Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0438

    2008/438/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni ta’ l- 14 ta’ Mejju 2008 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

    ĠU L 155, 13.6.2008, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/438/oj

    Related international agreement

    13.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 155/15


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI

    ta’ l-14 ta’ Mejju 2008

    dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

    (2008/438/KE, Euratom)

    Il-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, U L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’ mod partikolari l-Artikolu 310, flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) ta’ l-istess Trattat,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw l-Att ta’ Adeżjoni anness mat-Trattat ta’ Adeżjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

    Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri fit-18 ta’ Frar 2008 skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2008/273/KE (2).

    (2)

    Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll ġie applikat fuq bażi temporanja sa mid-data ta’ l-adeżjoni.

    (3)

    Il-Protokoll għandu jkun konkluż,

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, qiegħed b’dan jiġi approvat f’isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri.

    It-test tal-Protokoll jinsab anness ma’ din id-Deċiżjoni (3).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, għandu jiddepożita l-istrument ta’ approvazzjoni msemmi fl-Artikolu 11 tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess waqt jiddeppożita dan l-istrument ta’ approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika.

    Magħmula fi Brussell, 14 ta’ Mejju 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. BAJUK

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  Kunsens tat-23 ta’ April 2008 (għadhu mhux ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  ĠU L 99, 10.4.2008, p. 1.

    (3)  ĠU L 99, 10.4.2008, p. 2.


    Top