EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0413

2008/413/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta' Mejju 2008 dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' l-alpha-cyclodextrin bħala ingredjent ġdid ta’ l-ikel skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1954)

ĠU L 146, 5.6.2008, p. 12–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/413/oj

5.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 146/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta' Mejju 2008

dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' l-alpha-cyclodextrin bħala ingredjent ġdid ta’ l-ikel skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1954)

(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)

(2008/413/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar ikel ġdid u l-ingredjenti ġodda ta’ l-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Ottubru 2004 il-kumpanija Wacker Chemie għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Belġju biex tqiegħed l-alpha-cyclodextrin fis-suq bħala ingredjent ġdid għall-ikel.

(2)

Fid-29 ta’ Ġunju 2005 l-istituzzjoni kompetenti għall-valutazzjoni ta’ l-ikel tal-Belġju ħarġet ir-rapport inizjali tagħha ta’ valutazzjoni. F’dan ir-rapport intlaħqet il-konklużjoni li l-alpha-cyclodextrin huwa sigur għall-konsum mill-bniedem.

(3)

Il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri kollha fit-28 ta' Settembru 2005.

(4)

Fi żmien il-perjodu ta' sittin jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 issemmew oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skond din id-dispożizzjoni.

(5)

Għalhekk l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (EFSA) ġiet ikkonsultata fit-28 ta’ Ottubru 2006.

(6)

Fis-6 ta' Lulju 2007 l-EFSA adottat l-“Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Prodotti tad-dieta, in-Nutrizzjoni u l-Allerġiji fuq talba tal-Kummissjoni marbuta mas-sigurtà ta' l-alpha-cyclodextrin”.

(7)

Fl-opinjoni l-bord wasal għall-konklużjoni li m'hemmx tħassib tas-sigurtà fuq il-livelli ta' użu proposti u l-konsum antiċipat għall-alpha-cyclodextrin.

(8)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li l-alpha-cyclodextrin huwa konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nu 258/97.

(9)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Alpha-Cyclodextrin kif speċifikat fl-Anness jista' jitqiegħed fis-suq tal-Komunità bħala ingredjent ġdid għall-ikel.

Artikolu 2

Il-marka “alpha-cyclodextrin” jew “α-cyclodextrin” għandha tintwera fil-lista ta' ingredjenti ta' l-ikel li jkun fihom dan l-ingredjent.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Wacker, Consortium für elektrochemische Industrie GmbH, Zielstattstrasse 20, D–81379 München.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA' L-ALPHA-CYCLODEXTRIN

Sinonimi

α-cyclodextrin, α-dextrin, cyclohexaamylose, cyclomaltohexaose, α-cycloamylose

Definizzjoni

Non-reducing cyclic saccharide li jikkonsisti f'sitt unitajiet α-1,4-linked D-glucopyranosyl prodotti bl-azzjoni tas-cyclodextrin glucosyltransferase (CGTase, EC 2.4.1.19) fuq lamtu idrolizzat. L-irkupru u l-ippurifikar ta' l-α-cyclodextrin jistgħu jsiru b'waħda minn dawn il-proċeduri: preċipitazzjoni ta' l-α-cyclodextrin kumpless b'1-decanol, dissoluzzjoni fl-ilma f'temperatura elevata u re-preċipitazzjoni, steam-stripping tal-complexant, u kristalizzazzjoni ta' l-α-cyclodextrin mit-taħlita; jew kromatografija b'ion-exchange jew filtrazzjoni b'ġell wara kristalizzazzjoni ta' α-cyclodextrin mil-likwidu ewlieni purifikat; jew metodu għas-separazzjoni tal-membrani bħal ultra-filtrazzjoni jew reverse osmosis.

Isem kimiku

Cyclohexaamylose

Numru CAS

10016-20-3

Formula Kimika

(C6H10O5)6

Formula strutturali

Image

Piż tal-formula

972,85

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 98 % (fuq bażi ta' tnixxif)

Deskrizzjoni

Prattikament bla riħa, solidu kristalizzat abjad jew kważi abjad.

Karatteristiċi

Identifikazzjoni

Medda ta’ tidwib

Jiddikomponi f'temperatura ogħla minn 278 °C

Solubilità

Jinħall liberament fl-ilma; jinħabba ħafna fl-etanol

Rotazzjoni speċifika

[α]D 25: Bejn +145o u +151o (1 % taħlita)

Il-kromatografija

Il-ħin taż-żamma għall-quċċata massima tal-kromatogramma likwida tal-kampjun jikkorrispondi għal dak ta' l-α-cyclodextrin f'kromatogramma ta' referenza α-cyclodextrin (disponibbli mill-Consortium für Elektrochemische Industrie GmbH, München, Germany jew Wacker Biochem Group, Adrian, MI, USA) permezz tal-kundizzjonijiet deskritti fil-METODU TA' KEJL

Purità

L-ilma

Mhux aktar minn 11 % (metodu Karl Fischer)

Residual complexant

Mhux iktar minn 20 mg/kg

(1-decanol)

Sustanzi ta’ riduzzjoni

Mhux aktar minn 0,5 % (bħala glukożju)

Irmied sulfinat

Mhux iktar minn 0,1 %

Ċomb

Mhux iktar minn 0,5 mg/kg

Metodu ta' kejl

Iddetermina l-kromatografija likwida billi tuża l-kundizzjonijiet li ġejjin.

Soluzzjoni tal-kampjun: Iżen eżatt madwar 100mg tal-kampjun għall-ittestjar f'volumetric flask ta' 10ml u żid 8 ml ta' ilma deionized. Ħoll il-kampjun kompletament billi tuża ultra-sonification bath (10 – 15 min) u ħoll sal-marka b'ilma deionized purifikat. Iffiltra minn filtru ta' 0,45-mikrometru

Soluzzjoni ta' referenza: Iżen eżatt madwar 100mg ta' α-cyclodextrin f'volumetric flask ta' 10ml u żid 8 ml ta' ilma deionized. Ħoll il-kampjun kompletament billi tuża ultra-sonification bath u ħoll sal-marka b'ilma deionized purifikat.

Kromatografija: Kromatografija likwida mgħammra b'refractive index detector u rekorder integrat.

Kolonna u ppakkjar Nucleosil-100-NH2 (10 μm) (Macherey & Nagel Co. Düren, Germany) jew simili.

Tul: 250 mm

Dijametru: 4 mm

Temperatura: 40 °C

Fażi mobbli: acetonitrile/ilma (67/33, v/v)

Rata tal-fluss: 2,0 ml/min

Volum ta' injezzjoni: 10 μl

Proċedura: Injetta s-soluzzjoni kampjun fil-kromatografu, irrekordja l-kromatogramma, u kejjel iż-żona tal-quċċata α-CD. Ikkalkula l-perċentwali ta' l-α-cyclodextrin fil-kampjun tat-test kif ġej:

% α-cyclodextrin (bażi niexfa) = 100 × (AS/AR) (WR/WS)

fejn:

 

As u AR huma ż-żoni tal-quċċata dovuti għal α-cyclodextrin għas-soluzzjoni kampjun u soluzzjoni ta' referenza, rispettivament.

 

Ws u WR huma l-piż (mg) tal-kampjun tat-test u r-referenza α-cyclodextrin, rispettivament, wara li jiġi korrett il-kontenut ta' l-ilma.


Top