This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0778
2008/778/EC: Council Decision of 2 October 2008 appointing an Austrian member and alternate member of the Committee of the Regions
2008/778/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 2 ta’ Ottubru 2008 li taħtar membru u membru supplenti Awstrijaċi fil-Kumitat tar-Reġjuni
2008/778/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 2 ta’ Ottubru 2008 li taħtar membru u membru supplenti Awstrijaċi fil-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 267, 8.10.2008, p. 30–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010
8.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 267/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-2 ta’ Ottubru 2008
li taħtar membru u membru supplenti Awstrijaċi fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2008/778/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Awstrijak,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1). |
(2) |
Sar vakanti post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni konsegwentement għall-iskadenza tal-mandat ta’ Dr Herwig VAN STAA. Sar vakanti post ta’ membru supplenti konsegwentement għall-iskadenza tal-mandat tas-Sinjura Elisabeth ZANON, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:
(a) |
bħala membru: Dr Herwig VAN STAA, Präsident des Tiroler Landtages. |
(b) |
bħala membru supplenti: Is-Sur Günther PLATTER, Landeshauptmann, Tirol. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmula il-Lussemburgu, 2 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
X. BERTRAND