EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0484

2008/484/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 20 ta’ Ġunju 2008 dwar l-estensjoni ta’ ċerti deċiżjonijiet ta’ Għajnuna mill-Istat (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2883) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 164, 25.6.2008, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/484/oj

25.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 164/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Ġunju 2008

dwar l-estensjoni ta’ ċerti deċiżjonijiet ta’ Għajnuna mill-Istat

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2883)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/484/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 87 u 88 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-perjodu ta’ validità għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 tal-5 ta’ Diċembru 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-impjieg (1), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Tattat tal-KE għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Tattat tal-KE dwar l-għajnuna għat-taħriġ (3) ġie estiż bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1976/2006 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolamenti (KE) 2204/2002, (KE) Nru 70/2001 u (KE) Nru 68/2001 fir-rigward ta’ l-estensjoni għall-perjodu ta’ applikazzjoni (4) sat-30 ta’ Ġunju 2008. Il-validità tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li japprovaw l-iskemi ta’ Għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tar-Regolamenti (KE) Nru 2204/2002, (KE) Nru 70/2001 jew (KE) Nru 68/2001 ġiet estiża, sat-30 Ġunju 2008, bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/72/KE (5) .

(2)

Minħabba l-fatt li r-regolament għal eżenzjoni ġenerali sħiħa (6) li jieħu post dawn ir-regolamenti hu skedat li jiġi adottat u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali f'data wara t-30 Ġunju 2008, hu meħtieġ li tiġi estiża l-validità tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li japprovaw l-iskemi ta' Għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tar-Regolamenti (KE) Nru 2204/2002, (KE) Nru 70/2001 jew (KE) Nru 68/2001, għal perjodu ta’ żmien limitat, sabiex ikun hemm perjodu xieraq ta’ transizzjoni sakemm jidħol fis-seħħ ir-regolament għal eżenzjoni ġenerali sħiħa,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bla ħsara għall-miżuri xierqa li hemm fit-tielet inċiż 107 tal-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007 sa l-2013 ta’ l-4 ta’ Marzu 2006 (7) u aċċettati mill-Istati Membri kollha, il-validità tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li japprovaw l-iskemi ta’ Għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tar-Regolamenti (KE) Nru 2204/2002, (KE) Nru 70/2001 jew (KE) Nru 68/2001 qabel ma tidħol fis-seħħ din id-Deċiżjoni għandha tiġi estiża sat-30 ta’ Settembru 2008.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2008.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 337, 13.12.2002, p. 3. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1040/2006 (ĠU L 187, 8.7.2006, p. 8).

(2)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1040/2006.

(3)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 20. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1040/2006.

(4)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 85.

(5)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 180.

(6)  ĠU C 210 tat-8.9.2007, p. 14.

(7)  ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.


Top