This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0591
2008/591/EC: Commission Decision of 30 June 2008 on the Ecodesign Consultation Forum (Text with EEA relevance)
2008/591/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta' Ġunju 2008 Forum Konsultattiv dwar l-Eko-disinn Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/591/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta' Ġunju 2008 Forum Konsultattiv dwar l-Eko-disinn Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 190, 18.7.2008, p. 22–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
18.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 190/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta' Ġunju 2008
Forum Konsultattiv dwar l-Eko-disinn
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/591/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005, li tistabbilixxi qafas għat-twaqqif ta’ ħtiġijiet ta’ l-ekodisinn għal prodotti li jintużaw għall-enerġija (EUP) u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi 96/57/KE u 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2005/32/KE, il-Kummissjoni għandha tiżgura li bil-mod li jitmexxew l-attivitajiet tagħha hi tosserva, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull miżura ta’ implimentazzjoni, parteċipazzjoni bbilanċjata ta’ l-Istati Membri u tal-partijiet interessati. |
(2) |
Id-Direttiva 2005/32/KE tipprovdi li dawn il-partijiet għandhom jiltaqgħu f’Forum Konsultattiv. Hu għalhekk meħtieġ li jkunu ddefiniti d-dmirijiet u l-istruttura ta’ dak il-Forum Konsultattiv. |
(3) |
Il-Forum Konsultattiv għandu jassisti lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi pjan ta’ ħidma, tikkontribwixxi biex jiġu definiti u riveduti miżuri ta’ implimentazzjoni, biex tiġi eżaminata l-effettività tal-mekkaniżmi stabbiliti li jissorveljaw is-suq, u biex jiġu valutati ftehim voluntarji u miżuri oħra ta’ awto-regolamentazzjoni. |
(4) |
Il-Forum Konsultattiv għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u l-partijiet interessati kkonċernati mal-prodott jew il-grupp tal-prodott ikkonċernat, bħall-industrija, inklużi l-IŻM u l-industrija tas-snajja’, it-trejdjunjins, il-kummerċjanti, in-negozjanti li jbiegħu bl-imnut, l-importaturi, il-gruppi għall-protezzjoni ta’ l-ambjent u l-organizazzjonijiet tal-konsumaturi. |
(5) |
Għandhom jitfasslu regoli dwar l-iżvelar ta’ tagħrif minn membri tal-Forum Konsultattiv, bla ħsara għar-regoli dwar is-sigurtà stipulati fl-Anness mar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kummissjoni bid-Deċiżjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (2). |
(6) |
Id-dejta personali kollha relatata mal-membri tal-Forum Konsultattiv għandha tiġi pproċessata b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ l-individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta’ dejta bħal din (3), |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-dmirijiet
Id-dmirijiet tal-membri tal-Forum Konsultattiv ta’ l-Ekodisinn, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Forum”, għandhom ikunu li jagħtu opinjonijiet f’relazzjoni ma’ l-elaborazzjoni u l-emenda tal-pjan ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/32/KE u jagħtu l-pariri lill-Kummissjoni dwar mistoqsijiet relatati ma’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/32/KE kif ipprovdut fl-Artikoli 16(2), 18 u 23 tagħha.
Artikolu 2
Konsultazzjoni
Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Forum dwar kull kwistjoni relatata ma’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/32/KE.
Artikolu 3
Sħubija
1. Il-membri tal-forum għandhom jinħatru mill-Kummissjoni minn partijiet interessati li għandhom x’jaqsmu mal-prodott jew il-grupp tal-prodott ikkonċernat u min irrisponda għas-sejħa ta’ l-applikazzjonijiet.
2. Il-Forum għandu jinkludi sa 60 membru magħmul kif ġej:
(a) |
rappreżentant minn kull Stat Membru; |
(b) |
rappreżentant minn kull Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea; |
(ċ) |
sa 30 rappreżentant ta’ partijiet interessati kif imsemmija fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2005/32/KE. |
3. Kull membru għandu jaħtar il-persuna li qed tirrappreżentah fil-laqgħat tal-Forum fuq il-bażi tal-kompetenza u l-esperjenza tiegħu jew tagħha fil-qasam ittrattat.
4. Il-Membri tal-Forum jinħatru għal terminu ta’ ħatra ta’ tliet snin li jistgħu jiġġeddu u għandhom jibqgħu fil-ħatra sakemm jinbidlu skond il-paragrafu 3 jew sakemm tispiċċa l-ħatra tagħhom.
5. Il-Membri jistgħu jinbidlu għall-bqija tal-perjodu tal-ħatra tagħhom fi kwalunkwe każ minn dawn li ġejjin:
(a) |
meta l-membru jirreżenja; |
(b) |
meta il-membru mhux kapaċi aktar li jikkontribwixxi b’mod effettiv fid-deliberazzjonijiet tal-Forum; |
(ċ) |
meta l-membru ma josservax l-Artikolu 287 tat-Trattat. |
6. Il-lista tal-membri u xi emendi sussegwenti ma’ dik il-lista għandhom ikunu ppubblikati fuq is-siti ta’ l-Internet tad-Direttorat Ġenerali ta’ l-Intrapriża u l-Industrija u d-Direttorat Ġenerali tat-Trasport u l-Enerġija u fir-Reġistru tal-Kummissjoni ta’ Gruppi Esperti.
Artikolu 4
Il-ħidma
1. Il-Forum għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.
2. Bi ftehim mal-President, jistgħu jitwaqqfu sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi skond it-termini ta’ referenza stabbiliti mill-Forum. It-tali sottogruppi għandhom jiġu xolti hekk kif jintemm il-mandat tagħhom.
3. Il-President jista’ jistieden esperti jew osservaturi ta’ kompetenza speċifika dwar suġġett fuq l-aġenda biex jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tal-Forum jew tas-sottogrupp jekk dan ikun utli jew meħtieġ.
4. It-tagħrif miksub mis-sehem fid-deliberazzjonijiet tal-Forum jew ta’ sottogrupp għandu jinżamm mistur jekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, dak it-tagħrif jittratta kwistjonijiet kunfidenzjali.
5. Il-Forum u s-sottogruppi tiegħu ġeneralment jiltaqgħu fil-bini tal-Kummissjoni skond il-proċeduri u l-iskeda stabbilita minnha. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi ta’ segretarjat. Uffiċjali oħrajn tal-Kummissjoni li għandhom interess fil-proċeduri jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Forum u s-sottogruppi tiegħu.
6. Ir-regoli ta’ proċedura għall-Forum huma stipulati fl-Anness.
7. Il-Kummissjoni tista’ tippubblika, jew turi fuq l-Internet, fil-lingwa oriġinali tad-dokument ikkonċernat, kwalunkwe sommarju, konklużjoni, parti minn konklużjoni jew dokument ta’ ħidma tal-Forum.
Artikolu 5
Rimborż ta’ l-ispejjeż
L-ispejjeż tal-vjaġġ u, fejn meħtieġ, ta’ l-għajxien imħallsa għall-rappreżentat għal kull Stat Membru u esperti tekniċi mistiedna skond l-Artikolu 4(3) fl-ambitu ta’ l-attivitajiet tal-Forum għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni f’konformità mar-regoli tal-Kummissjoni dwar ir-rimborż ta’ spejjeż għal esperti esterni.
Il-membri tal-Forum, l-esperti u l-osservaturi mhumiex se jitħallsu għas-servizzi li jagħtu.
L-ispejjeż għal-laqgħat jitħallsu lura fil-limiti tal-baġit annwali allokat għall-Forum mid-dipartiment kompetenti tal-Kummissjoni.
Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2008/28/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 48).
(2) ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/548/KE, Euratom (ĠU L 215, 5.8.2006, p. 38).
ANNESS
Regoli ta’ proċedura għall-Forum Konsultattiv ta’ l-eko-disinn
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/32/KE u b’mod partikolari Artikolu 18 tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-regoli standard ta’ proċedura ppubblikati mill-Kummissjoni,
ADDOTTAT IR-REGOLI TA’ PROĊEDURA LI ĠEJJIN:
Artikolu 1
Sejħiet għal-laqgħat
1. Il-laqgħat tal-Forum jissejħu mill-President.
2. Jistgħu jsiru laqgħat konġunti tal-Forum ma’ gruppi oħrajn sabiex jiġu diskussi l-kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-oqsma ta’ responsabbiltà rispettivi tagħhom.
Artikolu 2
Aġenda
1. Il-President għandu jfassal l-aġenda u jissottomettiha lill-Forum.
2. L-aġenda għandha tiddistingwi bejn:
(a) |
konsultazzjoni tal-partijiet interessati fil-Forum dwar:
|
(b) |
kwistjonijiet oħra mressqa lill-Forum għal-fini ta’ tagħrif jew għal sempliċiment skambju ta’ opinjonijiet, sew fuq inizjattiva tal-President, jew fuq talba miktuba ta’ membru tal-Forum, soġġetta għall-aċċettazzjoni tal-President. |
3. L-aġenda għandha tkun adottata mill-Forum fil-bidu tal-laqgħa.
Artikolu 3
It-trażmissjoni ta’ dokumenti lill-membri tal-Forum
1. Il-President għandu jibgħat l-istedina għal-laqgħa, l-aġenda u d-dokumenti ta’ ħidma li dwarhom il-partijiet interessati fil-Forum għandhom ikunu kkonsultati u xi dokumenti ta’ ħidma oħra lill-membri tal-Forum f’konformità ma’ l-Artikolu 12(2) mhux aktar tard minn xahar qabel id-data tal-laqgħa.
2. Il-membri tal-Forum għandhom jagħtu dokumenti ta’ ħidma u dikjarazzjonijiet miktuba kumplimentari lill-President mhux aktar tard minn ġimgħa qabel id-data tal-laqgħa. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli għall-membri tal-Forum kif jaslu.
3. F’sitwazzjonijiet urġenti, il-President jista’, fuq talba ta’ membru tal-Forum, jew b’inizjattiva tiegħu, iqassar il-limitu ta’ żmien għat-trasmissjoni msemmija fil-paragrafu 1 u 2 għall-ħamest ijiem kalendarji qabel id-data tal-laqgħa.
4. Il-President jista’ jiddeċiedi li jagħmel d-dokumenti li joriġinaw u pprovduti minn partijiet interessati li mhumiex membri disponibbli bħala dokumenti ta’ ħidma tal-Forum.
Artikolu 4
Opinjonijiet fil-Forum
1. Il-President għandu jinnota l-opinjonijiet espressi mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u l-partijiet interessati differenti fil-Forum.
2. L-opinjonijiet tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u partijiet interessati jistgħu jieħdu wkoll il-formola ta’ dikjarazzjonijiet bil-miktub mibgħuta f’konformità ma’ l-Artikolu 3.
3. Dikjarazzjonijiet miktuba kumplimentari, wara d-diskussjonijiet fil-Forum, għandhom jintbagħtu sa tliet ġimgħat wara d-data tal-laqgħa.
4. Jekk meħtieġ, il-proċedura bil-miktub imniżżla fl-Artikolu 8 tista’ tiġi applikata.
Artikolu 5
Rappreżentazzjoni
1. Sabiex jiżgura parteċipazzjoni bbilanċjata ta’ partijiet interessati relevanti fir-rigward ta’ kull grupp ta’ prodott diskuss, il-President jista’ jistieden partijiet interessati mhux membri biex jiddiskutu suġġetti ta’ aġenda speċifika f’ċerti laqgħat.
2. Kull membru tal-Forum għandu jaħtar persuna waħda li tirrappreżentah fil-laqgħat tal-Forum u għalhekk tinforma lill-President. Bil-permess tal-President, ir-rappreżentanti maħtura jistgħu jkunu akkumpanjati minn esperti għall-ispejjeż tal-membru. Il-membri għandhom javżaw lill-President minn qabel, mill-inqas ġimagħtejn qabel id-data tal-laqgħa, bl-esperti li huma jixtiequ li jakkumpanjaw lir-rappreżentanti tagħhom. Jekk il-President ma jkollux oġġezzjoni għas-sehem ta’ l-espert mill-inqas ġimgħa qabel id-data tal-laqgħa, se jittieħed li l-permess ikun ingħata.
3. Membru jista’ jirrappreżenta membri oħrajn. Il-membru rappreżentattiv għandu jipprovdi evidenza tal-kunsens tal-membri rappreżentattivi lill-President bil-miktub qabel il-laqgħa.
4. Il-membri għandhom jiżguraw li l-partijiet interessati li huma jirrappreżentaw ikunu mgħarrfa kif xieraq dwar id-diskussjonijiet fil-Forum.
5. Il-membri għandhom jiżguraw konsultazzjoni adegwata tal-partijiet interessati li huma jirrappreżentaw u jadottaw opinjonijiet rappreżentattivi.
Artikolu 6
Sottogruppi
Il-President jista’ joħloq sotto-gruppi sabiex jeżaminaw kwistjonijiet partikolari. Is-sotto-gruppi għandhom ikunu ppreseduti minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Is-sottogruppi għandhom jirrappurtaw lura lill-Forum. Għal dan il-għan, jistgħu jaħtru relatur.
Artikolu 7
Dħul ta’ partijiet terzi
Il-President jista’ jiddeċiedi li jistieden partijiet terzi biex jattendu laqgħa u esperti biex jitkellmu dwar kwistjonijiet partikolari.
Artikolu 8
Proċedura bil-miktub
1. Jekk meħtieġ, l-opinjonijiet ta’ l-Istati Membri u partijiet interessati tal-Forum jistgħu jingħataw bi proċedura bil-miktub. Għal dan il-għan, il-President għandu jibgħat lill-membri tal-Forum id-dokument(i) ta’ ħidma li dwaru/dwarhom qed jintalbu l-opinjonijiet ta’ l-Istati Membri u l-partijiet interessati tal-Forum, f’konformità ma’ l-Artikolu 12(2). Il-limitu tal-ħin għat-twassil tal-kummenti ma jistgħax ikun inqas minn 14-il ġurnata kalendarja u ma jistgħax jaqbeż xahar.
2. F’każijiet ta’ urġenza, għandu japplika l-limitu tal-ħin previst fl-Artikolu 3 (3).
Artikolu 9
Is-Segretarjat
Is-segretarjat tal-Forum għandu jkun ipprovdut mill-Kummissjoni.
Artikolu 10
Il-Minuti tal-laqgħat
1. Il-minuti ta’ kull laqgħa għandhom isiru taħt l-awspiċi tal-President u għandu jkun fihom, b’mod partikolari, l-opinjonijiet espressi fil-laqgħa dwar dokument(i) ta’ ħidma ppreparati mis-servizzi tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 2 (2a) u, fejn meħtieġ, l-opinjonijiet espressi dwar il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 (2b). Lista ta’ referenza ta’ dikjarazzjonijiet bil-miktub relevanti, mibgħuta skond l-Artikolu 4 għandha tingħata f’anness separat. Il-minuti għandhom jintbagħtu lill-membri tal-Forum, u lil dawk mhux membri li pparteċipaw fil-laqgħa, fi żmien xahar.
2. Il-membri tal-Forum għandhom jibagħtu xi kummenti li jista’ jkollhom dwar il-minuti lill-President bil-miktub fi żmien ġimagħtejn. Il-Forum għandu jkun infurmat b’dawn il-kummenti. Jekk ikun hemm xi nuqqas ta’ qbil, l-emenda proposta għandha tkun diskussa mill-Forum. Jekk in-nuqqas ta’ qbil jibqa’, l-emenda għandha titpoġġa bħala anness mal-minuti.
Artikolu 11
Ir-rassenja
F’kull laqgħa, il-President għandu jagħmel rassenja li tispeċifika l-isem ta’ kull parteċipant, l-organizzazzjoni li hu jew hi jagħmel/tagħmel parti minnha, u, fejn xieraq, il-parti interessata li hu jew hi jirrappreżenta/tirrappreżenta.
Artikolu 12
Korrispondenza
1. Il-korrispondenza relatata mal-Forum għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni b’mezzi elettroniċi, għall-attenzjoni tal-President.
2. Il-Korrispondenza għall-membri tal-Forum għandha tkun indirizzata lill-membri b’mezzi elettroniċi. Il-membri għandhom jaħtru lill-persuna(i) ta’ kuntatt li lihom għandha tintbagħat korrispondenza u jinformaw lill-President bil-miktub.
Artikolu 13
Il-protezzjoni tad-dejta personali
Kull ipproċessar ta’ dejta personali għall-għanijiet ta’ dawn ir-regoli ta’ proċedura għandu jkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.