin fit-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura.

    (175)

    L-Italja barra minn hekk iddikjarat li kien hemm proġetti oħra ta' l-għajnuna ta' ‘l fuq mil-livell minimu tan-notifika individwali.

    (176)

    L-Italja bagħtet ukoll skeda li tniżżel il-programmi dwar is-sigurtà nazzjonali ffinanzjati mir-reġim.

    (177)

    Fl-aħħar, dwar id-dewmien tar-rifużjonijiet tal-proġetti speċifiċi, l-Italja ddikjarat li kien hemm problemi biss għal żewġ proġetti (DO328 Panewijiet u DO328 KE). L-Italja kkonfermat li l-proġett li sar minn Aermacchi ltaqa’ ma’ xi problemi minħabba l-falliment ta' Fairchild Dornier GmbH, il-kumpanija ewlenija.

    12.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET TERZI INTERESSATI WARA T-TIENI DEĊIŻJONI TAL-BIDU TAL-PROĊEDURA

    (178)

    L-osservazzjonijiet u t-talbiet tal-partijiet terzi interessati wara t-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura kienu ppreżentati wara xulxin.

    (179)

    Il-parti terzi talbet lill-Kummissjoni tiddikjara illeġittimi l-għajnuniet li tqassmu skond il-liġi 808/1985 u tiddeċiedi l-irkupru skond l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Proċedura.

    (180)

    Il-parti terza talbet lill-Kummissjoni tivverifika l-istrumenti ta' l-għajnuniet użati taħt il-qafas tar-reġim.

    (181)

    Talbet lill-Kummissjoni biex tirkupra l-għajnuniet kollha li tqassmu kontra r-regoli relevanti dwar l-għajnuniet ta' l-Istat, skond l-Artikolu 14 tar-regolament tal-proċedura.

    (182)

    Talbet lill-Kummissjoni biex terġa’ titlob għas-sospensjoni tal-pagamenti futuri ppjanati taħt ir-reġim, bin-nuqqas tal-ġustifikazzjonijiet adegwati tal-fatt li l-għajnuniet kienu sejrin għal attivitajiet tar-R&Ż.

    (183)

    Talbet lill-Kummissjoni li tipprova sakemm tkun modifikata l-liġi 808/1985 li tippermetti li r-rifużjoni ta' l-għajnuniet b’kundizzjonijiet finanzjarji konformi mad-dixxiplina komunitarja relevanti għall-għajnuniet tar-R&Ż.

    (184)

    Talbet lill-Kummissjoni biex testendi l-indaġni biex tivverifika l-kompatibbiltà mar-regoli relevanti ta' l-għajnuna mill-Istat ta' reġimi oħrajn dwar is-settur ajruspazjali fl-Italja u barra minn hekk biex tivverifika li t-tali reġimi ma jintużawx biex iduru mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-liġi 808/1985.

    (185)

    Talbet lill-Kummissjoni li timponi fuq il-gvern Taljan l-obbligu li tippreżenta korrispondenza dettaljata annwali, bil-fakultà li l-Kummissjoni li titlob, fejn meħtieġ, miżuri eventwali tar-reviżjoni tal-kontijiet.

    (186)

    Il-parti interessata hemżet ma’ l-osservazzjonijiet sensiela ta' dokumenti, fejn il-korrispondenza tal-Qorti tal-Kontijiet Taljana tat-12 ta' Awwissu 2003 dwar l-applikazzjoni tal-liġi 808/1985, flimkien ma’ l-iskeda, meħuda minn din il-korrispondenza, dwar 164 proġett, it-test tad-digriet tal-Ministru ta' l-Industrija ta' l-14 ta' Marzu 1988, it-test tal-liġijiet ta' l-iffinanzjar mill-ġdid tal-liġi 808/1985 u fl-aħħar estratti mill-korrispondenza annwali ta' Avio u Finmeccanica dwar l-2003 u l-2004.

    13.   TWEĠIBA TA' L-ITALJA GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET TERZI INTERESSATI DWAR IT-TIENI DEĊIŻJONI TAL-BIDU TAL-PROĊEDURA

    (187)

    Wara l-osservazzjonijiet tal-parti terza interessata, l-awtoritajiet Taljani talbu kjarifika dwar il-qasam ta' l-applikazzjoni tal-proċedura, jiġifieri jekk dan japplikax għar-reġim kollu jew biss għall-għajnuniet individwali mogħtija taħt it-titolu tar-reġim li kienu suġġetti għall-obbligu tan-notifika individwali.

    (188)

    L-Italja mbagħad ikkomunikat li l-ammonti ppreżentati mill-parti terza interessata anonima, li tniżżlu mill-websajt tal-Ministru, jirreferu għal qasam ta' applikazzjoni akbar mir-reġim. Dawn id-dati fil-fatt ma jinkludux biss l-għajuniet mogħtija taħt il-qafas tal-liġi nru. 808/1985, iżda wkoll programmi industrijali oħrajn relatati mas-sigurtà nazzjonali (bħal […]) iffinanzjati taħt il-qafas tar-regolamenti varji.

    (189)

    […]

    (190)

    L-Italja ssostni li l-fatt li r-reġim mistenni mil-liġi 808/1985 kienet tippermetti l-iffinanzjar ta' programmi kemm ċivili kif ukoll militari ħoloq konfużjoni mal-parti terza interessata anonima. Skond l-Italja, konfużjoni analoga kienet preżenti fil-korrispondenza tal-Qorti tal-Kontijiet dwar il-liġi 808/1985.

    (191)

    L-Italja ppreżentat l-iskeda t’hawn taħt li tippermetti l-paragun bejn l-iffinanzjar irrapportat fil-korrispondenza dwar l-inċentivi u msemmija fl-osservazzjonijiet tal-parti terza interessata anonima u l-iffinanzjar taħt il-liġi 808/1985.

    Skeda 3

    paragun bejn l-għejun diversi ta' l-informazzjoni dwar l-iffinanzjar tal-liġi 808/1985

    f’miljuni ta' euro

    Impenn

    2000

    2001

    2002

    2003

    Korrispondenza 2004 dwar l-inċentivi (p. 181)

    287

    492

    710

    501

    Interventi tal-liġi nru 808

    18

    94

    280

    189

    Differenza

    269

    398

    430

    312

    (192)

    Barra minn hekk l-Italja pprovdiet lista ta' programmi militari relevanti ffinanzjati f’dawn is-snin li setgħu jispjegaw dawn id-differenzi: […].

    (193)

    Dwar il-korrispondenza annwali ta' l-2003 ta' Finmeccanica, fejn tirreferi għall-parti terza interessata, l-Italja ssosti li parti sew miż-żieda fl-ispejjeż fuq l-attività tar-R&Ż hija dovuta għad-dħul tal-kumpanija ta' Aermacchi (madwar […]).

    (194)

    L-Italja ammettiet l-eżistenza ta' dewmien f’xi proċeduri tar-rifużjoni, li tiġġustifika l-ewwelnett minħabba ż-żminijiet twal tal-ħlas (minn għaxar sa ħmistax-il sena), b’mod li jitqiesu dewmien ta' rifużjoni.

    (195)

    L-Italja tirrikonoxxi l-problemi dwar proġett speċifiku, id-DO328KE, iżda kkonfermat li bl-ebda mod ma jsarrfu f’rinunzja min-naħa ta' l-Istat għar-rifużjonijiet.

    (196)

    Bħala risposta għall-osservazzjonijiet speċifiċi tal-parti terza interessata, l-awtoritajiet Taljani pprovdiet l-argumenti li ġejjin.

    (197)

    L-Italja tħoss li hija inaċċettabbli li t-talba tal-parti terza interessata li l-Kummissjoni tiddikjara illeġittimi s-sitt proġetti li dwarhom kellha dubji taħt il-qafas ta' l-ewwel deċiżjoni u l-ordnijiet ta' l-irkupru ta' l-għajnuniet rispettivi. L-Italja tħoss li din it-talba hija kontra l-Artikolu 11 tar-regolament tal-proċedura.

    (198)

    Skond l-Italja, il-proċedura tittratta biss l-applikazzjonijiet individwali tar-reġim, jiġifieri proġetti li l-Kummissjoni tindividwa b’mod puntwali, jiġifieri t-tlettax-il proġett imsemmijin fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura. L-Italja ssostni li diġà pprovdiet għas-sospensjoni ta' l-iffinanzjar dwar it-tali proġetti, sakemm il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni finali.

    (199)

    Dwar it-talba tal-parti terza interessata li l-Kummissjoni timponi l-obbligu li tippreżenta korrispondenza annwali u miżuri oħrajn ta' kontroll, il-gvern Taljan jiddikjara li huwa lest jippreżenta l-eventwali korrispondenza konformi ma’ kif mistenni mill-Artikolu 21 tar-regolament tal-proċedura. Madankollu, l-awtoritajiet Taljani ma jaqblux ma’ l-impożizzjoni ta' aktar obbligi ta' rendikont, li jistgħu jirriżultaw sproporzjonati u inutli dwar l-obbligi li huma suġġetti għalihom, fejn jidħlu r-reġimi ta' l-għajnuna lis-settur relevanti, l-Istati Membri l-oħrajn.

    (200)

    Fl-osservazzjonijiet tagħha, il-parti terza interessata tagħmel riferenza għall-bilanċ ta' Avio (korrispondenza annwali ta' l-2004), u tikkwota b’mod partikolari frażi fejn tikkonferma li jekk dħul ma jkunx reġistrat, is-self ma jitħallasx lura (“If no revenues are earned, no reimbursement is due”). L-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li talbu spjegazzjonijiet lill-kumpanija. Il-konsulent legali ta' Avio kkonferma li, taħt il-qagas tar-reġim, il-benefiċjarji ta' l-għajnuna huma obbligati li jħallsu lura l-ammonti sħaħ li rċevew, indipendenti mis-suċċess tal-programm. Avio kkonfermat li dak li kien hemm fil-korrispondenza annwali ta' l-2004 kien ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljati tar-reġim u kien se jkun mibdul fil-korrispondenza annwali ta' wara.

    (201)

    L-Italja pprovdiet informazzjoni dwar aktar liġijiet li rriferiet għalihom il-parti terza fl-osservazzjonijiet tagħha, u ppreċiżat li l-liġijiet li ġejjin – il-liġi nru. 421/96, il-liġi nru 388/00, il-liġi finanzjarja ta' l-2003 u l-liġi nru 140/99 (din ta' l-aħħar speċifikament dwar inġenji militari ta' l-ajru tat-trasport) – kellhom skop esklussiv li jiffinanzjaw proġetti militari relatati mas-sigurtà nazzjonali.

    (202)

    Dwar il-korrispondenza tal-Qorti tal-Kontijiet, l-Italja tosserva li l-ewwelnett il-parti terza interessata kienet hemżet ma’ l-osservazzjonijiet tagħha żewġ skedi (“tables or charts”) estratti mill-fig. 3 u mill-fig. 5 ta' l-istess korrispondenza u tippreċiża li t-tali fajl ta' l-Excel ma kienx jidher fil-verżjoni li qed tirreferi għalih it-tieni deċiżjoni, iżda biss fil-verżjoni tal-Word preżenti fil-korrispondenza. L-Italja żiedet li ma jirriżultawx ċari t-teknika investigattiva li permezz tagħha l-parti terza interessata kienet aċċessat it-tali skedi.

    (203)

    L-Italja tenfasizza li fl-opinjoni tagħha ma kienx xieraq li dawn l-ammonti jkunu attribwiti għall-Qorti tal-Kontijiet, meta tikkunsidra li ma jidhrux f’din l-għamla fit-test tal-korrispondenza.

    (204)

    Madankollu, l-Italja pprovdiet xi osservazzjonijiet dwar il-kontenut ta' l-iskedi, li jirreferu għal 164 deċiżjoni ta' għoti ta' għajnuniet, għal ammont totali ta' 3 biljuni ewro.

    (205)

    L-Italja l-ewwelnett dwar dan osservat li dan l-ammont jinkludi ħafna impreċiżjonijiet, fosthom għadd doppju u għajnuniet mhux mogħtija. Barra minn hekk, l-iskedi jinkludu wkoll proġetti dwar is-sigurtà nazzjonali, fosthom uħud iffinanzjati taħt il-qafas ta' liġijiet oħrajn u li għalhekk ma jidħlux taħt il-qafas ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-reġim. Biex tikkonkludi, l-Italja ssostni li l-ammont eżatt ta' l-għajnuniet mogħtija taħt il-qafas tar-reġim jikkorrospondi mal-valur ikkwotat fl-osservazzjonijiet ippreżentati mill-Italja […].

    14.   VALUTAZZJONI

    (206)

    Biex tivvaluta l-każ, il-Kummissjoni l-ewwel se tivverifika l-eżistenza ta' l-għajnuniet u tivvaluta l-kompatibbiltà tagħhom.

    (207)

    It-tieni nett, il-Kummissjoni se tiċċara l-qafas ta' l-applikazzjoni tal-proċedura preżenti, u wkoll il-bażi tagħha tal-proċedura.

    (208)

    It-tielet, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk id-dubji li tqajmu taħt il-qafas ta' l-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura jistgħux jitneħħew.

    (209)

    Ir-raba’, id-deċiżjoni se turi l-lista tal-proġetti li se tapplika għalihom, u se tipprovdi valutazzjoni, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli, dwar il-kompatibbiltà tagħhom, inklużi l-kundizzjonijiet li għandhom japplikaw sakemm il-kumpatibbiltà tagħhom tkun rispettata.

    (210)

    Fl-aħħar, il-Kummissjoni se tagħti l-konklużjonijiet tagħha skond il-proġetti individwali u se tispjega għaliex dawn il-konklużjonijiet ma jirrelatawx maż-żewġ ħelikopters fejn kien hemm dubji espressi fuq il-karattru militari tagħhom taħt il-qafas tat-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura.

    14.1.   Eżistenza ta' l-għajnuniet skond l-Artikolu 87, l-ewwel paragrafu, tat-Trattat tal-KE u dixxiplina tal-kompatibiltà applikabbli

    (211)

    Miżura tikkostitwixxi għajnuna skond l-Artikolu 87, l-ewwel paragrafu, tat-Trattat, meta, permezz ta' għoti ta' riżorsi ta' l-istat, tiffavorixxi ċerti impriżi u jkollha effett fuq l-iskambji bejn l-Istati Membri, u tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni.

    (212)

    Kif indikat kemm fl-ewwel u kif ukoll fit-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, il-miżuri li qed ikunu eżaminati jikkostitwixxu għajnuniet. Din il-valutazzjoni ma kinetx ikkontestata mill-Italja, u lanqas minn ħadd mill-partijiet involuti fil-proċedura.

    (213)

    Is-self ipprovdut taħt il-qafas tal-liġi 808/1985 deher ċar li kien selettiv, permezz tal-fatt li kumpaniji attivi biss fis-settur ajrunawtiku jagħmlu użu minnhom.

    (214)

    Is-self relevanti ngħata permezz ta' fondi li ġejjin minn bilanċ statali u għalhekk jinkludi riżorsi statali.

    (215)

    Is-self ingħata mingħajr interessi, u għalhekk jagħtu vantaġġ lill-kumpanija li tibbenefika minnu l-kumpanija li trid tiffinanzja l-proġetti tagħha taħt il-kundizzjonijiet tas-suq. F’self mingħajr interessi l-element tal-vantaġġ ikun ikkalkolat preċiżament billi tkun ikkunsidrata d-differenza bejn l-interessi li l-kumpanija li se tħallas fuq is-self bil-kundizzjonijiet rispettivi tas-suq u l-interess preferenzjali, li f’dan il-każ huwa żero. Għalhekk, is-self dejjem għandu jitħallas lura skond il-pjan stabbilit meta ngħatat l-għotja u l-għajnuna tinħadem bħas-somma ta' l-interessi li rrinunzjahom l-Istat.

    (216)

    Fil-biċċa ‘l kbira tal-każijiet il-proġetti kienu dwar prodotti (ħelikopters, inġenji żgħar ta' l-ajru jew kultanti partijiet ta' inġenji ta' l-ajru akbar) ikkaratterizzati minn skambji intrakomunitarji sinifikanti.

    (217)

    L-għajnuniet ipprovduti mill-Italja għall-proġetti tar-R&Ż fis-settur ajrunawtiku taħt il-liġi 808/1985 jerġgħu jidħlu taħt il-qasam ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 87, l-ewwel paragrafu, tat-Trattat.

    (218)

    L-Italja u l-partijiet l-oħra tal-proċedura barra minn hekk jaqblu fil-kunsiderazzjoni li l-kompatibbiltà mat-Trattat trid tkun eżaminata fuq il-bażi tar-regoli dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 87(3) (ċ), ta' l-għajnuniet għall-proġett tar-R&Ż.

    (219)

    L-għajnuniet in kwestjoni jridu jkunu kkunsidrati illeġittimi peress li qatt ma kienu nnotifikati mill-Italja.

    (220)

    Kif indikat biċ-ċar mid-Dixxiplina Komunitarja dwar l-għajnuna mill-Istat favur ir-riċerka, żvilupp u innovazzjni (minn issa ‘l quddiem “id-dixxiplina ta' l-2006”) (37), konformi mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta' l-għajnuniet ta' l-Istat mogħtija b’mod illeġittimu (38), il-Kummissjoni, fil-każ li l-għajnuniet mhux notifikati tapplika:

    id-dixxiplina ta' l-2006, jekk l-għajnuniet ingħataw qabel id-dħul fis-seħħ;

    id-dixxiplina applikabbli fil-mument meta ngħataw l-għajnuniet, fil-każijiet kollha l-oħra.

    (221)

    Bħala konsegwenza, għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-proġetti ma’ l-Artikolu 87(3) (ċ) tat-Trattat, il-Kummissjoni se tapplika rispettivament id-Dixxiplina tar-R&Ż ta' l-1986 u d-Dixxiplina tar-R&Ż ta' l-1996 skond id-data ta' l-għoti ta' l-għajnuniet.

    14.2.   Oġġett tad-deċiżjoni

    (222)

    Id-deċiżjoni preżenti tillimita ruħha għall-għajnuniet individwali li l-Italja tat lil proġetti tar-R&Ż ta' karattru ċivili fis-settur ajrunawtiku taħt il-qafas tal-liġi 808/1985.

    (223)

    Huma jirrelataw l-ewwelnett is-sitt proġetti li fuqhom il-Kummissjoni esprimiet dubji speċifiċi taħt il-qafas ta' l-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura.

    (224)

    Huma jirrelataw ukoll mal-proġetti l-oħra msemmijin fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, peress li informazzjoni ta' wara dwarhom toħoloq possibbiltà ta' valutazzjoni differenti, l-aktar dwar l-obbligu tan-notifika individwali.

    (225)

    It-tielet, id-deċiżjoni dwar l-għajnuniet individwali l-oħra mogħtija mill-Italja għal proġetti akbar mil-livell minimu tan-notifika stabbilit mid-dixxiplini tar-R&Ż ta' l-1986 u ta' l-1996. Dawn il-proġetti ma kinetx taf bihom il-Kummissjoni waqt l-ewwel deċiżjoni. Uħud minnhom kienu msemmija fit-tieni deċiżjoni bħala każijiet possibbli ta' għajnuniet individwali mhux innotifikati.

    (226)

    Mhux possibbli ssostni, kif tagħmel l-Italja, li proċediment ta' indaġni tista' tindividwa mill-bidu l-proġetti kollha li jaqgħu taħt il-qafas ta' l-applikazzjoni, peress li l-Kummissjoni mhux bilfors taf, waqt il-bidu tal-proċedura, binnumru ta' proġetti li jistgħu jidħlu taħt il-proċedura.

    (227)

    Id-deċiżjoni preżenti dwar applikazzjonijiet individwali ta' reġim li l-Italja kellha tinnotifika individwalment, iżda ma nnotifikatx. Il-kapaċità tan-nuqqas ta' notifika hija eċċezzjonali anki għax l-Italja ma nnotifikat lil ħadd bil-proġetti għal aktar minn għaxar snin. Minħabba l-persistenza tan-nuqqas ta' konformità ma’ l-obbligu tan-notifika mistennija taħt l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, u minħabba l-osservazzjonijiet tal-partijiet terzi u fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli, fit-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura l-Kummissjoni indikat biċ-ċar li l-proċedura kienet tirrigwarda l-proġetti individwali kollha li jaqgħu taħt ir-reġim u li kellhom ikunu nnotifikati b’mod individwali.

    (228)

    It-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura ma stabbiliet l-ebda data speċifika minn fejn proġetti individwali mhux innotifikati kellhom jibdew biex ikunu inklużi fl-oġġett tal-proċedura u kkunsidrati applikazzjonijiet individwali taħt il-liġi 808/1985. F’kull każ, l-awtoritajiet Taljani ta' sikwit ippermettew lill-benefiċjarju li ma jirrifondix kompletament l-għajnuniet u dan jitqies bħala barriera għall-għoti ta' għajnuniet ġodda.

    (229)

    Ta' min ifakkar l-importanza tan-notifiki individwali ogħla mil-livelli minimi stabbiliti għall-finijiet tal-kontroll ta' l-għajnuniet ta' l-Istat. Id-dixxiplina ta' l-2006 tindika biċ-ċar li, biex l-analiżi tal-Kummissjoni tkun orjentata aħjar, il-miżuri individwali ogħla mil-limiti minimi stabbiliti huma suġġetti għal eżami dettaljat. L-iskop ta' l-eżami dettaljat huwa li jiggarantixxi li l-ammonti li tqassmi bħala għajnuna għar-R&Ż&I favur l-istess benefiċjarju ma jbiddlux il-kompetizzjoni b’miżura kontra l-interess komuni, iżda anzi jikkontribwixxi għal dan l-interess komuni b’miżura proporzjonata.

    (230)

    Matul il-perjodu taħt eżami, il-limiti minimi tan-notifika individwali nbidlu. Skond id-dixxiplina ta' l-1986, kienu japplikaw fuq proġetti bi spejjeż ammissibbli aktar minn 20 miljun EKU.

    (231)

    Skond id-dixxiplina ta' l-1996, il-proġetti suġġetti għall-obbligu tan-notifika individwali lill-Kummissjoni kienu dawk bi spejjeż ammissibbli ogħla minn 25 miljuni ta' EKU u li bbenefikaw minn għajnuniet akbar minn 5 miljuni ta' EKU (39).

    (232)

    Dwar il-bżonn tal-ħtieġa li jissemmew, fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 88(2) tat-Trattat, b’mod eżatt, preċiż u korrett il-proġetti individwali interessati, il-Kummissjoni tosserva dan li ġej.

    (233)

    Hija bagħtet proċedura skond l-Artikolu 88(2), it-tieni paragrafu, u tindividwa b’mod preċiż 13-il proġett. Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli dak iż-żmien, qajmet dubji fuq 6 proġetti u resqet oġġezzjonijiet fuq sebgħa minnhom.

    (234)

    Sar evidenti, li minn naħa, l-istrument ta' l-għajnuna użat mill-Italja u min-naħa l-oħra l-applikazzjoni tiegħu, ikkaraterizzati minn dewmien ta' rifużjonijiet, kienu tali li jimmodifikaw il-valutazzjoni tat-tlettax-il proġett. L-Italja tirrikonoxxi li l-informazzjoni li kellha l-Kummissjoni dak iż-żmien ma kinetx korretta u ma kinetx tikkorrospondi mal-kundizzjonijiet effettivi ta' l-għajnuniet li ng]ataw u li ma kinux imħallsin lura korrettament.

    (235)

    Saret ukoll evidenti l-eżistenza ta' każijiet oħra fejn l-Italja ma kinetx innotifikat individwalment, minkejja li d-dixxiplini tar-R&Ż u d-deċiżjoni ta' l-1986 kien fihom indikazzjonijiet ċari dwar dan.

    (236)

    Barra minn hekk ħarġet li l-parti kbira tal-każijiet ivvalutati mid-deċiżjoni preżenti r-rifużjonijiet ma rrispettawx il-kalendarji tal-bidu; bil-kontra, kien permess dewmien, li ssarrfu f’kundizzjonijiet aktar ġenerużi għall-benefiċjarji. It-tali kundizzjonijiet ġodda u aktar ġenerużi kienu jikkorrospondu għal għajnuniet ġodda.

    (237)

    Bħala konklużjoni, il-proċedura tirrigwarda numru ta' proġetti li jikkonsistu mill-għoti ta' għajnuniet illeġittimi.

    14.3.   Dubji espressi taħt il-qafas ta' l-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura

    (238)

    Il-Kummissjoni setgħet tivvaluta l-informazzjoni ppreżentata mill-Italja dwar l-ispejjeż ammissibbli u dwar l-effett ta' l-inċentivazzjoni għas-sitt programmi taħt l-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, li issa huma inklużi fil-lista tal-proġetti (ara l-punt 281, Skeda 4).

    (239)

    Il-Kummissjoni setgħet tivverifika li għal kull proġett l-ispejjeż kienu jikkorropondu għall-attivitajiet tar-riċerka industrijali u ta' l-attivitajiet ta' l-iżvilupp ta' qabel il-kompetizzjoni.

    (240)

    Il-Kummissjoni setgħet tivverifika l-effett ta' l-inċentivazzjoni ta' l-għajnuniet għal kull wieħed mis-sitt proġetti. Il-valutazzjoni kienet realizzata wara l-kunsiderazzjoni t-tul ta' żmien li għadda minn meta l-Italja adottat id-deċiżjoni ta' l-għoti ta' l-għajnuna.

    (241)

    Mill-parti l-oħra, madankollu, kif indikat mill-paragrafi minn 105 sa 122, ħarġu li aspetti kruċjali oħra ta' l-għajnuna, b’mod partikolari l-istrument ta' l-għajnuna, ma kinux definiti biċ-ċar u ma ppermettewx lill-Kummissjoni tesprimi b’mod definittiv skond il-kompatibbiltà tagħhom. Qabel ma tkun ippreżentata valutazzjoni tal-proġetti individwali, huwa għalhekk meħtieġ li tkun ivvalutata l-informazzjoni disponibbli dwar dubji oħra espressi taħt il-qafas tat-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura.

    14.4.   Dubji espressi taħt il-qafas tat-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura

    (242)

    Biex tasal għal konklużjoni definittiva dwar l-għajnuniet individwali li ngħataw taħt il-qafas tar-reġim, hemm bżonn l-ewwelnett tkun ivvalutata l-informazzjoni kollha dwar l-evoluzzjoni tar-reġim, inklużi l-bażi ġudizzjali u l-modifiki tal-bilanċ.

    (243)

    It-tieni nett, hemm bżonn tkun ivvalutata n-natura ta' l-istrument ta' l-għajnuna u ta' l-attwazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' l-għoti ta' l-għajnuniet.

    (244)

    It-tielet, jeħtieġ tkun stabbilita l-lista tal-proġetti individwali li l-Italja ma nnotifikatx u jkunu vvalutati l-kundizzjonijiet finanzjarji dwar kull wieħed minnhom u, jekk hemm bżonn, ikunu vverifikati l-kundizzjonijiet tar-rifużjoni, flimkien mad-disposizzjonijiet dwar il-kontroll dwar it-tali kundizzjonijiet.

    (245)

    Fl-aħħar, kapitali apparti kien iddedikat għall-valutazzjoni ta' l-informazzjoni dwar iż-żewġ ħelikopters ippreżentati bħala ħelikopters militari, taħt il-punti 399-408

    14.4.1.   Evoluzzjoni tar-reġim

    (246)

    Il-Kummissjoni tipprovdi lill-istat attwali stampa eżatta ta' l-iżviluppi tar-reġim fit-total tiegħu

    (247)

    L-Italja setgħet tipprovdi informazzjoni biżżejjed dwar l-iffinanzjar totali tal-proġetti, biex tippermetti lill-Kummissjoni tieħu idea aktar ġenerali. Dan jirrigwardja b’mod partikolari l-problema rrappreżentata mill-fatt li r-reġim li qed ikun eżaminat intuża mill-Italja biex jiffinanzja kemm il-proġetti ċivili u kemm proġetti relatati mas-sigurtà nazzjonali. Id-dejta relevanti għall-iffinanzjar totali għalhekk jistgħu jiżgwidaw jekk kellhom ikunu interpretati kif użati mill-Italja biex isostnu biss proġetti ċivili tar-R&Ż tas-settur ajrunatiku.

    14.4.2.   Natura ta' l-istrument ta' l-għajnuna

    (248)

    Dwar in-natura ta' l-istrument ta' l-għajnuna, l-Italja pprovdiet dokumentazzjoni sħiħa dwar il-proġetti li kellhom ikunu nnotifikati individwalment, konformi mal-livelli minimi tad-dixxiplini tar-R&Ż li ġraw minn dak iż-żmien.

    (249)

    L-Italja indikat li n-natura ta' l-istrument kienet ibrida, fis-sens li kienet tikkonsisti minn self preferenzjali fejn il-pjan tar-rifużjoni kien jiddependi minn previżjonijiet tal-bejgħ tal-prodott realizzat. Skond l-Italja, dawn il-pjanijiet tar-rifużjoni kienu fissi.

    (250)

    Is-self prefernzjali ngħata fuq il-bażi tar-rata tar-riferiment eżistenti fil-mument meta ngħata l-għoti tas-self u żieda ta' primjum.

    (251)

    Għal kull proġett, l-awtoritajiet Taljani stabbilixxew, fil-mument ta' l-għoti, intensità massima teoretika ta' l-għajnuna, ikkalkulata fuq il-bażi ta' l-ispejjeż ammissibbli u b’kunsiderazzjoni għal bonus eventwali.

    (252)

    Madankollu, f’xi każijiet din l-intensità ma kinetx rispettata u għajnuna ngħatat lill-benefiċjarju b’kundizzjonijiet favorevoli, b’intensità ogħla mill-massimu ammissibbli skond id-dixxiplina tar-R&Ż.

    (253)

    Barra minn hekk, fil-prattika, il-pjanijiet tar-rifużjoni spiss ma kinux rispettati, skond żewġ modalitajiet differenti. Minn naħa, pagamenti lill-benefiċjarji juru dewmien mal-pjanijiet tal-bidu, jew minħabba d-dewmien akkumulat mill-proġett jew għax l-Istat ipprovda għall-pagamenti tard. Għalhekk, f’ċerti każijiet, l-intensità effettiva ta' l-għajnuniet irriżultat anqas mill-intensità tal-bidu.

    (254)

    Aktar sinifikanti, f’ħafna każijiet ir-rifużjonijiet ma kinux jirrispettaw il-pjanijiet tal-bidu. Bħala konsegwenza, f’ħafna każijiet, l-intensità tal-bidu saret akbar, peress li l-benefiċjarji kienu jagħmlu użu mill-vantaġġ ta' wara li kien jirrappreżenta l-possibbiltà ta' dewmien fir-rifużjonijiet.

    (255)

    L-Italja bagħtet lill-Kummissjoni ċertu numru ta' ittri li kienu jinkludu t-talbiet għall-ħlas tar-rifużjoni li kienet bagħtet lill-benefiċjarji, iżda jidher ċar li dawn l-ittri kellhom effett limitat. F’xi każijiet, benefiċjarju rċieva ħafna ittri dwar l-istess proġett, mingħajr ma l-azzjonijiet kienu segwiti għal rifużjoni effettivi, iżda wkoll mingħajr azzjonijiet tar-rifużjoni min-naħa ta' l-Istat (40).

    (256)

    Bħala konklużjoni, l-għajnuniet li ngħataw għall-proġetti juru żewġ problemi ta' potenzjal: a) intensità tal-bidu li f’xi każijiet qabżet l-intensità massima permessa u b) ir-rifużjoni insuffiċjenti li kompliet kabbret aktar din l-intensità.

    (257)

    L-Italja, flimkien mal-Kummissjoni, iddefinixxiet metodoloġija li tippermetti li ssolvi ż-żewġ problemi. Fil-bidu, għal kull proġett kienet definita l-intensità massima bħala l-iżgħar bejn l-intensità massima teoretika (41) u l-intensità tal-bidu. Intensità tal-bidu iżgħar kienet tfisser li l-ammonti ta' l-għajnuniet speċifiċi mogħtija kellha effett ta' inċentivazzjoni biżżejjed biex l-impriża timpenja ruħha fil-proġett. Kull żieda fl-intensità dwar il-valur stabbilit fil-bidu kienet ikkunsidrata għajnuna ġdida.

    (258)

    Wara, kienet ikkalkulata l-intensità ta' l-għajnuna akkumulata. Fis-sena li l-intensità ta' l-għajnuna akkumulata tilħaq il-livell ta' l-intensità massima kif definita fil-punt 257, il-benefiċjarju jrid iħallas lura l-kapital kollu tas-self mhux rifondut. Jekk l-intensità massima tkun diġà ntlaħqet qabel, allura jkunu kkalkulati l-interessi kollha dwar is-self mhux rifondut għas-snin li għaddew sar-rifużjoni kompluta tas-self. Il-livell tar-rata ta' l-interessi tikkorrospondi mar-rata tar-riferiment tas-sena meta ntlaħqet l-intensità massima u wara għal kull sena ta' aktar dewmien.

    (259)

    Il-metodoloġija definita għalhekk tippermetti l-garanzija dwar l-intensitajiet massimi definiti fid-dixxiplini tar-R&Ż (42).

    14.4.3.   Lista ta' proġetti mhux notifikati

    (260)

    Il-ftehim komuni u korrett ta' l-istrument ta' l-għajnuna ppermetta d-definizzjoni tal-lista ta' proġetti li l-Italja kellha tinnotifika individwalment. Meta għajnuna tieħu forma ta' self b’rata preferenzjali, il-valur sinifikanti huwa l-ammont ta' interessi li qed jirrinunzja għalih l-Istat. B’kunsiderazzjoni għall-inċertezza dwar in-natura ta' l-istrument ta' l-għajnuna, lanqas l-Italja ma kellha idea preċiża liema proġetti kellhom ikunu nnotifikati individwalment (43) jew li kellhom ikunu inklużi fil-lista ex post ta' dawk li kelljom ikunu nnotifikati.

    (261)

    Biex il-lista tkun stabbilita kien meħtieġ jipproċedu għal talbiet varji ta' informazzjoni.

    (262)

    Fil-bidu, l-Italja nnegat li ma kinetx innotifikat ebda proġett individwali minbarra dawk imsemmija fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura. Wara, ammettiet li l-lista tal-proġetti mhux notifikati kienet itwal u ppreżentat l-informazzjoni kollha u l-elementi kollha ta' l-evidenza meħtieġa.

    (263)

    Jeżistu diversi fatturi li jagħtu spjegazzjoni għad-diffikultà tad-definizzjoni tal-lista ta' proġetti mhux notifikati.

    (264)

    L-ewwelnett, ta' min jinnota li r-reġim kien applikat mill-1986.

    (265)

    It-tieni nett, in-numru ta' proġetti interessati kiber bħala ħtieġa. Inklużi l-proġetti li ma kinux soġġetti għan-notifika individwali, in-numru ta' proġetti ffinanzjati matul il-perjodu taħt eżami jaqbeż il-mija sew.

    (266)

    It-tielet, il-preżenza tal-lista ta' ħafna proġetti militari żiedet il-konfużjoni. Il-Kummissjoni tosserva li anke r-relazzjoni tal-Qorti tal-Kontijiet turi ċerta konfużjoni dwar in-natura tal-proġetti.

    (267)

    L-informazzjoni disponibbli fuq il-proġetti ffinanzjati kienu bil-biċċiet u kultant konfużi, anki minħabba l-fatt li l-korrispondenza tal-gvern stess lill-Parlament Taljan kienu dwar lista ta' proġetti futuri minflok il-proġetti effettivament iffinanzjati.

    (268)

    Hemm listi li kienu ppreżentati mill-parti terza interessata u oħrajn imsemmijin direttament lill-Kummissjoni, per eżempju t-tlettax-il proġett ta' l-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura u lista ta' proġetti msemmijin fit-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura.

    (269)

    Il-korrispondenza tal-Qorti tal-kontijiet ma kienx fiha lista ta' proġetti, iżda biss ċifri, grafika u skedi ta' natura ġenerali. Madankollu l-verżjoni Word tad-dokument disponibbli fuq il-websajt tal-Qorti fl-2005, kien jippermetti li dejta aktar preċiża setgħet titniżżel mill-grafika ġenerali.

    (270)

    Fil-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta' Novembru 2005, il-parti terza interessata daħlet din l-aħħar dejta. Il-Kummissjoni, fit-talba tagħha għall-informazzjoni tat-23 ta' Mejju 2006, użat il-parti l-kbira (44) tal-proġetti indikati fil-lista ppreżentata mill-parti terza interessata anonima biex tiġbed l-attenzjoni ta' l-Italja li, f’kull probabbiltà, kien għadu jeżisti ċertu numru ta' proġetti mhux notifikat li dwarhom l-Italja ma kinetx ipprovdiet l-informazzjoni mitluba.

    (271)

    Minn naħa, l-Italja innegat (45) li l-lista tal-parti terza interessata setgħet tkun attribwita għall-Qorti tal-Kontijiet, bl-argument li l-istess lista kienet magħmula minn estrapolazzjoni effetwata minn persuna anonima minn sistema ta' l-informazzjoni tal-Qorti. Għal din ir-raġuni, skond l-awtoritajiet Taljani, ikun ħażin tattribwixxi l-lista għall-Qorti, peress li setgħet kienet ir-riżultat ta' manipolazzjoni magħmula minn partijiet terzi. Peress li l-lista hija kkaratterizzata minn ċertu numru ta' żbalji u impreċiżjonijiet, ikun żbaljat tattribwiha lill-Qorti tal-Kontijiet.

    (272)

    Peress li l-Italja fl-aħħar iddeċidiet li tippreżenta lista sħiġa ta' proġetti individwali sottoposti għall-obbligu ta' notifika individwali, il-Kummissjoni mhux meħtieġa tagħti verdett fuq l-informazzjoni li rċeviet qabel (46).

    (273)

    In ġenerali, id-diskussjoni dwar il-lista ta' proġetti mhux notifikati kienet diffiċli; madankollu, wara sentejn ippermettiet lill-awtoritajiet Taljani u lill-Kummissjoni jindividwaw ċertu numru ta' proġetti individwali li l-Italja ma kinetx innotifikat.

    (274)

    Kif mitluba fit-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, l-Italja barra minn hekk ippreżentat lista ta' proġetti taħt il-livell minimu tan-notifika individwali approvati wara l-20 ta' Novembru 2002. Bis-saħħa ta' din il-lista, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi, minn naħa, li tikkorrospondi għall-applikazzjoni finanzjarja kumpessiva tal-liġi 808/1985 matul il-perjodu taħt eżami u, min-naħa l-oħra kienet tirrigwarda effettivament proġetti taħt il-livell minimu tal-valutazzjoni individwali (47).

    14.5.   Valutazzjoni tal-lista definittiva ta' proġetti ċivili

    (275)

    Il-lista tal-proġetti individwali li l-Italja ma nnotifikatx lill-Kummissjoni tinkludi 17-il proġett.

    (276)

    Il-lista tinkludi l-proġetti li dwarhom il-Kummissjoni tista' tasal għal konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tagħhom mat-Trattat, iżda ma teskludix il-fatt li fil-futur il-Kummissjoni tista' tadotta disposizzjonijiet dwar proġetti oħra mhux notifikati li bħalissa ma tafx bihom jew proġetti li m’għandhiex biżżejjed informazzjoni għal skopijiet ta' teħid ta' deċiżjoni, jew għax l-informazzjoni mhux kompluta jew għax jindikaw li l-proġett relevanti jirriżulta fil-fatt taħt il-livell minimu tan-notifika, filwaqt li informazzjoni ġdida tista' timmodifika dik il-valutazzjoni.

    (277)

    Għal kull proġett, il-Kummissjoni għandha fil-pussess tagħha l-pjan tal-bidu ta' l-iffinanzjar u tar-rifużjoni stabbilit fil-mument ta' l-għoti ta' l-għajnuna u tas-sitwazzjoni reali tal-pagamenti effettivi min-naħa ta' l-Istat u tal-rifużjonijiet effettivi min-naħa tal-benefiċjarji. Il-pjanijiet jinkludu l-korrezzjonijiet ippreżentati mill-metodoloġija msemmija hawn fuq (48).

    (278)

    Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli dwar il-proġetti, u b’kunsiderazzjoni tal-fatt li l-proġetti huma kollha ta' l-applikazzjonijiet individwali ta' l-istess reġim ta' l-għajnuna, il-Kummissjoni ma tużax l-elementi li jġiegħluha tiddubita l-fatt li l-għajnuna kienet se tmur biex tgħin attivitajiet ikklassifikati bħala attivitajiet tar-R&Ż skond id-definizzjonijiet tad-dixxiplini tar-R&Ż.

    (279)

    Dwar l-effett ta' l-inċentivazzjoni, il-Kummissjoni l-ewwelnett tinnota li l-punt 8, it-tieni paragrafu tad-dixxiplina ta' l-1986 titlob biss li l-għajnuna tinkoraġġixxi sforz addizzjonali dwar ir-R&Ż jew li tippermetti li impriża tirrispondi għal kundizzjonijiet eċċezzjonali fejn ir-riżorsi tal-kumpanijiet benefiċjarja stess kien limitati wisq. Taħt il-punt 6 tad-dixxiplina ta' l-1996 l-effett ta' l-inċentivazzjoni kienet ikkunsidrata preżenti fuq il-bażi ta' fatturi kwantitattivi jew ta' fatturi oħra kkunsidrati pertinenti min-naħa ta' l-Istat Membri, li kien kapaċi juri li l-istess proġett tar-R&Ż ma kienx isir mingħajr l-għajnuna jew kien ikun anqas ambizzjuż jew li ma kienx isir fuq l-istess tul ta' żmien.

    (280)

    Il-Kummissjoni m’għandhiex elementi li jġiegħluha tiddubita mill-effett ta' l-inċentivazzjoni ta' l-għajnuniet li qed ikunu eżaminati. L-għajnuniet ippermettew lill-benefiċjarji li jidħlu f’attivitajiet tar-R&Ż addizzjonali dwar l-attivitajiet normali tagħhom tar-riċerka u li jagħmlu proġetti tar-R&Ż li kieku ma kienx hekk ma kienux jagħmlu bil-mezzi tagħhom biss. Barra minn hekk, b’paragun ma’ valutazzjoni ta' proġetti simili fis-settur ajrunawtiku, il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuniet għall-proġetti taħt eżami ppermettew li l-benefiċjarji jagħmlu proġetti riskjużi li ma setgħux jiffinanzjaw weħidhom. Fl-aħħar, il-Kummissjoni tinnota li l-parti kbira tinkludi proġetti internazzjoni li jeħtieġu sforzi supplimentari ta' kollaborazzjoni.

    (281)

    Wara kull proġett huwa deskritt, bl-ispejjeż ammissibbli kumplessivi u l-ammonti ta' l-għajnuna riċevuta. Il-valutazzjoni tinkludi barra minn hekk, għas-sitt proġetti li dwarhom tresqu dubji taħt il-qafas ta' l-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, l-informazzjoni disponibbli dwar l-attivitajiet ammissibbli u dwar l-effett ta' l-inċentivazzjoni. Għall-proġetti kollha kienu ppreċiżati l-konsegwenzi ta' l-applikazzjoni tal-metodoloġija taħt il-punt 257.

    Skeda 4

    lista tal-proġetti suġġetti għad-deċiżjoni preżenti.

    Proġett

    Kumpanija

    Oġġett

    Sena

    A109 DEF

    Agusta

    ħelikopter

    1997

    A109X

    Agusta

    ħelikopter

    1999

    A119 Koala

    Agusta

    ħelikopter

    1997

    DO328

    Aermacchi

    ajrustruttura

    1991

    DO 328 KE

    Aermacchi

    ajrustruttura

    1996

    DO 328 Panels

    Aermacchi

    ajrustruttura

    1996

    ATR72

    Alenia

    ajrustruttura

    mill-1988 sa l-1994 (5 proġetti)

    ATR 42500

    Alenia

    ajrustruttura

    1992

    MD11 LWRP J/S

    Alenia

    ajrustruttura

    1996

    Falcon 2000

    Alenia

    ajrustruttura

    1994

    MD 11 Winglet

    Alenia

    ajrustruttura

    1989

    MD 95

    Alenia

    ajrustruttura

    1996 u 1998

    GE90B

    Avio

    mutur

    1994

    GE90 Growth

    Avio

    mutur

    1996

    LPT PW308

    Avio

    mutur

    1997

    Falcon 2000

    Piaggio

    ajrustruttura

    1994

    Kabini

    Alenia

    ajrustruttura

    1999

    (a)   Proġett A109 DEF realizzat minn Agusta

    (282)

    Il-proġett, dwar ħelikopter u li sar minn Agusta, kien magħmul mill-iżvilupp ta' verżjonijiet diversi ta' l-A109 biex ikun adattat għal sistemi differenti ta' propulsjoni, għall-fini biex jissodisfa l-eħrex kriterji dwar is-sigurtà, il-prestazzjoni tat-titjira u l-impatt ambjentali. Il-verżjonijiet D, E u F jikkorrospondu għall-verżjonijiet bil-mutur tal-kumpaniji Allison, Pratt & Whitney u Turbomeca. Skond l-Italja, il-verżjonijiet D u E qatt ma kienu żviluppati.

    (283)

    Il-proġett imsemmi fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura (proġett nru. 4). L-investimenti saru bejn l-1996 u l-1998. Taħt il-qafas ta' l-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni esprimiet dubji fuq il-klassifikazzjoni ta' l-attivitajiet tar-R&Ż u fuq l-effett ta' l-inċentivazzjoni.

    (284)

    Dwar l-attivitajiet tar-R&Ż, l-awtoritajiet Taljani pprovdew informazzjoni aktar dettaljata dwar il-kompiti. L-ewwelnett, il-Kummissjoni tosserva li taħt il-qafas tal-proġett kienu żviluppati ħafna prototipi u li l-verżjonijiet D u E la tlestew u lanqas kienu kkummerċjalizzati.

    (285)

    It-tieni nett, il-Kummissjoni tinnota li t-teknoloġiji l-aktar interessati direttament – mutur u roti bl-islitti ġodda – kienu ċċertifikati biss f’Ġunju 2001. Skond l-Italja, l-iżviluppi rispettivi fl-iskrun għad iridu jkunu introdotti fil-prodott finali, minkejja li r-riżultati ta' l-attivitajiet tar-R&Ż kienu pożittivi.

    (286)

    Is-sekwenza ta' l-attivitajiet jindikaw li l-għajnuniet għall-proġetti tar-R&Ż li saru bejn l-1996 u l-1998 ippermettew lill-kumpanija Agusta li ddaħħal teknoloġiji ġodda, fuq orrizont ta' żmien ta' aktar minn 30 xahar. Bħala konsegwenza, għall-kumpanija Agusta l-għajnuna kellha effett ta' inċentivazzjoni.

    (287)

    L-investiment ammissibbli (49) kien ekwivalenti għal 69 790 miljuni ta' liri (50). L-ammont ta' l-għajnuniet, f’termini ta' interessi li l-Istati rrinunzja għalihom kien ta' 24 450 miljun ta' liri. Bħala konsegwenza, l-intensità tal-bidu ta' l-għajnuniet kienet stabbilita għal 35,03 %, dwar intensità massima teoretika ta' 31 % ammissibbli tad-dixxiplina ta' l-1996. L-intensità akkumulata laħqet il-massimu ammissibbli tal-31 % fl-2004.

    (288)

    Fl-2007, Agusta għalhekk trid tirrifondi immedjatament l-ammont kapitali mhux imħallas lura (19 300 miljun lira) bl-addizzjoni ta' 7 811 miljun ta' liri ppreżentata fl-iskeda tar-rifużjonijiet ta' dik is-sena. Barra minn hekk, iridu jitħallsu r-rati ta' l-interessi komposti mill-2005, għal total sad-data tal-31 ta' Diċembru 2007 ta' […] miljun ta' liri.

    (289)

    Il-Kummissjoni tista' għalhekk toħroġ bil-konklużjoni li l-għajnuna tista' titqies kompatibbli mad-dixxiplina tar-R&Ż ta' l-1996 peress li kienet dwar attivitajiet tar-R&Ż u kellha effett ta' inċentivazzjoni għall-kumpanija Agusta, bil-kondizzjoni li jitħallas lura immedjatament l-ammont tas-self u l-interessi komposti.

    (b)   Proġett A109X realizzat minn Agusta

    (290)

    Il-proġett jirrigwarda ħelikopter tal-kumpanija Agusta. Fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura huwa indikat bħala l-proġett nru 2. Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-klassifikazzjoni ta' l-attivitajiet tar-R&Ż u dwar l-effett ta' l-inċentivazzjoni.

    (291)

    Skond l-Italja, il-proġett, realizzat fil-perjodu 1999-2001, kien immirat għall-iżvilupp ta' ħelikopter totalment ġdid mistenni li jidħol fis-suq wara l-2009. It-toqol tal-ħelikopter kellu jkun ta' bejn 3 u 3,5 tunnellati u barra minn hekk se jintuża għal żviluppi fuq is-suq militari.

    (292)

    L-Italja rnexxielha turi li l-A109X huwa proġett totalment differenti mill-proġetti A109DEF, A109 Power u A119 Koala. Id-differenzi teknoloġiċi ewlenin jirrigwardaw l-iskrun b’ħames paletti, l-iskrun tad-denb u t-trasmissjoni b’roti ċatti u koniċi.

    (293)

    Dwar l-effett ta' l-inċentivazzjoni, l-Italja rnexxielha turi li l-proġett A109X huwa proġett ġdid li l-konklużjoni tiegħu mistennija qabel l-2009. L-għajnuna għalhekk jippermetti lill-Agusta li tidħol f’attivitajiet tar-R&Ż li kienu i — bogħod mis-suq u riskjużi min-naħa teknoloġika.

    (294)

    L-investimenti ammissibbli effettwat mis-soċjetà kienu ekwivalenti għal 67 144 miljun lira. L-għajnuniet mogħtija taħt forma ta' interessi li l-Istat irrinunzja għalihom kienu ekwivalenti għal 13 902 miljun lira, li jikkorropondu għal intensità ta' 20,70 %, għalhekk anqas mill-intensità massima tal-bidu skond id-dixxiplina ta' l-1996, li li tikkorrospondi għal 33 %.

    (295)

    Il-pjan tar-rifużjoni kien però mmodifikat biex jikkunsidra l-fatt li l-għajnuniet tqassmu b’mod differenti minn kif mistenni u li l-ammonti tas-self irriżultaw anqas. Ir-rifużjonijiet relevanti għal dan il-proġett għandhom għalhekk jimxu skond il-pjan immodifikat sa l-2018.

    (296)

    Il-Kummissjoni għalhekk tista' tasal għall-konklużjoni li l-għajnuniet favur il-proġett in kwestjoni huma kompatibbli mad-dixxiplina ta' l-1996 peress li kienu dwar attivitajiet tar-R&Ż ammissibbli u kellhom effett ta' inċentivazzjoni, bil-kondizzjoni li l-pjan tar-rifużjoni jitlesta sa l-2018.

    ċ)   Proġett A119 Koala realizzat minn Agusta

    (297)

    Il-proġett jirrigwarda l-iżvilupp ta' ħelikopter min-naħa ta' Agusta. L-A119 Koala hija verżjoni utility ta' ħelikopter sa tmien postijiet b’muturi wieħed bit-turbo u maħsub għas-suq ċivili.

    (298)

    Il-proġett ddaħħal, bħala proġett nru. 3, fil-lista ta' proġetti taħt l-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura. Taħt il-qafas ta' din id-deċiżjoni, fuq il-bażi ta' informazzjoni disponibbli dak iż-żmien, il-Kummissjoni kienet stabbilixxiet li l-proġett kien suġġett għall-obbligu tan-notifika individwali tal-Kummissjoni u għalhekk ma kienx jaqa’ taħt il-qafas ta' l-applikazzjoni ta' l-ewwel deċiżjoni.

    (299)

    Wara, ħareġ li, fir-realtà l-ammont ta' l-investimenti ammissibbli u l-ammonti ta' l-għajnuniet kienu tali li l-proġett kellu jkun innotifikat individwalment lill-Kummissjoni.

    (300)

    L-għajnuniet ingħataw fl-1997 għall-investimenti ammissibbli dwar il-perjodu ta' 1997-1999 ta' 58 137 miljun lira. L-għajnuna mogħtija tikkorrospondi għal intensità ta' 26,92 %, anqas mill-intensità massima ammissibbli tal-bidu ta' 32 % skond id-Dixxiplina tar-R&Ż ta' l-1996.

    (301)

    Ir-rifużjonijiet relevanti għall-proġett in kwestjoni għandhom għalhekk jimxu skond il-pjan sa l-2009.

    (302)

    Il-Kummissjoni tista' għalhekk tikkonkludi li l-proġett dwar il-ħelikopter A119 Koala realizzat minn Agusta huwa kompatibbli mad-dixxiplina ta' l-1996 bil-kondizzjoni li l-pjan tar-rifużjoni jkun rispettat.

    (d)   Proġett DO328 realizzat minn Aermacchi

    (303)

    Il-proġett jirrigwarda verżjoni fuq il-bażi tad-DO328 u kien realizzat minn Aermacchi. Id-DO328 huwa ajruplan b’reazzjoni użata għat-trasport reġjonali żviluppat mill-kumpanija Dornier. Is-soċjetà Aermacchi hija inkarigata mill-iżvilupp ta' żewġ segmenti tal-qafas taż-żaqq u ta' l-immuntar tal-qafas kollu taż-żaqq, magħmul minn 13-il panew immanifatturati mill-kumpanija Koreana Daewoo għal Dornier.

    (304)

    Il-proġett tar-R&Ż ippermetta li Aermacchi tikseb l-għarfien meħtieġ biex tiżviluppa ż-żewġ segmenti u tarma l-qafas taż-żaqq. Dawn l-attivitajiet kienu jirrappreżentaw innovazzjoni għall-kumpanija, li sa dak il-mument kienet ikkonċentrata fuq l-ajruplani għat-taħriġ militari. L-attivitajiet ammissibbli kienu realizzati fl-1990 u fl-1991.

    (305)

    Il-proġett imsemmi bħala proġett nru 10 fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura. Taħt il-qafas ta' din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni kienet iddeċidiet li ma tressaqx oġġezzjonijiet dwar il-proġett, peress li, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli, ikkunsidratu kompatibbli.

    (306)

    Madankollu, l-informazzjoni ppreżentata mill-Italja taħt il-qafas tal-proċedura preżenti tindika biċ-ċar li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-proġett trid twassal għall-modifika ta' l-ewwel konklużjoni.

    (307)

    L-informazzjoni disponibbli llum turi li l-investiment ammissibbli kien ekwivalenti għal 60 722 miljun lira u l-intensità massima tal-bidu ta' 43 %.

    (308)

    Però kienu rreġistrati ħafna dewmien fir-rifużjonijiet, kif rikonoxxut mill-awtoritajiet Taljani. L-intensità ammissibbli ta' 43 % imniżżla fid-dixxiplina ta' l-1986 intlaħqet diġà fl-1996. Peress li l-intensità massima ntlaħqet, Aermacchi trid tħallas lura immedjatament l-ammont tas-self, ekwivalenti għal 34 019 miljun lira. Barra minn hekk, dwar l-ammont dovut minn Aermacchi jinħadmu l-interessi komposti mill-1996, għal total sad-data tal-31 ta' Diċembru 2007 ta' […] miljun ta' liri.

    (309)

    Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-proġett dwar il-verżjoni fuq il-bażi tad-DO328 jista' jitqies kumpatibbli mat-Trattat fuq il-bażi tad-dixxiplina tar-R&Ż ta' l-1986, bil-kondizzjoni li Aermacchi immedjatament tħallas lura l-ammont tas-self bl-applikazzjoni ta' l-interessi komposti.

    (e)   Proġett DO328 KE realizzat minn Aermacchi

    (310)

    Il-proġett ta' Aermacchi kien jirrigwarda l-iżvilupp ta' verżjoni estiża ta' l-ajruport tat-trasport reġjonali DO328 żviluppat mill-kumpanija Dornier. Il-verżjoni estiża kienet tippermetti t-trasport ta' bejn 40 u 50 passiġġier. Il-proġett jidher li qatt ma kien finalizzat, mhux minn din ta' l-aħħar għax il-kumpanija Dornier, wara Dornier-Fairchild, kienet likwidata. Il-proġett kienet realizzat fil-perjodu inkluż bejn l-1995 u l-1997.

    (311)

    Il-proġett imsemmi fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura (proġett nru. 8). Il-Kummissjoni kellha dubji dwar il-klassifikazzjoni ta' l-attività tar-R&Ż u dwar l-effett ta' l-inċentivazzjoni.

    (312)

    Dwar l-attivitajiet tar-R&Ż, l-awtoritajiet Taljani kienu kapaċi juru li l-attivitajiet ta' l-estensjoni ta' l-inġenju ta' l-ajru kienu jippjanaw għall-projezzjoni mill-ġdida ta' taqsimiet sħaħ tal-qafas taż-żaqq, u jfittxu li jżommu l-impatt minimu fuq il-piż ta' l-inġenju ta' l-ajru u fuq l-ispejjeż tal-proġett. Taħt il-qafas tal-proġett, Aermacchi kienet għamlet żewġ prototipi.

    (313)

    Dwar l-effett ta' l-inċentivazzjoni, l-awtoritajiet Taljani wrew li l-iffinanzjar lejn il-proġett (flimkien mal-proġett l-ieħor dwar il-panewijiet tad-DO328) kien jippermetti żieda konsiderevoli għall-ispejjeż ta' l-attivitajiet tar-R&Ż ta' Aermacchi. Matul il-perjodu ta' bejn l-1993 u l-1999 (dwar iż-żewġ proġetti) in-nefqa taż-żewġ proġetti tad-DO328 laħqet il- […] % ta' l-ispejjeż totali għall-attivitajiet tar-R&Ż. L-Italja barra minn hekk argumentat li, minħabba l-ispeċjalizzazzjoni tagħha fis-settur militaru, Aermacchi ma kinetx imdorrija taħdem fuq proġetti ċivili u kellha timxi għal adattamenti konsiderevoli, li wasslu għall-ħtieġa għal aktar investimenti.

    (314)

    L-investimenti ammissibbli dwar il-proġett kienu ekwivalenti għal 66 360 miljun lira. L-intensità massima tal-bidu, stabbilita mill-awtoritajiet Taljani fil-mument ta' l-għoti ta' l-għajnuniet, kienet ekwivalenti għal 43,49 % (anqas mil-limitu mininu ammissibbli taħt il-qafas tad-dixxiplina tar-R&Ż ta' l-1996, li kienet ta' 44 %). Il-pjan tar-rifużjoni juri li din l-intensità se tintlaħaq fl-2010, meta l-ammont tas-self kollu jkollu jitħallas lura lill-Istat.

    (315)

    Il-Kummissjoni għalhekk tista' tikkonkludi li l-għajnuniet mogħtija lill-Aermacchi għall-proġett DO328 KE huma kumpatibbli mat-Trattat u d-dixxiplina ta' l-1996 u d-dubji dwar l-attivitajiet tar-R&Ż ammissibbli u dwar l-effett ta' l-inċentivazzjoni jitilqu. Il-kumpanija benefiċjarja Aermacchi trid tirrifondi l-ammont sħiħ li tħallasx lura sa l-2010.

    (f)   Proġett DO328 Panels realizzat minn Aermacchi

    (316)

    Dan il-proġett sar minn Aermacchi bejn l-1993 u l-1999 u jirrigwarda żvilupp ta' kunċetti innovattivi biex jinkisbu elementi modulari ta' dimensjonijiet lonġitudinali varji li setgħu jservu biex jinħoloq qafas taż-żaqq ta' tulijiet differenti, u fl-istess ħin inaqqsu l-ispejjeż ta' l-iżvilupp.

    (317)

    Il-proġett imsemmi fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura bħala l-proġett nru 9. Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-klassifikazzjoni ta' l-attivitajiet tar-R&Ż u dwar l-effett ta' l-inċentivazzjoni.

    (318)

    Dwar l-attivitajiet tar-R&Ż, l-awtoritajiet Taljani rnexxilhom juru li l-proġett kellu l-għan li jitrasferi l-iżvilupp ta' panewijiet tal-qafas taż-żaqq minn Daewoo għal Aermacchi u jeżamina mill-ġdid u jippjana mill-ġdid il-proġett sħiħ. Il-proġett barra minn hekk kien jinkludu l-użu ta' materjali komposti.

    (319)

    Dwar l-effett ta' l-inċentivazzjoni, l-awtoritajiet Taljani pprovdew informazzjoni biżżejjed dwar l-attivitajiet tar-R&Ż ta' Aermacchi, li juru li l-proġett in kwestjoni kien dwar attivitajiet ġodda għall-kumpanija min-naħa ta' livell u ta' teknoloġija. L-awtoritajiet Taljani barra minn hekk ipprovdew informazzjoni dwar l-evoluzzjoni ta' l-ispejjeż ta' Aermacchi favur l-attivitajiet tar-R&Ż, kif indikat taħt il-qafas tal-proġett DO328 KE.

    (320)

    L-investimenti ammissibbli kienu ekwivalenti għal 51 480 miljun lira. Fil-mument ta' l-għoti ta' l-għajnuna, l-intensità tal-bidu kienet ta' 42,30 % (għalhekk anqas mill-intensità massima ta' l-44 % ammissibbli taħt id-dixxiplina tar-R&Ż ta' l-1996).

    (321)

    Din l-intensità ntlaħqet fl-2006, meta l-intensità akkumulata laħqet il-valur ta' 42,51 %. Għalhekk għandu jitħallas is-self kollu ta' 54 454 miljun lira (li jinkludi 37 751 miljun lira ppjanati għall-2007 u 16 703 miljun liri mhux imħallsin lura), inklużi l-interessi komposti li sad-data tal-31 ta' Diċembru 2007 kienu ekwivalenti għal […] miljun lira.

    (322)

    Il-Kummissjoni għalhekk tista' tikkonkludi li l-għajnuniet mogħtija lill-Aermacchi għall-proġett DO328 Panels huma kumpatibbli mat-Trattat u d-Dixxiplina tar-R&Ż ta' l-1996 peress li d-dubji rispettivi dwar l-attivitajiet tar-R&Ż ammissibbli u dwar l-effett ta' l-inċentivazzjoni jitilqu, u bil-kondizzjoni li Aermacchi immedjatament tħallas lura s-self kollu u l-interessi rispettivi komposti.

    (g)   Proġett ATR72 realizzat minn Alenia

    (323)

    Fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura ssemma proġett tal-kumpanija Alenia (51) dwar inġenju ta' l-ajru maħsub għat-trasport reġjonali (proġett nru. 12). Il-Kummissjoni ma resqitx dubji dwar dan, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli dak iż-żmien. Madankollu nstab b’evidenza li kien hemm proġetti oħrajn dwar l-ATR72 (52) għall-ispejjeż sostnuti mill-kumpanija fis-snin ta' wara. Fl-aħħar deċiżjoni ta' l-għoti ta' l-għajnuniet kienu definiti l-kundizzjonijiet definittivi għall-għajnuniet varji favur l-ATR72.

    (324)

    Il-proġett jirrigwarda l-iżvilupp ta' ajrustrutturi għall-ajruplan intenzjonat għat-trasport reġjonali żviluppat mill-konsorzju ta' l-ATR, kumpanija komuni b’50 % bejn Alenia Aeronautica u EADS.

    (325)

    Bħala total, l-investimenti ammissibbli għall-ATR72 kienu ekwivalenti għal 165 442 miljun lira. L-intensità massima tal-bidu kienet ta' 49 %.

    (326)

    Madankollu, l-għajnuniet kollha mogħtija kienu aktar minn dak il-livell ta' intensità. Kienu mħallsin lura, iżda mhux kompletament u mhux skond il-pjan. Għalhekk, ir-rati ta' l-interessi jridu jkunu kkalkolati minn dak il-mument meta l-intensità kollha laħqet il-livell massimu ta' 49 % imsemmi fid-dixxiplina tar-R&Ż ta' l-1986, jiġifieri mill-1998. Bħala konsegwenza l-kumpanija trid tħallas lura immedjatament l-ammont tas-self li ma kienx rifondut ta' 31 573 miljun lira. Barra minn hekk, Alenia trid tħallas l-interessi komposti, sad-data tal-31 ta' Diċembru 2007 ekwivalenti għal […] miljun lira.

    (327)

    Minħabba informazzjoni ġdida disponibbli, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-proġetti dwar l-ATR72 li saru mill-kumpanija Alenia jistgħu jitqiesu kumpatibbli mat-Trattat u mad-Dixxiplina ta' l-1986 bil-kondizzjoni li l-kumpanija tħallas lura immedjatament l-ammont tas-self u tħallas l-interessi komposti.

    (g)   Proġett ATR72-500 realizzat minn Alenia

    (328)

    Il-proġett sar mill-kumpanija Alenia u jirrigwarda l-iżvilupp ta' l-aħħar verżjoni ta' l-inġenju ta' l-ajru maħsub għat-trasport reġjonali ATR42, ajruplan kapaċi jġorr sa 50 passiġġier. Il-proġett ma kienx imsemmi fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura L-għajnuniet ingħataw fl-1994.

    (329)

    Bħala total, l-investimenti ammissibbli kienu ekwivalenti għal 35 997 miljun lira. L-intensità tal-bidu ta' l-għajnuna kienet ta' 35,87 %, (jiġifieri anqas mill-intensità massima ta' 49 % skond id-dixxiplina tar-R&Ż ta' l-1986).

    (330)

    Peress li r-rifużjonijiet irreġistraw ftit dewmien u l-kalkoli effettivi dwar l-intensità ta' l-għajnuna laħqu l-livell ta' 47,75 %, l-applikazzjoni tal-metodoloġija titlob l-obbligu tar-rifużjoni immedjat ta' l-ammont tas-self: ir-rifużjoni diġà mistenni għall-2007 ta' 20 027 miljun lira li magħhom tingħadd il-bqija ta' l-ammont mhux rifondut ta' 17 961 miljun lira. Alenia trid tħallas l-interessi komposti, li jibdew mill-2003 sal-31 ta' Diċembru 2007 u jlaħħqu ammont ta' […] miljun lira.

    (331)

    Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-proġett dwar l-ATR42-500 realizzat minn Alenia jista' jitqies kumpatibbli mat-Trattat u mad-dixxiplina ta' l-1986, bil-kondizzjoni li Alenia immedjatament tħallas lura l-ammont kollu tas-self mhux rifondut u tħallas l-interessi komposti.

    għ)   Proġett MD11 Lower Panels realizzat minn Alenia

    (332)

    Il-proġett ta' Alenia dwar l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta' proċedimenti ġodda u kunċetti ta' l-iżvilupp awtomatizzat ta' l-ajrustrutturi, b’mod partikolari dwar quddiem u d-denb ta' l-MD11. Il-proġett sar fl-1996-97.

    (333)

    Il-proġett imsemmi fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura bħala l-proġett nru 7. Il-Kummissjoni kienet esprimiet dubji dwar il-klassifikazzjoni ta' l-attivitajiet tar-R&Ż u dwar l-effett ta' l-inċentivazzjoni.

    (334)

    Minħabba informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-kompiti li fuqhom imqassam il-proġett jirreferu għal attivitajiet tar-R&Ż ammissibbli, peress li jitrattaw żviluppi u proċedimenti dwar prototipi.

    (335)

    Dwar l-effett ta' l-inċentivazzjoni, l-awtoritajiet Taljani rnexxielhom juru li l-għajnuniet ippermettew lill-Alenia żżid l-ispejjeż tagħha lejn l-attivitajiet tar-R&Ż sakemm laħqet livelli li jistgħu jitqabblu mal-karatteristiċi tas-settur ([…]). Barra minn hekk, l-għajnuniet ippermettew lil Alenia li tirrealizza attivitajiet supplimentari dwar dawk attwali. Fl-aħħar, skond l-Italja, l-għajnuniet ippermettew il-kisba ta' titjib notevoli fit-teknoloġija ta' l-attivitajiet ta' Alenia, li sarrfu fi tnaqqis fil-ħtieġa ta' xogħol mill-ġdid u ta' projezzjoni mill-ġdid ta' panewijiet u fi tnaqqis fil-ħinijiet ta' l-immuntar.

    (336)

    L-investiment ipprogrammat kien ekwivalenti għal 69 711 miljun lira, b’intensità ta' l-għajnuna ta' 30,32 % anqas għalhekk mill-intensità massima ta' 35 % skond id-dixxiplina tar-R&Ż ta' l-1986.

    (337)

    Madankollu, il-proġett sar taħt qafas ta' applikazzjoni ħafna aktar limitat u l-investimenti kienu ekwivalenti għal 36 266 miljun lira. L-intensità ta' l-għajnuna kienet ta' 15,65 %. Il-kapital tas-self kien rifondut kompletament fl-2002.

    (338)

    Il-Kummissjoni tista' għalhekk tikkonkludi li l-għajnuniet rispettivi għall-proġett MD11 Lower Panels (MD11LWR) kienu kompatibbli mat-Trattat u mad-dixxiplina ta' l-1996.

    (h)   Proġett Falcon 2000 realizzat minn Alenia

    (339)

    Il-proġett sar minn Alenia u kien jitratta l-ajrustuttura tal-business jet Falcon 2000 ta' Dassault. Alenia ħadmet fuq il-qafas taż-żaqq ta' wara, fuq il-gondoli tal-mutur, fuq il-piluni ta' l-appoġġi tal-muturi u fuq il-fering tal-ġwienaħ.

    (340)

    Il-proġett, li ma kienx imsemmi fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, kien sar matul il-perjodu 1991-1993.

    (341)

    L-investimenti ammissibbli kienu ekwivalenti għal 30 520 miljun lira. L-intensità ta' l-għajnuna li ġiet minn self preferenzjali kienet ta' 38,16 %, jiġifieri ftit ogħla mill-intensità massima tal-bidu (37,5 %) stabbilita mid-dixxiplina ta' l-1986).

    (342)

    Peress li din l-intensità massima ta' 37,5 % diġà ntlaħqet fl-2006, Alenia mitluba tħallas lura immedjatament l-ammont kollu tas-self ta' 11 605 miljun lira (li jikkorrospondi għal 5 725 miljun lira dovuti għall-2007 u il-5 880 miljun lira li baqa’). Alenia barra minn hekk trid tħallas l-interessi komposti, li sad-data tal-31 ta' Diċembru 2007 kienu ekwivalenti għal […] miljun lira.

    (343)

    Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-appoġġ mogħti lil Alenia għall-proġett Falcon 2000 jista' jitqies kumpatibbli mat-Trattat u mad-dixxiplina ta' l-1986, bil-kondizzjoni li Alenia immedjatament tħallas lura l-ammont kollu tas-self u tħallas l-interessi komposti.

    (h)   Proġett MID11 Winglet realizzat minn Alenia

    (344)

    Dan il-proġett sar minn Alenia u jirrigwarda l-iżvilupp ta' metodu tal-kalkolu, karatterizzazzjoni ta' materjali ġodda b’riġidità għolja u d-dħul fis-seħħ ta' proċeduri tal-polimerizzazzjoni avvanzata għall-applikazzjoni ajrunawtika. Il-proġett ippjana wkoll l-applikazzjoni tat-tali teknoloġiji għall-iżvilupp ta' struttura kapaċi li tnaqqas it-turbolenza ġġenerata mill-estremità tal-ġwienaħ ta' l-MD11.

    (345)

    Il-proġett imsemmi fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura bħala proġett nru. 11. Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli dak iż-żmien, il-Kummissjoni ma qajmitx dubji dwar dan il-proġett. Però ħareġ b’evidenza li l-kundizzjonijiet ta' l-għoti ta' l-għajnuna kienu differenti mill-informazzjoni disponibbli.

    (346)

    Il-proġett sar bejn l-1987 u l-1989. L-intensità massima teorika ammissibbli tal-proġett stabbilita mid-dixxiplina tar-R&Ż kienet ta' 41 %. L-iffinanzjar ammissibbli kien ekwivalenti għal 21 826 miljun lira.

    (347)

    L-intensità ta' l-għajnuna tas-self imqassam mill-1990 kienet però ta' 48,63 %. L-intensità massima ta' 41 % intlaħqet fl-1995, is-sena li fiha kellu jitħallas lura s-self u li minn hemm jibdew jinħadmu l-interessi. Allura Alenia mitluba tħallas lura l-ammont ta' 4 236 miljun lira u tħallas l-interessi komposti, li sad-data tal-31 ta' Diċembru kienu ekwivalenti għal […] miljun lira.

    (348)

    Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-proġett MD11 Winglet jista' jitqies kumpatibbli mad-dixxiplina tar-R&Ż, bil-kondizzjoni li Alenia immedjatament tħallas lura l-ammont tas-self u tħallas l-interessi komposti.

    (i)   Proġett MD95 realizzat minn Alenia

    (349)

    Dan il-proġett ta' Alenia jirrigwarda l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta' proċeduri ġodda u ta' kunċetti għall-iżvilupp awtomatizzat ta' ajrustrutturi kbar. Il-proġett barra minn hekk ippjanat li tikkonvalida proċeduri u kunċetti elaborati fil-kumpanija ta' Nola (fir-reġjun Taljan ta' Campania).

    (350)

    L-attivitajiet rispettivi tal-proġett saru bejn l-1996 u l-1999. Il-proġett imsemmi fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura bħala l-proġett nru. 5. Il-Kummissjoni kienet esprimiet dubji dwar il-klassifikazzjoni ta' l-attivitajiet tar-R&Ż u dwar l-effett ta' l-inċentivazzjoni.

    (351)

    Dwar l-attivitajiet tar-R&Ż, l-awtoritajiet Taljani wrew li Alenia kienet investiet fi programmi informatiċi ġodda u metodi tal-kalkoli biex tapplikahom fuq il-prototipi. L-attivitajiet kienu barra minn hekk jirrigwardaw l-użu kumparattiv ta' soluzzjonijiet strutturali għall-komponenti tal-qafas taż-żaqq u l-istudju ta' sistemi ġodda ta' protezzjoni tat-tali komponenti mill-korrożjoni.

    (352)

    Dwar l-effett ta' l-inċentivazzjoni, l-awtoritajiet Taljani rnexxielhom juru li dan il-proġett u x-xogħlijiet li saru fuq il-MD11 (ara l-proġett MD11LWR) ippermettew li Alenia takkwista aktar għarfien dwar il-qafas taż-żaqq. Barra minn hekk, l-għajnuniet ippermettew li Alenia żżid l-infieq favur l-attivitajiet tar-R&Ż.

    (353)

    L-ispejjeż ta' l-investiment ammissibbli taħt il-qafas tal-proġett kienu ekwivalenti għal 149 629 miljun lira, filwaqt li l-intensità massima ta' l-għajnuna stabbilita mid-dixxiplina tar-R&Ż ta' l-1996 kienet ta' 38 %.

    (354)

    Din l-intensità se tintlaħaq fl-2009. Għalhekk, Alenia hija mitluba tħallas lura fl-aħħar ta' l-2008, l-ammont kollu tas-self (ekwivalenti għal 96 701 miljun lira).

    (355)

    Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li d-dubji relevanti għall-attivitajiet tar-R&Ż u għall-effett ta' l-inċentivazzjoni ta' l-għajnuniet dwar l-MD95 jistgħu jitneħħew. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna favur l-MD95 jista' jitqies kumpatibbli mat-Trattat u mad-dixxiplina ta' l-1996, bil-kondizzjoni li Alenia tħallas lura, sa l-aħħar ta' l-2008, l-ammont kollu tas-self.

    (j)   Proġett Falcon 2000 realizzat minn Piaggio

    (356)

    Dan il-proġett, li sar minn Piaggio, jirrigwarda l-Falcon 2000 (53). Piaggio ħadmet fuq il-proġett b’mod parallellu ma’ Alenia, iżda fuq kompiti differenti. Ix-xogħol tal-Piaggio kien jirrigwarda b’mod partikolari l-analiżi strutturali (lineari u mhux lineari), l-analiżi tat-tolleranzi għall-ħsarat fl-istruttura u l-analiżi strutturali ta' avveniment speċifiċi (impatt ma’ għasafar, reżistenza għall-kolliżjonijiet u riżultati ta' fortuna).

    (357)

    Il-proġett, li ma kienx imsemmi fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, kien sar bejn l-1991 u l-1993.

    (358)

    L-investimenti ammissibbli ammontaw għal 31 038 miljun lira. L-intensità ta' l-għajnuna kienet stabbilita mill-bidu, skond il-kundizzjonijiet ta' l-għoti ta' self preferenzjali, għal 37,75 %, jiġifieri għal-livell anqas mill-intensità massima tat-38 % stabbilita mid-dixxiplina ta' l-1986.

    (359)

    B’kunsiderazzjoni ta' pjan differenti ta' rifużjoni, l-għajnuna ngħatat b’intensità ekwivalenti għal 33,23 %. Skond dan il-pjan, Piaggio tista' tħallas lura s-self sa l-2009.

    (360)

    Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-proġett Falcon 2000 li sar minn Piaggio jista' jitqies kompatibbli mat-Trattat u mad-dixxiplina ta' l-1986 bil-kondizzjoni li l-pjan tar-rifużjoni jkun rispettat.

    (k)   Proġett GE90B realizzat minn Avio

    (361)

    Dan il-proġett sar minn Avio u jirrigwarda GE90, mutur żviluppat minn General Electric. Avio kienet responsabbli minn 7 % tal-mutur, kwota ta' xogħol akbar minn muturi ta' qabel. B’mod partikolari, Avio kienet responsabbli mill-iżvilupp ta' partijiet kbar tat-turbina bil-pressjoni baxxa.

    (362)

    Il-proġett, li ma kienx imsemmi fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, kien sar bejn l-1991 u l-1993.

    (363)

    L-investimenti ammissibbli kienu ekwivalenti għal 35 674 miljun lira. B’kunsiderazzjoni għall-attivitajiet tar-R&Ż li saru, l-intensità massima stabbilita mid-dixxiplina ta' l-1986 kienet ta' 32,5 %.

    (364)

    Madankollu, mill-bidu nett, is-self preferenzjali stabbilixxa intensità ogħla minn dak il-livell massimu. Hekk kif l-intensità akkumulata tilħaq il-massimu miftiehem, l-ammont ta' kapital li ma tħallas lura mis-self irid jitħallas u jridu jinħadmu l-interessi. F’dan il-każ, l-intensità tal-bidu ntlaħqet fl-2005. L-ammont li Avio trid tħallas lura immedjatament huwa ekwivalenti għal 40 939 miljun lira (4 688 miljun lira dovuti għall-2007 flimkien ma’ l-ammont mhux rifondut ta' 36 251 miljun lira). L-interessi li Avio trid tħallas immedjatament jammontaw sad-data tal-31 ta' Diċembru 2007 għal […] miljun lira.

    (365)

    Il-Kummissjoni għalhekk tista' tikkonkludi li l-għajnuna mogħtija lil Avio għall-proġett GE90B tista' titqies kumpatibbli mat-Trattat u mad-dixxiplina ta' l-1986, bil-kondizzjoni li Avio immedjatament tħallas lura l-ammont tas-self u tħallas l-interessi komposti.

    (l)   Proġett GE90 GROWTH realizzat minn Avio

    (366)

    Dan il-proġett li sar minn Avio jirrigwarda verżjoni b’saħħitha tal-mutur GE90 żviluppat minn General Electric. Il-proġett GE90 Growth kien magħmul minn tliet muturi differenti, ippjanati biex jarmaw l-inġenji ta' l-ajru Boeing u Airbus impenjati f’titjiriet fuq l-Oċejan Paċifiku. Anki f’dan il-każ, Avio kienet responsabbli minn 7 % tal-programm u responsabbli minn partijiet kbar tat-turbina bil-pressjoni baxxa.

    (367)

    Il-proġett, li ma kienx imsemmi fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, kien sar bejn l-1996 u l-1997.

    (368)

    L-investimenti ammissibbli kienu ekwivalenti għal 46 434 miljun lira. B’kunsiderazzjoni għall-attivitajiet tar-R&Ż li saru, l-intensità massima aċċettata mid-dixxiplina tar-R&Ż ta' l-1996 kienet ta' 36,25 %.

    (369)

    Din l-intensità ntlaħqet fl-2006. Minn din id-data, Avio trid tħallas lura lill-Istat l-ammont kollu tas-self ta' 47 064 miljun lira (inklużi 2 123 miljun lira, li originarjament kellhom ikunu rifonduti fl-2007, u l-ammont tas-self ta' 44 941 miljun lira) u li tħallas l-interessi komposti.

    (370)

    Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-għajnuna mogħtija lil Avio għall-proġett GE90 tista' titqies kumpatibbli mat-Trattat u mad-dixxiplina ta' l-1996, bil-kondizzjoni li Avio immedjatament tħallas lura l-ammont tas-self u tħallas l-interessi komposti.

    (m)   Proġett LPT PW308 realizzat minn Avio

    (371)

    Dan il-proġett, li sar minn Avio, jirrigwarda turbina bil-pressjoni baxxa ta' mutur Pratt & Whitney (PW308) intenzjonat għal business jet kbir (u għal inġenji ta' l-ajru żgħar maħsuba għat-trasport reġjonali).

    (372)

    Il-proġett, li ma kienx imsemmi fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, kien sar bejn l-1997 u l-1998.

    (373)

    L-ispejjeż ammissibbli kien ekwivalenti għal 30 688 miljun lira. L-intensità massima ammissibbli tal-bidu stabbilita mid-dixxiplina tar-R&Ż ta' l-1996 kienet ta' 36 %. L-għajnuna mqassma lil Avio u l-pjan tar-rifużjoni stabbilit jilħqu intensità ta' 33,88 %. Konformi mal-pjan, Avio se tħallas lura l-għajnuna sa l-2013.

    (374)

    Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-għajnuna mogħtija lil Avio għall-proġett dwar it-turbina bil-pressjoni baxxa tal-PW308 tista' titqies kompatibbli mat-Trattat u mad-dixxiplina ta' l-1996 bil-kondizzjoni li l-pjan tar-rifużjoni jkun rispettat.

    (n)   Proġett Kabini bil-pressa realizzat minn Alenia

    (375)

    Dan il-proġett, li sar minn Alenia, jirrigwarda kabini bil-pressa ta' ajruplani kbar ċivili.

    (376)

    Il-proġett imsemmi fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura bħala proġett nru 1. F’dak il-kuntest, fuq il-bażi ta' informazzjoni disponibbli dak iż-żmien, il-Kummissjoni kienet iddeċidiet li l-proġett ma kienx suġġett għall-obbligu tan-notifika individwali tal-Kummissjoni u għalhekk ma kienx jaqa’ taħt il-qafas ta' l-applikazzjoni ta' l-ewwel deċiżjoni.

    (377)

    Wara ħareġ li l-ammont ta' l-investiment ammissibbli stabbilit fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna u l-ammont ta' l-għajnuna mogħtija kienu fil-verità tali li jwasslu għall-obbligu tan-notifika individwali mill-Kummissjoni.

    (378)

    Il-proġett sar bejn l-1999 u l-2001. L-għajnuna ngħatat fuq il-bażi ta' l-ispejjeż ammissibbli stabbilita ekwivalenti għal 67 758 miljun lira, b’intensità tal-bidu li l-awtoritajiet Taljani stabbilixxew għal 25,74 % (jiġifieri livell anqas mill-intensità massima stabbilita mid-dixxiplina tar-R&Ż ta' l-1996).

    (379)

    Madankollu, l-ammonti mogħtija bħala għajnuna u l-ispejjeż ammissibbli rriżultaw anqas mill-pjan tal-bidu u l-ispejjeż kienu ekwivalenti għal 27 122 miljun ta' liri. L-għajnuna madankollu tilħaq l-intensità tal-bidu ta' 25,74 % fl-2008. Fl-2008, Alenia hija għalhekk mitluba tħallas lura l-ammont tas-self, ekwivalenti għal 29 244 miljun lira.

    (380)

    Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-għajnuna mogħtija lil Alenia għall-proġett dwar il-kabini bil-pressa tista' titqies kumpatibbli mat-Trattat u mad-Dixxiplina tar-R&Ż ta' l-1996 bil-kondizzjoni li fl-2008 Alenia tħallas lura l-ammont kollu tas-self mhux rifondut.

    Sinteżi tal-proġetti

    (381)

    L-iskeda li ġejja tirrapporta fil-qosor l-impatt tal-metodoloġija fuq kull proġett, bl-ammonti espressi bl-ewro b’rata tal-kambju mdawwar għal 1 936 lira għal kull 1 ewro.

    Skeda 5

    lista ta' proġetti bl-ammont rispettiv tagħhom f’miljuni ta' euro

    Proġett

    Kumpanija

    Kundizzjonijiet tar-rifużjoni

    A109 DEF

    Agusta

    L-ammont tas-self jitħallas immedjatament (14-il miljun euro) bl-addizzjoni ta' l-interessi komposti

    A109X

    Agusta

    Pjan li għandu jkun rispettat sar-rifużjoni kollha fl-2018

    A119 Koala

    Agusta

    Pjan li għandu jkun rispettat sar-rifużjoni kollha fl-2009

    DO328

    Aermacchi

    L-ammont tas-self jitħallas immedjatament (17 571 miljun euro) bl-addizzjoni ta' l-interessi komposti

    DO 328 KE

    Aermacchi

    Pjan li għandu jkun rispettat sar-rifużjoni kollha fl-2010

    DO 328 Panels

    Aermacchi

    L-ammont tas-self jitħallas immedjatament (28,127 miljun euro) bl-addizzjoni ta' l-interessi komposti

    ATR72

    Alenia

    L-ammont tas-self jitħallas immedjatament (16,308 miljun euro) bl-addizzjoni ta' l-interessi komposti

    ATR 42 500

    Alenia

    L-ammont tas-self jitħallas immedjatament (19,621 miljun euro) bl-addizzjoni ta' l-interessi komposti

    MD11 LWRP J/S

    Alenia

    Self rifondut kollu

    Falcon 2000

    Alenia

    L-ammont tas-self jitħallas immedjatament (5,994 miljun euro) bl-addizzjoni ta' l-interessi komposti

    MD 11 Winglet

    Alenia

    L-ammont tas-self jitħallas immedjatament (2,188 miljun euro) bl-addizzjoni ta' l-interessi komposti

    MD 95

    Alenia

    Pjan li għandu jkun rispettat sar-rifużjoni kollha fl-2008

    GE90B

    Avio

    L-ammont tas-self jitħallas immedjatament (21,146 miljun euro) bl-addizzjoni ta' l-interessi komposti

    GE90 Growth

    Avio

    L-ammont tas-self jitħallas immedjatament (24,309 miljun euro) bl-addizzjoni ta' l-interessi komposti

    LPT PW308

    Avio

    Pjan li għandu jkun rispettat sar-rifużjoni kollha fl-2013

    Falcon 2000

    Piaggio

    Pjan li għandu jkun rispettat sar-rifużjoni kollha fl-2009

    Kabini

    Alenia

    L-ammont tas-self jitħallas immedjatament (15,105 miljun euro) bl-addizzjoni ta' l-interessi komposti

    14.6.   Kundizzjonijiet tar-rifużjoni

    (382)

    Kif indikat, fil-biċċa l-kbira tal-proġetti li l-Italja ma nnotifikatx kien hemm bżonn modifika fil-pjanijiet tar-rifużjoni. F’ħafna każijiet, l-ammont tas-self irid jitħallas immedjatament. F’xi każijiet minnhom, il-benefiċjarji jridu jħallsu l-interessi, ikkalkulati mis-sena li fihom intlaħqet l-intensità massima stabbilita. F’każijiet oħrajn, ir-rifużjoni ta' l-ammont tas-self se jkun antiċipat fuq il-pjan oriġinali tad-deċiżjonijiet ta' l-għoti ta' l-għajnuna.

    (383)

    Il-pjanijiet tar-rifużjoni dwar kull wieħed mill-proġetti li fuqhom kienu definiti flimkien bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Taljani. Fl-ittra tagħhom tal-31 ta' Lulju 2007, dawn impenjaw ruħhom li jiggarantixxu li jirrispettaw il-pjanijiet tar-rifużjoni dwar dawn il-proġetti.

    (384)

    F’dawk il-każijiet fejn indikat li l-benefiċjarji jridu jħallsu lura immedjatament, dan irid ikun miftiehem fi żmien ta' xahrejn. Dan il-perjodu ġġustifikat mill-fatt li xi elementi ta' l-għajnuna jistgħu saru parzjalment inkompatibbli għax l-intensità ta' l-għajnuna kienet ogħla mill-intensità massima ammissibbli (jiġifieri l-intensità ammissibbli skond id-Dixxiplina tar-R&Ż jew l-intensità tal-bidu fil-mument ta' l-għoti ta' l-għajnuna) (54). L-interessi komposti jkunu kkalkolati mis-sena li fiha ntlaħqet l-intensità massima, skond ir-Regolament (KE) nru 794/04 tal-Kummissjoni, tal-21 ta' April 2004, skond id-disposizzjonijiet ta' l-eżekuzzjoni tar-Regolament (KE) nru 659/1999 tal-Kunsill skond il-modalità ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat (55).

    (385)

    L-awtoritajiet Taljani rrikonoxxew li xi proġetti jinkludu elementi ta' għajnuniet illeġittimi u inkompatibbli. Huma esprimew il-ftehim tagħhom mal-kundizzjonijiet indikati fid-deċiżjoni preżenti għall-eliminazzjoni tat-tiżgwid tal-kompetizzjoni permezz ta' rkupru effettiv u immedjat ta' dawn l-għajnuniet.

    (386)

    Fit-tieni nett, l-awtoritajiet Taljani impenjaw ruħhom li jirrispettaw il-kundizzjonijiet tal-kontroll tar-rifużjonijiet ta' l-għajnuniet kompatibbli, permezz tal-preżentazzjoni ta' rapport annwali fuq ir-rifużjonijiet riċevuti mill-benefiċjarji, iċċertifikat minn awditur.

    (387)

    Dan jippermetti lill-Kummissjoni tikkontrolla li jitħarsu l-kundizzjonijiet dwar kull proġett. Dan l-eżerċizzju ta' monitoraġġ ma tfisser l-ebda obbligu ieħor, iżda jimmira biss biex jiggarantixxi li jitħarsu l-kundizzjonijiet stabbiliti mid-deċiżjoni preżenti u aċċettata mill-Italja.

    (388)

    L-awtoritajiet Taljani pprovdew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar id-digriet-liġi nru. 159/07 (56) li bis-saħħa tagħha l-ammonti li Finmeccanica se tagħti taħt id-deċiżjoni preżenti jkunu assenjati mill-ġdid minħabba l-pagament mingħand l-ENEA – entità pubblika li topera fis-settur ta' l-enerġija – taħt il-qafas tal-kompożizzjoni ta' litigazzjoni ma’ Finmeccanica, wara deċiżjoni mill-Qorti ta' l-Appell ta' Ruma.

    (389)

    Il-Kummissjoni m’għandhiex bżonn tanalizza f’din il-fażi jekk it-transazzjonijiet fuq il-bażi tad-DL 159/07 tfissirx għoti ta' għajnuniet ġodda ta' l-Istat għar-rifużjoni ta' l-għajnuna illeġittima li hija l-oġġett tad-deċiżjoni preżenti. Dawn it-transazzjonijiet saru lil hinn mill-iskop ta' din il-proċedura. Għalhekk din id-deċiżjoni ma tippreġudikax indaġni li l-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tibda dwar it-transazzjonijiet li saru fuq il-bażi tad-DL 159/07.

    (390)

    Il-Kummissjoni tfakkar li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunità Ewropea hija ċara fuq il-punt u riċenti kien sar sommarju tagħha fl-opinjoni ta' l-Avukat Ġenerali Geelhoed (57) fil-każ Lucchini  (58). F’dan il-każ il-Qorti tal-Ġustizzja kienet mitluba tiddeċiedi, b’mod preġudizzjali jekk deċiżjoni tat-tribunal nazzjonali tistax tiddikjara bla bżonn l-eżerċizzju min-naħa tal-Kummissjoni dwar il-kompetenzi esklussivi tagħha tal-kontroll tal-kompatibbiltà ta' l-għajnuna mill-Istat mas-suq intern, u eventwalment, li tordna l-irkupru tiegħu.

    (391)

    Ifisser li l-Istat għandu l-obbligu li jirrispetta l-ewwel id-dritt komunitarju u l-kompetenza esklussiva tal-Kummissjoni fl-istabbiliment tal-kompatibbiltà jew le ta' għajnuna ta' l-Istat. Deċiżjoni nazzjonali dwar l-għajnuna (f’forma ta' Digriet Liġi jew ta' sentenza) ma tistax tieħu post proċedura ppjanata għal għoti valida ta' għajnuna, li kienet konkluża biss meta l-Kummissjoni tat l-awtorizzazzjoni tagħha.

    14.7.   Konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-proġetti individwali

    (392)

    Kif illustrat fil-punti 248 sa 259 il-metodoloġija tiggarantixxi li l-għajnuniet mogħtija għal proġett ma jaqbżux l-intensità massima stabbilita mid-dixxiplina applikabbli. Fil-valutazzjoni ta' l-għajnuniet favur il-proġetti kbar tar-R&Ż, l-intensità ta' l-għajnuna tal-proporzjonalità, hija waħda mill-aspetti ewlenin tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kumpatibbiltà ta' l-għajnuna.

    (393)

    Il-Kummissjoni barra minn hekk ivverifikat jekk tħarsitx l-intensità massima tal-bidu. Jekk self aġevolat, minħabba l-modalità li biha jingħata jew jitħallas lura, jilħaq intensità ta' għajnuna ogħla mil-livell stabbilit fil-mument ta' l-għoti ta' l-għajnuna, għajnuna ogħla minn din l-intensità tal-bidu trid tkun ikkunsidrata għajnuna ġdida. Peress li din l-għajnuna l-ġdida x’aktarx tingħata wara l-konklużjoni tal-proġett, u f’kull każ biss minħabba rifużjonijiet tard, din l-għajnuna l-ġdida ma jkollha l-ebda effett ta' inċentivazzjoni għall-benefiċjarju. Għal din ir-raġuni, ma tkunx kompatibbli ma’ l-ebda qafas tad-dixxiplina tar-R&Ż. Jekk l-iskadenzi tar-rifużjoni jkunu adattati b’mod li jiżguraw l-intensità massima ammissibbli tkun rispettata, l-għajnuna għal dawn il-proġetti tista' titqies kompatibbli.

    (394)

    Il-Kummissjoni barra minn hekk tinnota li hija karatteristika komuni fis-settur ajrunawtiku li l-proġetti għandhom tul ta' żmien twil u li r-rifużjonijiet ikunu effettwati fuq perjodu anki itwal minn ħmistax-il sena, anki wara l-kunsiderazzjoni tal-fatt li l-benefiċċji mill-proġett ta' spiss ikunu disponibbli biss fuq perjodu twil. Fil-każ preżenti, il-pagamenti kienu ta' spiss imqassmin fuq aktar snin, u r-rifużjonijiet bdew biss wara t-tmiem ta' l-ewwel pagament u għal perjodu ta' aktar minn għaxar snin. Flimkien il-medja ta' kemm damu l-proġetti, ikkalkolati mill-bidu tagħhom sar-rifużjoni ta' l-aħħar, kienet ta' madwar tmintax-il sena.

    (395)

    Dwar is-17-il proġett taħt eżami, il-Kummissjoni tista' għalhekk tinkonkludi li l-intensità ta' l-għajnuna korretta b’konformità mal-metodoloġija tirrispetta l-kundizzjonijiet tad-dixxiplina.

    (396)

    Din il-konklużjoni toħroġ wara kunsiderazzjoni ta' l-informazzjoni disponibbli u b’kunsiderazzjoni mal-perjodu tat-tul tagħhom.

    (397)

    Il-Kummissjoni hija barra minn hekk kapaċi tivvaluta, dwar is-sitt proġetti li dwarhom esprimiet dubji taħt il-qafas ta' l-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, u b’kunsiderazzjoni għall-perjodu twil li għadda mill-eżekuzzjoni tagħhom, li l-klassifikazzjoni ta' l-attivitajiet tar-R&Ż kienet korretta u kienet tikkorrospondi mal-prattika li timxi magħha l-Kummissjoni.

    (398)

    Fl-aħħar, il-Kummissjoni kienet kapaċi tivvaluta li l-għajnuniet mogħtija għal dawn il-proġetti kellhom effett ta' inċentivazzjoni.

    15.   IŻ-ŻEWĠ ĦELIKOPTERS DESKRITTI BĦALA ĦELIKOPTERS MILITARI

    (399)

    Kif l-Italja spjegat fit-tweġiba tagħha ta' Ottubru 2005, ir-reġim intuża għall-iffinanzjar ta' attivitajiet tar-R&Ż militari. Taħt il-qafas ta' l-ewwel deċiżjoni diġà kien rikonoxxut li wieħed mill-proġetti kellu jkun ikkunsidrat proġett militari u għalhekk jaqa’ taħt l-iskop ta' l-Artikolu 296 tat-Trattat.

    (400)

    L-awtoritajiet Taljani pprovdew xi informazzjoni dwar iż-żewġ ħelikopters imsemmija fit-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura.

    (401)

    Il-parti terza interessata ppreżentat xi osservazzjonijiet dwar iż-żewġ ħelikopters.

    (402)

    Fil-qosor, dwar l-A139, l-Italja wriet l-iżvilupp tal-ħelikopter, anki dwar l-akronimu tiegħu, u kkonfermat li l-ħelikopter ċivili AW139 kien se jkun żviluppat minn Agusta flimkien ma’ xi sħab mingħajr il-benefiċċji ta' ebda għajnuna ta' l-Istat.

    (403)

    Skond l-Italja, min-naħa l-oħra, Agusta bbenefikat minn għajnuniet biex tiżvilupp ħelikopter militari, l-[…], li jinsab f’fażi finali ta' l-iżvilupp.

    (404)

    Il-parti terza interessata kkonfermat li, fl-opinjoni tagħha, l-A139 huwa ħelikopter kompletament ċivili.

    (405)

    Dwar il-BA609, l-Italja kkonfermat li l-parteċipazzjoni ta' Agusta fil-proġett kien dwar l-iżvilupp ta' skrun ibbilanċjat (tilt-rotor) għall-użu militari.

    (406)

    Il-parti terza interessata minflok tikkonferma li l-informazzjoni kollha dwar il-proġett disponibbli għall-pubbliku tindika li l-BA609 huwa ħelikopter maħsub għall-użu ċivili.

    (407)

    Minħabba l-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni m’hijiex kapaċi tasal għal konklużjoni dwar iż-żewġ proġetti. Hija tirriserva d-dritt li tippreżenta lill-Italja aktar talbiet għall-informazzjoni biex tiċċara xi aspetti tal-proġetti, qabel ma tieħu deċiżjoni finali. Iż-żewġ proġetti għalhekk ma jaqgħux taħt il-qasam ta' l-applikazzjoni tad-deċiżjoni preżenti u jkunu suġġetti għal deċiżjoni separata.

    (408)

    F’kull każ, in-natura u l-għan militari ta' ekwipaġġament mhux biżżejjed għal eżenzjoni mir-regoli komunikatarji skond l-Artikolu 296 tat-Trattat. Din il-miżura trid tkun meħtieġa wkoll għall-protezzjoni ta' interessi essenzjali tas-sigurtà ta' Stat Membru. Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja l-Artikolu 296 għandu jkun interpretat f’sens ristrett u limitat f’każijiet eċċezzjonali, definiti b’mod ċar. Barra minn hekk, l-obbligu li tipprova li jibqgħu japplikaw il-kundizzjonijiet għad-deroga jaqa’ fuq l-Istati Membru.

    16.   KONKLUŻJONI

    (409)

    Wara li kkunsidrat l-elementi kollha ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura taħt l-Artikolu 88, it-2 paragrafu, tat-Trattat dwar is-17-il proġett waħdieni tar-R&Ż li l-Italja nnotifikat u li għalhekk għandhom jitqiesu illeġittimi.

    (410)

    L-għajnuniet individwali skond l-Artikolu 1 (e), tar-regolament tal-proċedura, li kellhom ikunu nnotifikati, iżda ma kinux, jikkostitwixxu għajnuniet illeġittimi skond l-Artikolu 1(f) tar-regolament tal-proċedura. Dwar l-għajnuniet illeġittimi, id-deċiżjoni preżenti kienet adottata b’mod konformi ma’ l-Artikolu 13 tar-regolament tal-proċedura.

    (411)

    Kif jirriżulta mill-Artikolu 13 tar-regolament tal-proċedura, fil-każ ta' deċiżjonijiet tal-bidu tal-proċedura ta' indaġni formali, il-proċedura tikkonkludi b’deċiżjoni skond l-Artikolu 7. Id-deċiżjoni preżenti adottata skond l-Artikolu 7(4), tar-regolament tal-proċedura, għall-proġetti individwali kollha msemmija, skond il-kundizzjonijiet tar-rifużjoni indikat għal kull proġett.

    (412)

    Il-Kummissjoni tista' konkludi permess tad-dubji espressi fl-ewwel deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura dwar is-sitt proġetti: il-kompiti li jikkorrospondu ma’ l-attivitajiet tar-R&Ż u l-għajnuniet kellhom effett fuq l-inċentivazzjoni għall-benefiċjarji.

    (413)

    Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-istrument ta' l-għajnuna użat għall-applikazzjoni sħiħa tar-reġim ħadet il-forma ta' self preferenzjali b’rata ta' interessi ta' żero. F’ħafna każijiet, però, fl-applikazzjoni ta' l-istrument il-kundizzjonijiet tal-bidu ma kinux rispettati u ngħataw kundizzjonijiet aktar ġenerużi lill-benefiċjarji generose.

    (414)

    Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Taljani rnexxilhom jiddefinixxu metodoloġija kapaċi tikkoreġi l-intensità tal-bidu għolja ħafna u l-applikazzjoni mhux biżżejjed rigoruża ta' l-għajnuniet.

    (415)

    Il-Kummissjoni rċeviet mill-awtoritajiet Taljani lista ta' proġetti mhux notifikati, bil-pjanijiet tar-rifużjoni kkalkolati bil-metodoloġija applikata għal kull proġett.

    (416)

    L-Italja ntrabtet li tirrispetta l-pjanijiet tar-rifużjoni għal kull proġett.

    (417)

    L-Italja ntrabtet li tirrispetta l-kundizzjonijiet tal-monitoraġġ indikat, jiġifieri li tiggarantixxi li r-rifużjoni immedjati jsiru fi żmien xahrejn mid-data tad-deċiħjoni preżenti u li l-Kummissjoni tirċievi korrispondenza dettaljata kull sena dwar il-fażijiet futuri tar-rifużjonijiet.

    (418)

    Il-lista tal-proġetti ma teskludix proġetti eventwali li l-Kummissjoni tista' ssir taf bihom jew proġetti eventwali li dwarhom il-Kummissjoni tista' tirċevi aktar informazzjoni.

    (419)

    Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni mhux kapaċi tasal għal konklużjoni dwar iż-żewġ proġetti msemmijin taħt il-qafas tat-tieni deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, li dwarhom kienet esprimiet dubji dwar in-natura tagħhom bħala proġetti militari. Il-Kummissjoni tirriserva d-dritt li titlob mingħand l-Italja aktar informazzjoni dwar dan, bil-għan li tadotta deċiżjoni fil-futur qarib.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-għajnuniet individwali li ngħataw mill-Italja għall-proġetti tar-R&Ż fis-settur ajrunawtiku mal-liġi ta' l-24 ta' Diċembru 1985, nru. 808, Artikolu 3 l-ittra (a), imniżżlin taħt it-2 paragrafu ta' l-Artikolu preżenti, huma kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 87, paragrafu 3 tat-Trattat, b’subordinazzjoni dwar il-kundizzjonijiet skond l-Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni preżenti.

    Il-proġetti interessati huma li ġejjin:

    a)

    Għajnuniet favur Agusta: Proġetti A109DEF; A109X; A119 Koala.

    b)

    Għajnuniet favur Aermacchi: Proġetti DO328; DO328KE; DO328 Panels.

    ċ)

    Għajnuniet favur Alenia: Proġetti ATR72; ATR42 500; MD11 LWRP J/S; Falcon 2000; MD11 Winglet; MD95; Kabini bil-pressa.

    (d)

    Għajnuniet favur Avio: Proġetti GE90B; GE90 Growth; LPT PW308.

    (e)

    Għajnuniet favur Piaggio: Proġett Falcon 2000.

    Artikolu 2

    Ir-Repubblika Taljana tiżgura li l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu rispettati għal kull wieħed mill-proġetti u mill-benefiċjarji li ġejjin:

    (a)

    Għajnuna favur Agusta

    (i)

    Għall-proġett A109DEF, l-ammont tas-self u l-interessi komposti jridu jitħallsu lura immedjatament;

    (ii)

    Għall-proġett A109X, il-pjan tar-rifużjoni huwa rispettat sar-rifużjoni kompluta tas-self sal-31 ta' Diċembru 2018;

    (iii)

    Għall-proġett A119 Koala, il-pjan tar-rifużjoni huwa rispettat sar-rifużjoni kompluta tas-self sal-31 ta' Diċembru 2009;

    (b)

    Għajnuna favur Aermacchi

    (i)

    Għall-proġett DO328, l-ammont tas-self u l-interessi komposti jridu jitħallsu lura immedjatament;

    (ii)

    Għall-proġett DO328KE, il-pjan tar-rifużjoni huwa rispettat sar-rifużjoni kompluta tas-self sal-31 ta' Diċembru 2009;

    (iii)

    Għall-proġett DO328 Panels, l-ammont tas-self u l-interessi komposti jridu jitħallsu lura immedjatament.

    ċ)

    Għajnuna favur Alenia

    (i)

    Għall-proġett ATR72, l-ammont tas-self u l-interessi komposti jridu jitħallsu lura immedjatament;

    (ii)

    Għall-proġett ATR42-500, l-ammont tas-self u l-interessi komposti jridu jitħallsu lura immedjatament;

    (iii)

    Għall-proġett Falcon 2000, l-ammont tas-self u l-interessi komposti jridu jitħallsu lura immedjatament;

    (iv)

    Għall-proġett MD11 Winglet, l-ammont tas-self u l-interessi komposti jridu jitħallsu lura immedjatament;

    (v)

    Għall-proġett MD95, il-pjan tar-rifużjoni huwa rispettat sar-rifużjoni kompluta tas-self sal-31 ta' Diċembru 2008;

    (vi)

    Għall-proġett Kabini bil-pressa, l-ammont tas-self u l-interessi komposti jridu jitħallsu lura immedjatament.

    (d)

    Għajnuna favur Avio

    (i)

    Għall-proġett GE90B, l-ammont tas-self u l-interessi komposti jridu jitħallsu lura immedjatament;

    (ii)

    Għall-proġett GE90 Growth, l-ammont tas-self u l-interessi komposti jridu jitħallsu lura immedjatament;

    (iii)

    Għall-proġett LPT PW308, il-pjan tar-rifużjoni huwa rispettat sar-rifużjoni kompluta tas-self sal-31 ta' Diċembru 2013.

    (e)

    Għajnuna favur Piaggio

    (i)

    Għall-proġett Falcon 2000, il-pjan tar-rifużjoni huwa rispettat sar-rifużjoni kompluta tas-self sal-31 ta' Diċembru 2013.

    Artikolu 3

    1.   Ir-rifużjoni immedjata trid issir fi żmien xahrejn mid-data tad-deċiżjoni preżenti, bil-proċedura stabbilita mil-liġi nazzjonali, sakemm tippermetti eżekuzzjoni immedjati u effettiva tad-deċiżjoni.

    2.   L-interessi applikata għar-rifużjoni immedjata jinħadmu fuq il-bażi komposta skond ir-Regolament (KE) nru. 794/04.

    3.   Fi żmien xahrejn min-notifika tad-deċiżjoni preżenti, ir-Repubblika Taljani tipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

    (a)

    l-ammont totali rkuprat mingħand il-benefiċjarji;

    (b)

    deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li ttieħdu u li għandhom jittieħdu biex ikunu konformi mad-deċiżjoni preżenti;

    ċ)

    dokumentazzjoni ta' evidenza li l-għajnuna tħallset lura.

    4.   Ir-Repubblika Taljana tinforma lill-Kummissjoni bil-progress tal-miżuri nazzjonali adottati biex tikkonforma mad-Deċiżjoni preżenti, sar-rifużjoni sħiħa ta' l-għajnuniet skond l-Artikolu 2.

    Hija tipprovdi immedjatament, fuq talba sempliċi tal-Kummissjoni, informazzjoni fuq il-miżuri adottati u ppjanati biex tikkonforma mad-deċiżjoni preżenti.

    Hija tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammont ta' l-għajnuniet rifonduti u ta' l-interessi mħallsin mill-benefiċjarji.

    5.   Għall-għajnuniet li l-pjan tar-rifużjoni tagħhom jestendi aktar mill-2008, l-Italja tipprovdi lill-Kummissjoni rapport annwali dwar il-pagamenti li rċeviet mingħand il-benefiċjarji, iċċertifikat minn awdituri.

    Artikolu 4

    Ir-Repubblika Taljana hija r-reċipjent tad-deċiżjoni preżenti.

    Magħmul fi Brussell, 11 ta' Marzu 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Neelie KROES

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU C 16, 22.1.2004, p. 2ĠU C 252, 12.10.2005, p. 10.

    (2)  Il-każ N 281/84, l-ittra SG(86)5685 ta’ l-14.5.1986.

    (3)  ĠU C 45, 17.2.1996, p. 5.

    (4)  ĠU C 83, 11.4.1986, p. 2.

    (5)  Ara n-noti 3 u 4.

    (6)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

    (7)  L-Ittra tal-Kummissjoni nru. C(2004)5009 ta’ l-10.12.2004.

    (8)  Ċ(2005) 1813 def.

    (9)  ĠU C 252, 12.10.2005, p. 10.

    (10)  Ara n-nota 4.

    (11)  Ara n-nota 3.

    (12)  L-ittra tas-27.3.1996, A/322247.

    (13)  L-ittra tal-Kummissjoni ref. D/54984 tat-30.11.2001, D/50557 tal-11.2.2002, D/52819 ta’ l-4.6.2002, u l-ittra ta’ l-Italja ref. A/30747 ta’ l-1.2.2002, A/31921 tat-13.3.2002 u A/57170 tat-18.12.2002. Proċediment E 48/2001.

    (14)  Deliberazzjoni tal-KIPE tat-2 ta’ Awwissu 2002. “Direttivi għall-interventi fis-settur ta’ l-ajruspazju”.

    (15)  Ara n-noti 3 u 4.

    (16)  Għal dan il-proġett anki qam dubju dwar il-possibbiltà li xi kompiti jkunu kklassifikati bħala riċerka industrijali.

    (*)  Informazzjoni ta’ ġewwa dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali jew informazzjoni ta’ ġewwa dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi tal-kumpaniji.

    (17)  Biex jintgħaraf mill-proġett DO 328 bażiku. It-tliet proġetti huma inklużi fil-lista finali taħt il-punt 281, skeda 4.

    (18)  L-ittra ta’ l-20.2.2004.

    (19)  L-aħħar informazzjoni disponibbli fuq il-websajt tal-kumpaniji tindika li l-Istat Taljan għandu parti mill-ishma ta’ 32,45 % tal-kumpanija, li huma kkwotati fuq il-Borża ta’ Milan. Il-bqija ta’ l-ishma qegħdin f’idejn investituri privati u istituzzjonali.

    (20)  Ara l-ittra ta’ l-20.2.2004.

    (21)  L-ittra SG (86) D/5685 ta’ l-14.5.1986.

    (22)  Kompetitur Ewropew ta’ Augusta fil-qasam tal-ħelikopters.

    (23)  Ħadd ma nnega li s-self kien mingħajr interessi.

    (24)  L-ittra SG (86) D/5685 ta’ l-14.5.1986.

    (25)  L-Artiklu 3 fid-deċiżjonijiet kollha ta’ l-għoti ta’ l-għajnuna.

    (26)  L-Ittra tal-Kummissjoni Ċ(2004)5009 ta’ l-10.12.2004.

    (27)  L-ittra ta’ l-14.1.2005 tal-Ministru ta’ l-Attività Produttiva Marzano lill-Kummissarju Kroes, li ntbagħtet lill-Kummissjoni mir-rappreżentanza permanenti ta’ l-Italja bl-ittra tad-19.1.2005.

    (28)  Ara b’mod partikolari t-Taqsima 2.3 tat-Tieni Deċiżjoni.

    (29)  L-ittra ta’ l-20.9.2004, uffiċjalizzata mill-Kummissjoni fit-22.9.2004. Dan id-dokument wara ntbagħat mill-Italja.

    (30)  Il-Qorti tal-Kontijiet – Indaġni dwar il-promozzjoni ta’ l-iżvilupp teknoloġiku ta’ l-industrija ajrunawtika u żieda tal-livelli ta’ l-impjiegi fis-settur taħt il-Liġi ta’ l-24 ta’ Diċembru 1985, n. 808. Disponibbli dak iż-żmien fuq il-websajt tal-Qorti tal-Kontijiet fl-indirizz http://www.corteconti.it/Ricerca-e-1/Gli-Atti-d/Controllo-/Documenti/Sezione-ce1/Anno-2003/Secondo-co/allegati-d7/indagine-industria-aeronautica.doc_cvt.htm.

    (31)  Digriet tal-Ministru ta’ l-Industrija, tal-Kummerċ u ta’ l-Artiġjanat ta’ l-14 ta’ Marzu 1988 (irreġistrat fil-Qorti tal-Kontijiet fl-20 ta’ Lulju ta’ wara, reġ. nru. 11 ind. fg. 154). Fuq il-bażi ta’ l-allegazzjonijiet tal-korrispondenza diversa ta’ kull sena lill-Parlament dwar l-applikazzjoni tal-Liġi, it-titlu tad-digriet jirriżulta li huwa “Kriterji ġenerali għall-modalità u l-perjodu tad-distribuzzjoni, kondizzjonijiet u l-mod tal-ħlas lura ta’ l-iffinanzjar ex art. 3 tal-Liġi 808 ta’ l-24 ta’ Diċembru 1985”.

    (32)  Madankollu mhux ċar għal-liema każijiet individwali qed jirreferi l-Qorti tal-Kontijiet u x’inhi l-bażi tal-kalkolu tal-mezzi.

    (33)  Bl-eċċezzjoni tal-każ ikkunsidrat ta’ natura militari.

    (34)  L-Italja ppreżentat notifika ġdida għar-reġim il-ġdid fit-22 ta’ Frar 2008 (N 101/08).

    (35)  Dan l-aspett ingħata l-ġenb.

    (36)  Id-digriet imsemmi fit-tieni deċiżjoni.

    (37)  ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.

    (38)  ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.

    (39)  Ara per eżempju l-punt 4.7: “L’attribuzzjoni ta’ għajnuna għal proġett wieħed, taħt il-qafas ta’ reġim ta’ għajnuniet għar-R&Ż awtorizzat mill-Kummissjoni m’hijiex skond il-prinċipju suġġetta għal notifika. Madankollu, biex tkun ivvalutata għoti ta’ għajnuniet konsistenti taħt il-qafas tar-reġimi approvati u l-kumpatibbiltà ta’ dawn l-għajnuniet mas-suq komuni, il-Kummissjoni tinħtieġ in-notifika preliminaru għal proġetti individwali fejn l-ispiża taqbeż il-25 miljun EKU u li jibbenefikaw minn għajnuna li taqbeż l-ammont totali ta’ 5 miljun EKU. Din il-kondizzjoni ġdida bħala notifika hija kkunsidrata bħala miżura xierqa skond l-Artiklu 93, l-ewwel paragrafu, tat-Trattat tal-KE. Il-kontenut tagħha kien eżaminat mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri matul sensiela ta’ laqgħat multilaterali”.

    (40)  L-awtoritajiet Taljani ppreċiżaw li ma kinux bi ħsiebhom jirrinunzjaw għall-krediti mingħand il-benefiċjarji. Fl-istess ħin, l-ittri tat-talba għar-rifużjoni fejn l-azzjoni ma kinetx segwita flimkien ma’ għajnuniet ġodda li ngħataw lill-istess benefiċjarji għal proġetti ġodda, tindika l-possibbiltà li, almenu f’xi każijiet, min-naħa tal-benefiċjarji, l-għajnuniet riċevuti ma kellhomx ikunu mħallsin lura.

    (41)  Jiġifieri l-intensitajiet ta’ 25 % u ta’ 50 % bl-addizzjoni tal-bonus għall-attivitajiet ta’ l-iżvilupp ta’ qabel il-kompetizzjoni u tar-riċerka industrijali mistennija mid-dixxiplini tar-R&Ż.

    (42)  Il-Kummissjoni adottat trattament simili għaż-żewġ każijiet dwar l-għajnuniet tar-R&Ż fis-settur ajrunawtiku (C-27/06 u C-28/06).

    (43)  Madankollu huwa osservat li ma teżistix traċċa, fl-istorja tal-faxxikolu, ta’ ebda intenzjoni min-naħa ta’ l-awtoritajiet Taljani biex jipproċedu għal notifika individwali ta’ ebda proġett, indipendentement mid-daqs jew mill-entità ta’ l-iffinanzjar.

    (44)  Hija eskludiet dawk li l-natura militari tagħhom kienet evidenti, u għax kienu diġà vvalutati taħt il-qafas tal-proċedura jew għax l-informazzjoni pubblika disponibbli ma ħallietx dubju dwar in-natura tagħhom.

    (45)  Cfr. L-ittra tal-5.5.2006.

    (46)  Indipendentement mill-fatt li jistgħu jkunu attribwiti għall-Qorti tal-Kontijiet.

    (47)  Il-lista tippermetti barraminhekk li tispjega għalfejn l-Italja allokat il-parti kbira tas-somma finanzjarja tar-reġim lil proġetti żgħar. Din id-dejta b’hekk tippermetti r-rikonċiljazzjoni bejn l-ammonti kumplessivi dwar is-somma finanzjarja tar-reġim man-numru ta’ proġetti kbar illum innotifikati.

    (48)  Ara l-punti 248-259.

    (49)  Għall-proġetti kollha, iċ-ċifri huma attwali.

    (50)  Peress li l-proġetti kollha kienu approvati qabel l-introduzzjoni ta’ l-ewro, id-deċiżjonijiet kollha ta’ l-għoti ta’ l-għajnuna u l-pjanijiet kollha tar-rifużjoni huma espresso f’liri Taljani. Fl-iskeda 5, fil-punt 381 hemm irrapportat l-impatt tal-valutazzjoni bl-ewro.

    (51)  Fil-bidu kienet Aeritalia, u wara Alenia Aerospazio.

    (52)  Id-deċiżjoni ta’ l-għoti ta’ l-għajnuniet kienu adottati fid-data tat-8 ta’ Novembru 1988, it-18 ta’ Diċembru 1990, it-18 ta’ Diċembru 1991 u l-21 ta’ Diċembru 1991.

    (53)  Ara d-deskrizzjoni tal-proġett Falcon 2000 realizzat minn Alenia.

    (54)  Kif spjegat hawn fuq skond il-metodoloġija applikata f’dan il-każ. Ara t-taqsima dwar in-natura ta’ l-istrument ta’ l-għajnuna fil-punti 248-259.

    (55)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

    (56)  Digriet-liġi l-1 ta' Ottubru 2007, nru 159, konvertit, bil-modifiki, fil-liġi tad-29 ta’ Novembru 2007, nru 222, ippubblikata mill-Gazzetta Uffiċjali Taljana nru 279 tat-30.11.2007.

    (57)  Ara l-Opinjoni ta’ l-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-każ C-119/05, il-Ministeru ta’ l-Industrija, tal-Kummerċ u ta’ l-Artiġjanat vs Lucchini SpA, li qabel kienet Lucchini Siderurgica.

    (58)  Ara s-Sentenza tat-18 ta’ Lulju 2007 fil-kawża C-119/05, il-Ministeru ta’ l-Industrija, tal-Kummerċ u ta’ l-Artiġjanat vs Lucchini SpA, li qabel kienet Lucchini Siderurgica. Għadha mhux ippubblikata fir-Raccolta.


    Top