Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0334

    2008/334/JHA: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 4 ta' Marzu 2008 li tadotta l-Manwal SIRENE u miżuri implimentattivi oħra għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)

    ĠU L 123, 8.5.2008, p. 39–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/03/2013; Imħassar b' 32013D0115 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/334/oj

    8.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 123/39


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta' l-4 ta' Marzu 2008

    li tadotta l-Manwal SIRENE u miżuri implimentattivi oħra għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)

    (2008/334/JAI)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/JAI tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 8(4), 9(1), 20(4), 22(a), 38(3), 51(4) u 52(7) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni 2007/533/JHA għandha tapplika għall-Istati Membri li qed jieħdu sehem fis-SIS 1 + mid-dati li għandhom jiġu ffissati mill-Kunsill, waqt li jaġixxu bl-unanimità tal-membri tiegħu li jirrapreżentaw lill-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri li qed jieħdu sehem fis-SIS 1+. Dawn id-dati għandhom jiġu ffissati wara, fost kondizzjonijiet oħra li jridu jintlaqgħu, li l-miżuri implimentattivi neċessarji jkunu ġew adottati mill-Kummissjoni.

    (2)

    Dawn il-miżuri implimentattivi jkopru l-aspetti tas-SIS II li, minħabba n-natura teknika tagħhom, il-livell tad-dettal u l-ħtieġa għall-aġġornament regolari, mhux koperti b’mod eżawrjenti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/JHA.

    (3)

    Dawn il-miżuri implimentattivi jinkludu l-Manwal SIRENE li jinkludi regoli dettaljati għall-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari. Informazzjoni supplimentari hija informazzjoni mhux maħżuna fis-SIS II iżda kkonnettjata mat-twissijiet, li trid tkun skambjata bil-għan li l-Istati Membri jkunu permessi li jikkonsultaw jew jinformaw lil xulxin meta tiddaħħal twissija; wara riżultat pożittiv bil-għan li jkun permess li tittieħed azzjoni xierqa; meta l-azzjoni meħtieġa ma tkunx tista’ tittieħed; meta tkun qed tiġi trattata l-kwalità tad-data tas-SIS II; meta tkun qed tiġi trattata l-kompatibbiltà u l-prijorità tat-twissija; meta jkun qed jiġi trattat id-dritt għall-aċċess.

    (4)

    Miżuri implimentattivi oħra huma protokolli u proċeduri tekniċi li jiżguraw il-kompattibiltà ta’ l-N.SIS II ma’ CS-SIS; regoli tekniċi neċessarji għad-dħul, l-aġġornar, it-tħassir u t-tfittxija għad-data fuq persuni u oġġetti; l-ispeċifikazzjoni tal-kontroll speċjali ta’ kwalità biex ikun aċċertat it-twettiq ta’ l-istandard minimu ta’ kwalità tad-data b’ritratti u marki tas-swaba’ mdaħħla fis-SIS II; regoli tekniċi biex tiddaħħal u tkun ipproċessata iktar data addizzjonali bil-għan li jingħata kas ta’ identità użata ħażin u regoli tekniċi dwar il-kollegament tat-twissija.

    (5)

    Il-Manwal SIRENE għandu jkun għodda importanti għall-operaturi tas-SIRENE fix-xogħol ta’ kuljum bis-SIS II. Huwa għandu jkollu forma ta’ manwal prattiku u jservi l-għan li jiffaċilita x-xogħol ta’ Uffiċċju SIRENE fit-totalità tiegħu.

    (6)

    Ladarba ċerti regoli ta’ natura teknika għandhom impatt dirett fuq ix-xogħol ta’ l-utenti finali fl-Istati Membri huwa xieraq li jingħaqdu f’dokument wieħed.

    (7)

    Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi l-bażi neċessarja biex ikun adottat il-Manwel SIRENE u miżuri implimentattivi oħra għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) fir-rigward tal-materji li jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“Trattat UE”). Id-Deċiżjoni 2008/333/KE tal-Kummissjoni (2) li adottat il-Manwal Sirene u miżuri implimentattivi oħra għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) tat-tieni ġenerazzjoni tikkostitwixxi l-bażi neċessarja fir-rigward tal-materji li jaqgħu fil-kompitu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (“Trattat KE”). Il-fatt li l-bażi neċessarja biex ikun adottat il-Manwel SIRENE u miżuri implimentattivi oħra għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) tikkonsisti f’żewġ strumenti separati ma għandux jaffetwa l-prinċipju li dawn l-miżuri implimentativi jikkostitwixxu dokument wieħed. Madankollu, għal fini ta’ kjarezza l-anness għandu jkun riprodott fl-Annessi għaż-żewġ Deċiżjonijiet.

    (8)

    Ir-Renju Unit qiegħed jieħu sehem f’din id-Deċiżjoni, f’konformità ma’ l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat KE, u l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq sabiex jieħdu sehem f’xi dispożizzjoni ta’ l-acquis ta’ Schengen (3).

    (9)

    L-Irlanda qed tieħu sehem f’din id-Deċiżjoni f’konformità ma’ l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat UE u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba ta’ l-Irlanda sabiex tieħu sehem f’xi uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (4).

    (10)

    Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew xort’oħra relatat miegħu fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ l-Att ta’ l-2003 dwar l-Adeżjoni u l-Artikolu 4(2) ta’ l-Att ta’ l-2005 dwar l-Adeżjoni.

    (11)

    Fir-rigward ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’l-Unjoni Ewropea u mar-Reppublika ta’ l-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewg Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (6).

    (12)

    Fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen li jaqa’ fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni Nru 1999/437/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 moqri flimkien ma’ l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/848/KE dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim (7).

    (13)

    Il-miżuri mogħtija f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat, imwaqqaf bl-Artikolu 67 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/JHA.

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu wieħed

    Għall-iskopijiet ta’ materji li jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat UE, il-Manwal SIRENE u miżuri implimentativi oħra għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) għandhom ikunu kif stipulati fl-Anness.

    Magħmul fi Brussell, 4 ta' Marzu 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Franco FRATTINI

    Viċi President


    (1)  ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63.

    (2)  Ara paġna 1 tal-Ġurnal Uffiċjali preżenti.

    (3)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

    (4)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

    (5)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

    (6)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

    (7)  ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26.


    ANNESS

    Il-Manwal SIRENE u miżuri oħra ta’ implimentazzjoni (1)

    WERREJ

    DAĦLA 44
    L-Acquis ta’ Schengen 44
    Is-Sistema ta’ Informazzjoni (SIS II) ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni 45
    Informazzjoni Supplimentari 46

    1.

    L-UFFIĊĊJI SIRENE U S-SIS II 47

    1.1.

    L-Uffiċċju SIRENE 47

    1.2.

    Il-Manwal SIRENE 47

    1.3.

    Miżuri oħra ta’ implimentazzjoni 47

    1.4.

    Standards 47

    1.4.1.

    Disponibbiltà 47

    1.4.2.

    Kontinwità 47

    1.4.3.

    Sigurtà 48

    1.4.4.

    Konfidenzjalità 48

    1.4.5.

    Aċċessibilità 48

    1.4.6.

    Komunikazzjonijiet 48

    1.4.7.

    Regoli ta’ trasliterazzjoni 49

    1.4.8.

    Kwalità tad-‘data’ 49

    1.4.9.

    Strutturi 49

    1.4.10.

    Arkivjar 49

    1.5.

    Staff 50

    1.5.1.

    Għarfien 50

    1.5.2.

    Reklutaġġ 50

    1.5.3.

    Taħriġ 50

    1.5.4.

    Skambju ta’ staff 50

    1.6.

    Infrastruttura teknika 50

    1.6.1.

    Skambju ta’ “Data” bejn Uffiċċji SIRENE 51

    1.7.

    Taħriġ f’servizzi oħra 51

    2.

    PROĊEDURI ĠENERALI 51

    2.1.

    Definizzjonijiet 51

    2.2.

    Twissijiet multipli (Artikolu 34(6) tar-Regolament SIS II u 49(6) tad-Deċiżjoni SIS II) 51

    2.2.1.

    Kompatibbiltà ta’ twissijiet u l-ordni ta’ prijorità 51

    2.2.2.

    Kontroll għal twissijiet multipli 53

    2.2.3.

    Dħul ta’ twissijiet multipli 54

    2.3.

    Skambju ta’ informazzjoni wara hit 55

    2.3.1.

    Komunikazzjoni ta’ informazzjoni ulterjuri 55

    2.4.

    Meta ma jkunux jistgħu jiġu segwiti l-proċeduri wara hit (Artikolu 48 tad-Deċiżjoni SIS II u Artikolu 33 tar-Regolament SIS II) 55

    2.5.

    L-ipproċessar ta’ data ħlief għall-fini li għalih tkun iddaħħlet fis-SIS II (Artikolu 46(5) tad-Deċiżjoni SIS II) 56

    2.6.

    Żieda ta’ bandiera (Artikoli 24 u 25 tad-Deċiżjoni SIS II) 56

    2.6.1.

    Konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri bil-għan li tiżdied bandiera 56

    2.6.2.

    Klawsola temporanja sa l-1.1.2009: Talba sistemtika għaż-żieda ta’ bandieri għal twissijiet dwar ċittadini ta’ Stat Membru 57

    2.7.

    Data misjuba li tkun legalment jew fattwalment skorretta (Artikolu 34 tar-Regolament SIS II u Artikolu 49 tad-Deċiżjoni SIS II) 57
    Skambju ta’ informazzjoni wara sejba ta’ fatti ġodda 57

    2.8.

    Id-dritt ta’ aċċess u rettifika ta’ data (Artikoli 41 tar-Regolament SIS II u 58 tad-Deċiżjoni SIS II) 57

    2.8.1.

    Talbiet għal aċċess għal jew rettifika ta’ ‘data’ 58

    2.8.2.

    Skambju ta’ informazzjoni fuq talbiet għal aċċess għal twissijiet maħruġin minn Stati Membri oħra 58

    2.8.3.

    Skambju ta’ informazzjoni għal rettifika jew tħassir ta’ “data” mdaħħla minn Stati Membri oħra 58

    2.9.

    Tħassir meta ma jibqgħux jitħarsu l-kundizzjonijiet għaż-żamma ta’ twissija 58

    2.10.

    Id-dħul ta’ ismijiet proprji 58

    2.11.

    Kategoriji differenti ta’ identità 59

    2.11.1.

    Identità użata ħażin (Artikolu 36 tar-Regolament SIS II u 51 tad-Deċiżjoni SIS II) 59

    2.11.2.

    Id-dħul ta’ isem fittzju 59

    2.11.3.

    Informazzjoni ulterjuri biex tkun stabbilita l-identità ta’ persuna 59

    2.12.

    Skambju ta’ informazzjoni f’każ ta’ twissijiet konnessi 60

    2.12.1.

    Regoli tekniċi 60

    2.12.2.

    Regoli ta’ tħaddim 60

    2.13.

    SIRPIT (SIRENE PIcture Transfer) u format u kwalità ta’ data bijometrika fis-SIS II 60

    2.13.1.

    Użu ulterjuri tad-data skambjata, inkluż l-arkivjar 60

    2.13.2.

    Rekwiżiti tekniċi 61

    2.13.3.

    Użu tal-formola L ta’ SIRENE 61

    2.13.4.

    Il-proċedura SIRPIT 61

    2.13.5.

    Format u kwalità ta’ “data” bijometrika 62

    2.14.

    Rwoli sovrapposti ta’ SIRENE u l-Interpol 62

    2.14.1.

    Prijorità ta’ twissijiet tas-SIS II fuq twissijiet ta’ l-Interpol 62

    2.14.2.

    L-għażla ta’mezz ta’ komunikazzjoni 62

    2.14.3.

    L-użu u t-tixrid ta’ diffużjonijiet ta’ l-Interpol fl-Istati ta’ Schengen 62

    2.14.4.

    “Hit” u tħassir ta’ Twissija 62

    2.14.5.

    Titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-NCBs ta’ l-Interpol 62

    2.14.6.

    Informazzjoni mibgħuta lil Stati terzi 63

    2.15.

    Relazzjonijiet ta’ SIRENE u l-Europol 63

    2.16.

    Relazzjonijiet ta’ SIRENE u l-Eurojust 63

    2.17.

    Tipi speċjali ta’ tiftix 63

    2.17.1.

    Tiftix immirat b’mod ġeografiku 63

    3.

    TWISSIJIET TA’ ARREST GĦAL FINIJIET TA’ KONSENJA JEW ESTRADIZZJONI (ARTIKOLU 26 TAD-DEĊIŻJONI SIS II) 63

    3.1.

    Id-dħul ta’ twissija 64

    3.2.

    Twissijiet Multipli 64
    Kompatibbiltà ta’ twissijiet ta’ arrest 64

    3.3.

    Identità użata ħażin 65

    3.4.

    Id-dħul ta’ isem fittizju 65

    3.5.

    Informazzjoni Supplimentari li għandha tintbagħat lil Stati Membri 65

    3.5.1.

    Informazzjoni Supplimentari li għandha tintbagħat dwar EAW 65

    3.5.2.

    Informazzjoni Supplimentari li għandha tintbagħat fir-rigward ta’ arrest provviżorju 66

    3.6.

    Żieda ta’ bandiera 66

    3.7.

    Azzjoni mill-Uffiċċju SIRENE mal-wasla ta’ twissija ta’ arrest 66

    3.8.

    L-iskambju ta’ informazzjoni wara hit 66

    4.

    TWISSIJIET TA’ ĊAĦDA TA’ DĦUL JEW WAQFIEN (ARTIKOLU 24 TAR-REGOLAMENT SIS II) 67

    4.1.

    Id-dħul ta’ twissija 67

    4.2.

    Twissijiet multipli 67
    Kompatibbiltà ta’ twissijiet ta’ ċaħda ta’ dħul jew waqfien 67

    4.3.

    Identità użata ħażin 67

    4.4.

    Id-dħul ta’ isem fittizju 67

    4.5.

    Skambju ta’ informazzjoni wara hit 68

    4.5.1.

    Skambju ta’ informazzjoni fil-ħruġ ta’ permessi ta’ residenza jew viżas 68

    4.5.2.

    Skambju ta’ informazzjoni meta jkun miċħud dħul jew issir tkeċċija minn territorju ta’ Schengen 69

    4.6.

    Skambju ta’ informazzjoni wara hit dwar ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun benefiċjarju tad-dritt Komunitarju tal-moviment ħieles 70

    4.7.

    Tħassir ta’ twissijiet imdaħħla għal ċittadini ta’ l-UE 70

    5.

    TWISSIJIET DWAR PERSUNI NEQSIN (ARTIKOLU 32 TAD-DEĊIŻJONI SIS II) 70

    5.1.

    Id-dħul ta’ twissija 71

    5.2.

    Twissijiet multipli 71
    Kompatibbiltà ta’ twissijiet dwar persuni nieqsa 71

    5.3.

    Identità użata ħażin 71

    5.4.

    Id-dħul ta’ isem fittizju 71

    5.5.

    Iż-żieda ta’ bandiera 71

    5.6.

    L-iskambju ta’ informazzjoni wara hit 71

    6.

    TWISSIJIET GĦAL PERSUNI MFITTXIJA GĦAL PROĊEDURA ĠUDIZZJARJA (ARTIKOLU 34 TAD-DEĊIŻJONI SIS II) 72

    6.1.

    Id-dħul ta’ twissija 72

    6.2.

    Twissijiet multipli 72
    Kompatibbiltà ta’ twissijiet għal proċedura ġudizzjarja 72

    6.3.

    Identità użata ħażin 72

    6.4.

    Id-dħul ta’ isem fittizju 73

    6.5.

    L-iskambju ta’ informazzjoni wara hit 73

    7.

    TWISSIJIET GĦAL KONTROLLI DISKRETI U SPEĊIFIĊI (ARTIKOLU 36 TAD-DEĊIŻJONI SIS II) 73

    7.1.

    Id-dħul ta’ twissija 73

    7.2.

    Twissijiet multipli 73
    Kompatibbiltà ta’ twissijiet għal kontrolli 74

    7.3.

    Identità użata ħażin 74

    7.4.

    Id-dħul ta’ isem fittizju 74

    7.5.

    Informazzjoni lil Stati Membri oħra meta jinħarġu twissijiet mitluba minn awtoritajiet responsabbli għas-sigurtà nazzjonali (Artikolu 36(3) tad-Deċiżjoni) 74

    7.6.

    Iż-żieda ta’ bandiera 74

    7.7.

    L-iskambju ta’ informazzjoni wara hit 74

    8.

    TWISSIJIET DWAR OĠĠETTI GĦAL QBID JEW UŻU BĦALA PROVA (ARTIKOLU 38 TAD-DEĊIŻJONI SIS II) 74

    8.1.

    Id-dħul ta’ twissija 75

    8.2.

    Twissijiet multipli 75
    Kompatibbiltà ta’ twissijieti ta’ qbid u użu bħala prova 75

    8.3.

    L-iskambju ta’ informazzjoni wara hit 75

    9.

    STATISTIKA 75

    10.

    REVIŻJONI TAL-MANWAL SIRENE U MIŻURI OĦRA TA’ IMPLIMENTAZZJONI 75

    DAĦLA

    L-Acquis ta’ Schengen

    Fl-14 ta’ Ġunju 1985, il-Gvernijiet tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju ta’ l-Olanda iffirmaw ftehim fSchengen, belt żgħira fil-Lussemburgu, bil-għan li “(…) iċ-ċittadini kollha ta’ l-Istati Membri jkunu jistgħu jaqsmu l-fruntieri interni b’mod ħieles (…)” u biex tkun tista’ ssir “ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti u s-servizzi”.

    Il-ħames pajjiżi fundaturi ffirmaw il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen (2) fid-19 ta’ Ġunju 1990, u wara ngħaqdu magħhom ir-Repubblika Taljana, fis-27 ta’ Novembru 1990, ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Portugiża fil-25 ta’ Ġunju 1991, ir-Repubblika Ellenika fis-6 ta’ Novembru 1992, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija fit-28 ta’ April 1995 u r-Renju tad-Danimarka, ir-Renju ta’ l-Iżvezja u r-Repubblika tal-Finlandja fid-19 ta’ Diċembru 1996.

    Ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda wkoll laħqu Ftehim ta’ Kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri fid-19 ta’ Diċembru 1996, biex ikunu jistgħu jingħaqdu f’din il-Konvenzjoni.

    Wara, mis-26 ta’ Marzu 1995, l-acquis ta’ Schengen kien applikat kollu fil-Belġju, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, l-Olanda, Spanja u l-Potugal (3). Mill-31 ta’ Marzu 1998, fl-Awstrija u fl-Italja (4); mis-26 ta’ Marzu 2000, fil-Ġreċja (5) u fl-aħħar, mill-25 ta’ Marzu 2001, l-acquis ta’ Schengen kien japplika kollu fin-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvezja, id-Danimarka u l-Finlandja (6).

    Ir-Renju Unit (UK) u l-Irlanda jieħdu parti biss f’xi dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen, skond id-Deċiżjonijiet 2000/365/KE u 2002/192/KE rispettivament.

    Fil-każ tar-Renju Unit, id-dispożizzjonijiet li r-Renju Unit xtaq li jieħu parti fihom (bl-eċċezzjoni tas-SIS) japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2005 (7).

    L-acquis ta’ Schengen kien inkorporat fil-qafas legali ta’ l-Unjoni Ewropea permezz tal-Protokolli mehmużin mat-Trattat ta’ Amsterdam (8) fl-1999. Fit-12 ta’ Mejju 1999 ġiet adottata Deċiżjoni tal-Kunsill li tiddetermina, b’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-dispożizzjonijiet jew id-deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta’ Schengen.

    Mill-1 ta’ Mejju 2004, l-acquis ta’ Schengen, kif integrat fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea bil-Protokoll mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Protokoll ta’ Schengen’), u l-atti li jibnu fuqu jew b’mod ieħor għandhom x’jaqsmu miegħu, jorbtu lir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka. Mill-1 ta’ Jannar 2007, dan japplika wkoll għar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija.

    Xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen japplikaw ma’ l-adeżjoni ta’ Stati ġodda ma’ l-UE. Dispożizzjonijiet oħra għandhom japplikaw biss f’dawn l-Istati Membri skond deċiżjoni tal-Kunsill għal dak il-fini. Fl-aħħarnett, il-Kunsill jieħu deċiżjoni fuq it-tneħħija ta’ kontrolli tal-fruntieri wara verifika li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-partijiet kollha ta’ l-acquis imsemmi jkunu tħarsu fl-Istati Membri msemmija, skond il-proċeduri ta’ valutazzjoni applikabbli ta’ Schengen u wara konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew.

    Fl-2004, il-Konfederazzjoni Żvizzera ffirmat ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea u mal-Komunità Ewropea dwar l-assoċjazzjoni tagħha ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (9), li għandu jinqara flimkien mad-Deċiżjoni 2004/860/KE.

    Is-Sistema ta’ Informazzjoni (SIS II) ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni

    Is-SIS II, stabbilita skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/533/JHA (11) (minn hawn ’il quddiem imsejħin b’mod konġunt bħala l-istrumenti legali tas-SIS II) tikkostitwixxi sistema komuni ta’ informazzjoni li tħalli lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jikkooperaw billi jiskambjaw informazzjoni, u hija għodda essenzjali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen kif integrat fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea. Tieħu post is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni li bdiet taħdem fl-1995 u kienet estiża fl-2005 u 2007.

    L-għan tagħha, kif stabbilit bl-Artikolu 1 tal-Atti legali msemmija hawn fuq, huwa “(…) li jkun żgurat livell għoli ta’ sigurtà fi ħdan żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea inklużi ż-żamma tas-sigurtà pubblika u l-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà fit-territorji ta’ l-Istati Membri, u li jkunu applikati d-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV ta’ Parti III tat-Trattat (KE) [minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘it-Trattat tal-KE’] relatati mal-moviment tal-persuni fit-territorji tagħhom, bl-użu ta’ informazzjoni komunikata permezz ta’ din is-sistema.”

    B’konformità ma’ l-imsemmija strumenti legali tas-SIS II, permezz ta’ proċedura ta’ konsultazzjoni awtomatizzata, is-SIS II għandha tipprovdi aċċess għal twissijiet dwar persuni u oġġetti lill-awtoritajiet li ġejjin:

    (a)

    awtoritajiet responsabbli minn kontrolli fuq fruntieri, skond ir-Regolament (KE) Nru 562/2006/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarja tar-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni bejn il-fruntieri (12);

    (b)

    awtoritajiet li jagħmlu u jikkoordinaw kontrolli oħra mill-Pulizija u tad-dwana ġewwa l-pajjiż;

    (ċ)

    awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali u l-awtoritajiet tagħhom ta’ koordinazzjoni;

    (d)

    awtoritajiet responsabbli mill-ħruġ ta’ viżas, l-awtoritajiet ċentrali responsabbli li jeżaminaw applikazzjonijiet għal viża, awtoritajiet responsabbli mill-ħruġ ta’ permessi ta’ residenza u mill-amministrazzjoni ta’ liġijiet fuq ċittadini ta’ pajjizi terzi fil-kuntest ta’ l-applikazzjoni ta’ l-acquis Komunitarju dwar il-moviment ta’ persuni;

    (e)

    awtoritajiet responsabbli mill-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi (skond ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13)).

    B’konformità mad-Deċiżjoni SIS II, l-Europol u l-Eurojust ukoll għandhom aċċess għal ċerti kategoriji ta’ twissijiet. Kemm l-Europol u l-Eurojust jista’ jkollhom data ta’ aċċess imdaħħla fis-SIS II skond l-Artikoli 26 (twissijiet ta’ arrest) u 38 (twissijiet għal qbid jew użu bħala prova). Barra minn dan, l-Europol jista’ wkoll ikollha data ta’ aċċess imdaħħla skond l-Artikolu 36 (twissijiet għal kontrolli diskreti jew speċifiċi); u l-Eurojust jista’ jkollha data ta’ aċċess imdaħħla skond l-Artikolu 32 (twissijiet dwar persuni nieqsa) u l-Artikolu 34 (twissijiet għal proċedura ġudizzjarja).

    Is-SIS II hija magħmula mill-komponenti li ġejjin:

    1.

    sistema ċentrali (“is-SIS II Ċentrali”) magħmula minn:

    2.

    funzjoni ta’ għajnuna teknika (“CS-SIS”) li jkollha database, “id-database SIS II”;

    3.

    interface nazzjonali uniformi (“NI-SIS”);

    4.

    sistema nazzjonali (“N.SIS II”) f’kull wieħed mill-Istati Membri, li tkun tikkonsisti minn sistemi nazzjonali ta’ data li jikkomunikaw mas-SIS II Ċentrali. N.SIS II jista’ jkollha fajl ta’ data (“kopja nazzjonali”), li jkollha kopja sħiħa jew parzjali tad-database SIS II;

    5.

    infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn is-CS-SIS u l-NI-SIS (“l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni”) li tipprovdi netwerk virtwali kriptat dedikat għal data tas-SIS II u għall-iskambju ta’ data bejn l-Uffiċċji SIRENE kif definit hawn taħt.

    Informazzjoni Supplimentari

    Is-SIS II għandha biss l-informazzjoni indispensabbli (i.e. data ta’ twissija) li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ persuna jew ta’ oġġett u ta’ l-azzjoni meħtieġa li jkollha tittieħed. Barra minn hekk, skond l-istrumenti legali tas-SIS II, Stati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni supplimentari li jkollha x’taqsam mat-twissija li tkun meħtieġa biex ikunu implimentati ċerti dispożiżżjonijiet previsti mill-istrumenti legali tas-SIS II, u biex is-SIS II tiffunzjona sewwa, fuq bażi bilaterali jew multilaterali.

    Din l-istruttura mibnija biex tieħu ħsieb l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari ingħatat l-isem ta’ “SIRENE”, li huwa akronimu tad-definizzjoni ta’ l-istruttura bl-Ingliż: Supplementary Information REquest at the National Entries (Talba għal Informazzjoni Supplimentari fil-Punti ta’ Dħul Nazzjonali).

    Skond l-istrumenti legali tas-SIS II, l-informazzjoni supplimentari għandha tkun skambjata fil-każijiet li ġejjin:

    (a)

    biex Stati Membri jitħallew jikkonsultaw jew jgħarrfu lil xulxin waqt li jkunu qed idaħħlu twissija (eż. meta jdaħħlu twissijiet ta’ arrest);

    (b)

    wara li jkun hemm hit, biex titħalla ssir l-azzjoni xierqa (eż. tqabbil ta’ twissija);

    (ċ)

    meta l-azzjoni mitluba ma tkunx tista’ tittieħed (eż. iż-żieda ta’ bandiera);

    (d)

    meta tkun qed titqies il-kwalità tad-data tas-SIS II (eż. meta d-data tkun iddaħħlet b’mod illegali jew tkun fattwalment skorretta);

    (e)

    meta jkunu qed jitqiesu l-kompatibbiltà u l-prijorità ta’ twissijiet (eż. meta wieħed ikun qed jara jekk hemmx twissijiet multipli);

    (f)

    meta jkun qed jitqies l-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess.

    1.   L-UFFIĊĊJI SIRENE U S-SIS II

    1.1.   L-Uffiċċju SIRENE

    Għandu jkun stabbilit “Uffiċċju SIRENE” nazzjonali minn kull Stat Membru skond l-Artikolu 7(2) ta’ l-istrumenti legali tas-SIS II. Dan għandu jservi bħala punt ta’ kuntatt waħdieni għall-Istati Membri għall-finijiet ta’ skambju ta’ informazzjoni supplimentari. Ix-xogħlijiet ewlenin tiegħu huma (14):

    1.

    li jiżgura li jkun hemm skambju ta’ l-informazzjoni supplimentari kollha skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Manwal SIRENE, kif imsemmi fl-Artikolu 8 ta’ l-istrumenti legali tas-SIS II;

    2.

    li jikkoordina l-verifika tal-kwalità ta’ l-informazzjoni mdaħħla fis-SIS II.

    Is-SIS II topera fuq il-prinċipju li s-sistemi nazzjonali ma jistgħux jiskambjaw data kompjuterizzata direttament bejnhom infushom, iżda minflok permezz biss tas-sistema ċentrali (CS-SIS).

    Iżda jeħtieġ li l-Istati Membri ta’ Schengen ikunu jistgħu jiskambjaw, fuq bażi bilaterali jew multilaterali, informazzjoni supplimentari meħtieġa biex ikunu implimentati ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti fl-istrumenti legali tas-SIS II biex is-SIS II taħdem sewwa.

    1.2.   Il-Manwal SIRENE

    Il-Manwal SIRENE huwa sett ta’ istruzzjonijiet għall-Uffiċċju SIRENE, li jiddeskrivi fid-dettall ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw l-iskambju bilaterali jew multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari. Jikkostitwixxi miżura ta’ implimentazzjoni meħtieġa għall-użu operazzjonali tas-SIS II kif stabbilit fl-istrumenti legali tas-SIS II.

    Regoli dettaljati għall-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari għandhom ikunu adottati skond il-proċedura definita fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament SIS II u l-Artikolu 67 tad-Deċiżjoni SIS II u fil-forma ta’ manwal imsejjaħ “Manwal SIRENE”.

    1.3.   Miżuri oħra ta’ implimentazzjoni

    Ċerti aspetti tas-SIS II, bħal regoli tekniċi dwar dħul ta’ data, inkluża data meħtieġa biex tiddaħħal twissija, data ta’ aġġornament, tħassir u tiftix, regoli fuq kompatibbiltà u prijorità ta’ twissijiet, iż-żieda ta’ bandieri, konnessjonijiet bejn twissijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari, ma jistgħux ikunu koperti b’mod eżawribbli mir-Regolament SIS II u mid-Deċiżjoni SIS II, minħabba n-natura teknika tagħhom, il-livell ta’ dettall u l-ħtieġa ta’ aġġornament regolari. Setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ dawn l-aspetti għandhom, għalhekk, ikunu delegati lill-Kummissjoni.

    Minħabba li ċerti regoli ta’ natura teknika għandhom effett dirett fuq ix-xogħol ta’ utenti aħħarin fl-Istati Membri, ikun jixraq li regoli bħal dawn ikunu inklużi fil-Manwal SIRENE. Għalhekk l-Annessi 1, 2, u 4 ta’ dan il-Manwal għandhom jistabbilixxu regoli dwar trasliterazzjoni, tabelli ta’ kodiċijiet u miżuri oħra ta’ implimentazzjoni għal ipproċessar ta’ data, rispettivament.

    1.4.   Standards

    L-istandards fundamentali li fuqhom hija msejsa l-kooperazzjoni permezz ta’ SIRENE għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    1.4.1.   Disponibbiltà

    Uffiċċju SIRENE nazzjonali għandu jkun jista’ jitħaddem kollu 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Provvista ta’ analiżi teknika, għajnuna u soluzzjonijiet għandhom ukoll ikunu jistgħu jinkisbu 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.

    1.4.2.   Kontinwità

    Kull Uffiċċju SIRENE għandu jibni struttura interna li tiggarantixxi l-kontinwità ta’ ġestjoni, staff u infrastruttura teknika.

    Il-kapijiet ta’ Uffiċċji SIRENE għandhom jiltaqgħu għall-anqas darbtejn fis-sena biex iqisu l-kwalità tal-kooperazzjoni bejn is-servizzi tagħhom, jiddiskutu miżuri tekniċi jew organizzattivi meħtieġa fil-każ ta’ diffikultajiet u biex jiċċaraw proċeduri fejn ikun meħtieġ.

    1.4.3.   Sigurtà

    Skond l-Artikolu 10(2) ta’ l-istrumenti legali tas-SIS II, fir-rigward ta’ l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari, Stati Membri huma obbligati li jieħdu miżuri ta’ sigurtà ekwivalenti għal dawk li jkollhom jittieħdu fir-rigward ta’ l-N.SIS II tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 10(1).

    Rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattika li jinsabu fil-Volum 2 tal-“Katalgu Schengen ta’ l-UE: Sistema ta’ Informazzjoni Schengen, SIRENE” għandhom, kemm jista’ jkun, ikunu riflessi fil-prattika.

    Is-sistema ta’ Uffiċċju SIRENE għandu jkollha kompjuter u sistema ta’ database ta’ riserva f’sit sekondarju f’każ ta’ emerġenza gravi fl-Uffiċċju SIRENE.

    Karatteristiċi ta’ sigurtà fiżika u organizzattiva huma meħtieġa biex iħarsu l-bini ta’ Uffiċċju SIRENE. Biex ikunu jitħarsu r-rekwiżiti ta’ sigurtà, kif imsemmi fl-istrumenti legali tas-SIS II, għandhom japplikaw rekwiżiti skond il-każ fir-rigward ta’ sigurtà ġewwa l-bini. Il-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn ir-rekwiżiti jistgħu jkunu differenti peress li jkollhom jadattaw kontra theddid fil-madwar immedjat u skond il-post eżatt ta’ l-Uffiċċju SIRENE. Għalhekk jistgħu jinkludu dan li ġej; iżda din il-lista mhix eżawribbli:

    twieqi esterni bi ħġieġ ta’ sigurtà;

    bibien siguri u magħluqin;

    ħitan li jagħlqu l-Uffiċċju SIRENE jkunu tal-brikks/konkrit;

    allarm kontra dħul, inkluża r-reġistrazzjoni ta’ dħul u ħruġ u kull ħaġa mhux tas-soltu;

    gwardjani tas-siġurtà fuq il-post jew disponibbli malajr;

    sistema ta’ tifi tan-nar u/jew konnessjoni diretta ma’ brigata ta’ tifi tan-nar;

    bini riżervat biex persuni li ma jkollhomx x’jaqsmu ma’ miżuri ta’ kooperazzjoni internazzjonali tal-pulizija jew li ma jkollhomx aċċess meħtieġ ma jitħallewx jidħlu jew jgħaddu mill-kmamar ta’ l-Uffiċċju SIRENE

    provvista biżżejjed ta’ enerġija ta’ riżerva;

    Il-miżuri speċifiċi li għandhom ikunu adottati fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 10(2) ta’ l-istrumenti legali tas-SIS II għandhom ikunu stabbiliti minn kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jagħmlu monitoraġġ ta’ l-effikaċja ta’ dawn il-miżuri ta’ sigurtà u jieħdu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati ma’ monitoraġġ intern, biex jiżguraw li jkun hemm konformità ma’ l-istrumenti legali tas-SIS II.

    1.4.4.   Konfidenzjalità

    Skond l-Artikolu 11 ta’ l-istrumenti legali tas-SIS II, regoli nazzjonali rilevanti ta’ segretezza professjonali jew obbligi ekwivalenti oħra ta’ konfidenzjalità għandhom japplikaw għall-istaff kollu ta’ SIRENE. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dawk in-nies iħallu l-uffiċċju jew l-impjieg.

    1.4.5.   Aċċessibilità

    Biex jitħares ir-rekwiżit ta’ l-għoti ta’ informazzjoni supplimentari, l-istaff ta’ SIRENE għandu jkollu aċċess dirett jew indirett għall-informazzjoni nazzjonali rilevanti u l-pariri esperti kollha.

    1.4.6.   Komunikazzjonijiet

    Skond l-Artikolu 4(1)(ċ) ta’ l-istrumenti legali tas-SIS II, l-Uffiċċju SIRENE għandu juża netwerk virtwali kriptat riżervat għal data tas-SIS II u għall-iskambju ta’ data bejn Uffiċċji SIRENE għall-komunikazzjoni tagħhom. F’każ biss li dan il-mezz ma jkunx disponibbli, ikun jista’ jintuża mezz ieħor sigur biżżejjed, u skond iċ-ċirkostanzi, l-aktar mezzi adatti ta’ komunikazzjoni. Il-ħila li jintgħażel il-mezz ifisser li l-għażla tkun stabbilita abbażi ta’ każ każ, skond il-possibbiltajiet tekniċi u r-rekwiżi ta’ sigurtà u kwalità li l-komunikazzjonijiet ikollhom jissodisfaw.

    Messaġġi bil-miktub għandhom jinqasmu f’żewġ kategoriji: test liberu u forom standard. Dawn ta’ l-aħħar għandhom ikunu formulati kif jidher fl-Anness 3.

    Biex tinkiseb l-aqwa effiċjenza f’komunikazzjoni bilaterali bejn l-istaff ta’ SIRENE, għandha tintuża lingwa familjari għaż-żewġ partijiet.

    L-Uffiċċju SIRENE għandu jwieġeb malajr kemm jista’ jkun għat-talbiet kollha għal informazzjoni magħmula minn Stati Membri oħra permezz ta’ l-Uffiċċji SIRENE tagħhom. F’kull każ għandha tingħata tweġiba fi żmien 12-il siegħa.

    Prijoritajiet fix-xogħol ta’ kuljum għandhom ikunu abbażi tal-kategorija ta’ twissija u l-importanza tal-każ.

    Barra minn dan, l-Uffiċċju SIRENE għandu juża posta elettronika riżervata u sigura għall-iskambju ta’ l-informazzjoni kollha li ma tkunx skambjata permezz ta’ formoli.

    1.4.7.   Regoli ta’ trasliterazzjoni

    Ir-regoli ta’ trasliterazzjoni stabbiliti fl-Anness 1 għandhom ikunu rispettati.

    1.4.8.   Kwalità tad-‘“data”

    Skond l-Artikolu 7(2) ta’ l-istrumenti legali tas-SIS II, l-Uffiċċji SIRENE għandhom jikkoordinaw il-verifika tal-kwalità ta’ l-informazzjoni mdaħħla fis-SIS II. L-Uffiċċju SIRENE għandu jkollhom il-kompetenza nazzjonali meħtieġa biex iwettqu dan l-irwol. Għalhekk għandu jkun hemm xorta adegwata ta’ verifika tal-kwalità ta’ data nazzjonali, inkluża reviżjoni tar-rata ta’ twissijiet/hits u tal-konenut tad-data.

    Biex kull Uffiċċju SIRENE jitħalla jwettaq l-irwol tiegħu ta’ koordinatur tal-verifika tal-kwalità tad-data, għandhom ikunu disponibbli għajnuna ta’ IT u drittijiet adatti fi ħdan is-sistemi.

    1.4.9.   Strutturi

    L-awtoritajiet nazzjonali kollha, inklużi l-Uffiċċji SIRENE, responsabbli mill-kooperazzjoni internazzjonali tal-pulizija għandhom ikunu organizzati b’mod strutturat biex ma jitħalliex ikun hemm konflitti ta’ poteri ma’ korpi oħra nazzjonali li jkunu qed iwettqu funzjonijiet simili u biex ma jitħalliex ikun hemm duplikazzjoni ta’ xogħol.

    1.4.10.   Arkivjar

    (a)

    Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kundizzjonijiet għal ħżin ta’ informazzjoni.

    (b)

    L-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li joħroġ it-twissija għandu jżomm l-informazzjoni kollha dwar it-twissijiet tiegħu stess disponibbli għall-Istati Membri l-oħra, inkluża referenza għad-deċiżjoni li tkun ikkawżat it-twissija.

    (ċ)

    L-arkivji ta’ kull Uffiċċju SIRENE għandhom iħallu jkun hemm aċċess malajr għall-informazzjoni rilevanti biex jitħarsu l-iskadenzi tassew qosra għal trażmissjoni ta’ informazzjoni.

    (d)

    Data personali miżmuma f’fajls fl-Uffiċċju SIRENE bħala riżultat ta’ skambju ta’ informazzjoni, għandha tinżamm biss saż-żmien meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet li għalihom tkun ingħatat. Bħala regola, din l-informazzjoni għandha titħassar mill-ewwel wara li t-twissija relatata tkun tħassret mis-SIS II, u f’kull każ mhux aktar tard minn sena wara. Iżda data li jkollha x’taqsam ma’ twissija partikulari li Stat Membru jkun ħareġ jew ma’ twissija li b’rabta magħha tkun ittieħdet azzjoni fit-territorju tiegħu tista’ tinħażen aktar fit-tul skond il-liġi nazzjonali.

    (e)

    Informazzjoni supplimentari mibgħuta minn Stati Membri oħra għandha tinħażen skond il-liġi nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data fl-Istat Membru reċipjenti. Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-istrumenti legali tas-SIS II, tad-Direttiva 95/46/Ketal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u tal-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill ta’ l-Ewropa (16) għandhom japplikaw.

    (f)

    Aċċess għal arkivji għandu jkun ikkontrollat u ristrett minn staff maħtur apposta.

    1.5.   Staff

    1.5.1.   Għarfien

    L-istaff ta’ l-Uffiċċju SIRENE għandu jkollu ħiliet lingwistiċi li jkopru firxa wiesgħa kemm jista’ jkun ta’ lingwi u membri ta’ l-istaff fuq xogħolhom għandhom ikunu jistgħu jikkomunikaw ma’ l-Uffiċċji SIRENE kollha.

    Huma għandu jkollhom l-għarfien neċessarju dwar:

    aspetti legali nazzjonali, Ewropej u internazzjonali;

    l-awtoritajiet ta’ l-infurzar tal-liġi nazzjonali tagħhom; u

    sistemi ta’ amministrazzjoni nazzjonali u Ewropej tal-ġudizzjarju u l-immigrazzjoni.

    Jeħtiġilhom ikollhom l-awtorità li jittratta b’mod indipendenti kull każ li jidħol.

    Operaturi fuq xogħolhom barra l-ħinijiet ta’ l-uffiċċju għandu jkollhom l-istess kompetenza, għarfien u awtorità u għandu jkun possibbli għalihom li jirreferu lil esperti disponibbli malli jissejħu.

    Fl-Uffiċċju SIRENE għandu jkun jista’ jinkiseb tagħrif legali espert biex jaqdi kemm każi normali kif ukoll eċċezzjonali. Skond ix-xorta tal-każ, dan jista’ jingħata minn kull membru ta’ l-istaff li jkollu l-isfond legali meħtieġ jew minn esperti minn awtoritajiet ġudizzjarji.

    1.5.2.   Reklutaġġ

    L-awtoritajiet responsabbli nazzjonali ta’ reklutaġġ għandhom iqisu l-ħiliet u l-għarfien imsemmija hawn fuq meta jirreklutaw staff ġdid u, għaldaqstant, għandhom jorganizzaw korsijiet jew sessjonijiet għall-impjegati kemm f’livell nazzjonali kif ukoll f’dak Ewropew.

    Livell għoli ta’ staff b’esperjenza iwassal għal forza tax-xogħol kapaċi tiffunzjona fuq inizjattiva tagħha nfisha u b’hekk tkun tista’ tieħu ħsieb każijiet b’mod effiċjenti. Għalhekk tkun ħaġa mixtieqa li l-bdil ta’ staff ikun baxx, u dan jeħtiġlu jkollu l-appoġġ inekwivoku tal-maniġment biex joħloq ambjent ta’ xogħol deċentralizzat.

    1.5.3.   Taħriġ

    Livell nazzjonali

    Fuq livell nazzjonali, taħriġ suffiċjenti jiżgura li l-istaff jissodisfa l-istandards meħtieġa kif stabbiliti f’dan il-manwal. Qabel ma jkun awtorizzat jipproċessa data maħżuna fis-SIS II, l-istaff għandu, b’mod partikulari, jieħu taħriġ xieraq dwar regoli ta’ sigurtà ta’ data u ta’ protezzjoni ta’ data u għandu jkun mgħarraf dwar reati u pieni kriminali rilevanti.

    Livell Ewropew

    Għandhom ikunu organizzati korsijiet ta’ taħriġ komuni mill-anqas darba fis-sena, biex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE billi jħallu staff jiltaqa’ ma’ kollegi minn Uffiċċji SIRENE oħra, jaqsmu informazzjoni fuq metodi nazzjonali ta’ xogħol u joħolqu livell ta’ għarfien konsistenti u ekwivalenti. Dan ikompli jagħmel lill-istaff konxju mill-importanza tax-xogħol tiegħu u mill-ħtieġa tas-solidarjetà reċiproka minħabba s-sigurtà komuni ta’ l-Istati Membri.

    1.5.4.   Skambju ta’ staff

    Kemm jista’ jkun possibbli, Uffiċċji SIRENE għandhom jaraw għal quddiem kif jistabbilixxu skambji ta’ staff ma’ Uffiċċji SIRENE oħra mill-anqas darba fis-sena. Dawn l-iskambji jkunu maħsubin biex jgħinu jtejbu l-għarfien ta’ l-istaff dwar metodi ta’ xogħol, juru kif Uffiċċji SIRENE oħra jkunu organizzati u jistabbilixxu kuntatti personali ma’ kollegi fi Stati Membri oħra.

    1.6.   Infrastruttura teknika

    Kull Uffiċċju SIRENE għandu jkollu sistema komputerizzata ta’ ġestjoni li tippermetti livell għoli ta’ awtomatizzazzjoni fil-ġestjoni tal-fluss ta’ xogħol ta’ kuljum.

    1.6.1.   “Skambju ta’ ‘Data’ bejn Uffiċċji SIRENE”

    L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE huma stabbiliti fi “Skambju ta’ Data bejn Uffiċċji SIRENE” (17).

    1.7.   Taħriġ f’servizzi oħra

    Uffiċċji SIRENE għandhom ikunu involuti fit-twaqqif ta’ standards nazzjonali għat-taħriġ ta’ utenti aħħarin dwar prinċipji u prattika tal-kwalità tad-data, kif ukoll fit-taħriġ ta’ l-awtoritajiet kollha li jdaħħlu twissijiet, waqt li jisħqu fuq il-kwalità tad-data, rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data u l-użu massimu tas-SIS II.

    2.   PROĊEDURI ĠENERALI

    Il-proċeduri deskritti hawn taħt huma applikabbli għall-kategoriji kollha ta’ twissijiet, u l-proċeduri speċifiċi għal kull kategorija ta’ twissija jinsabu fil-partijiet rilevanti ta’ dan il-Manwal.

    2.1.   Definizzjonijiet

    “Stat Membru emittenti”

    L-Istat Membru li daħħal it-twissija fis-SIS II;

    “Stat Membru eżekutant”

    Stat Membru li jeżekwixxi l-azzjoni li jkollha tittieħed wara li jkun hemm hit;

    “Hit”

    Meta utent aħħari jagħmel tfittxija fis-SIS II u jsib li teżisti twissija li tkun taqbel mad-dettalji mdaħħla, u jkun meħtieġ tittieħed azzjoni ulterjuri

    “Bandiera”

    Sospensjoni tal-validità li tista’ tiżdied ma’ twissijiet ta’ arrest, twissijiet dwar persuni nieqsa u twissijiet għal kontrolli, fejn Stat Membru jqis li jekk iġib fis-seħħ twissija dan ma jkunx kompatibbli mad-dritt nazzjonali tiegħu, ma’ l-obbligi internazzjonali tiegħu jew ma’ interessi nazzjonali essenzjali. Meta t-twissija tkun indikata, l-azzjoni mitluba li jkollha tittieħed abbażi tat-twissija m’għandhiex tittieħed fuq it-terrotorju ta’ dan l-Istat Membru.

    2.2.   Twissijiet multipli (Artikolu 34(6) tar-Regolament SIS II u 49(6) tad-Deċiżjoni SIS II)

    Jista’ jiġri kultant li jinħarġu diversi twissijiet minn pajjiżi differenti għall-istess suġġetti. Huwa essenzjali li dan ma joħloqx taħwid lil utenti aħħarin u li jkun ċar għalihom x’miżuri jkollhom jittieħdu meta jkunu jridu jdaħħlu twissija, u liema proċedura għandha tittieħed meta jkun hemm hit. Għalhekk għandhom ikunu stabbiliti proċeduri biex jinqabdu twissijiet multipli, bħal m’għandu jkun stabbilit mekkaniżmu ta’ prijorità biex dawn jiddaħħlu fis-SIS II.

    Dan jitlob li jkun hemm:

    Kontrolli qabel ma tiddaħħal twissija, biex ikun stabbilit jekk is-suġġett ikunx diġà fis-SIS II;

    Konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri l-oħra, meta d-dħul ta’ twissija jikkawża twissijiet multipli li jkunu inkompatibbli.

    2.2.1.   Kompatibbiltà ta’ twissijiet u l-ordni ta’ prijorità

    Twissija waħda biss għal kull Stat Membru tista’ tiddaħħal fis-SIS II għal kull persuna waħda jew oġġett wieħed.

    Għalhekk, kull meta jkun possibbli u meħtieġ, it-tieni twissija u oħrajn warajha dwar l-istess persuna jew oġġett għandhom jibqgħu disponibbli fuq livell nazzjonali biex ikunu jistgħu jiddaħħlu meta l-ewwel twissija tiskadi jew titħassar.

    Diversi Stati Membri jistgħu jdaħħlu twissija dwar l-istess persuna jew oġġett jekk is-twissijiet ikunu kompatibbli.

    Twissijiet ta’ arrest (Art. 26 tad-Deċiżjoni SIS II) huma kompatibbli ma’ twissijiet ta’ ċaħda ta’ dħul (Art. 24 tar-Regolament SIS II), ma’ twissijiet dwar persuni nieqsa (Art. 32 tad-Deċiżjoni SIS II) u ma’ twissijiet għal proċedura ġudizzjarja (Art. 34 tad-Deċiżjoni SIS II). M’humiex kompatibbli ma’ twissijiet għal kontrolli (Art. 36 tad-Deċiżjoni SIS II).

    Twissijiet ta’ ċaħda ta’ dħul huma kompatibbli ma’ twissijiet ta’ arrest. M’humiex kompatibbli ma’ twissijiet dwar persuni nieqsa, ma’ twissijiet għal kontrolli jew ma’ twissijiet għal proċedura ġudizzjarja.

    Twissijiet dwar persuni nieqsa huma kompatibbli ma’ twissijiet ta’ arrest u ma’ twissijiet għal proċedura ġudizzjarja. M’humiex kompatibbli ma’ twissijiet ta’ ċaħda ta’ dħul u ma’ twissijiet għal kontrolli.

    Twissijiet għal proċedura ġudizzjarja huma kompatibbli ma’ twissijiet ta’ arrest u ma’ twissijiet dwar persuni nieqsa. M’humiex kompatibbli ma’ twissijiet għal kontrolli jew ma’ twissijiet ta’ ċaħda ta’ dħul.

    Twissijiet għal kontrolli m’humiex kompatibbli ma’ twissijiet ta’ arrest, ma’ twissijiet ta’ ċaħda ta’ dħul, ma’ twissijiet dwar persuni nieqsa jew twissijiet għal proċedura ġudizzjarja.

    Fost twissijiet għal kontrolli, twissijiet maħruġin għal “kontrolli diskreti” huma inkompatibbli ma’ dawk għal “kontrolli speċifiċi”.

    Kategoriji differenti ta’ twissijiet dwar oġġetti m’humiex kompatibbli ma’ xulxin (ara t-tabella hawn taħt dwar il-kompatibbiltà).

    L-ordni ta’ prijorità għal twissijiet dwar persuni għandha tkun kif ġej:

    għal arrest għall-fini ta’ konsenja jew estradizzjoni (Artikolu 26 tad-Deċiżjoni SIS II);

    għal ċaħda ta’ dħul jew waqfien fit-territorju ta’ Schengen (Artikolu 24 tar-Regolament SIS II);

    għal għoti ta’ protezzjoni (Artikolu 32 tad-Deċiżjoni SIS II);

    għal kontrolli speċifiċi (Artikolu 36 tad-Deċiżjoni SIS II);

    għal kontrolli diskreti (Artikolu 36 tad-Deċiżjoni SIS II);

    għal komunikazzjoni dwar fejn jistgħu jinsabu persuni nieqsa (Artikoli 32 u 34 tad-Deċiżjoni).

    L-ordni ta’ prijorità għal twissijiet dwar oġġetti għandha tkun kif ġej:

    għal użu bħala prova (Artikolu 38 tad-Deċiżjoni);

    għal qbid (Artikolu 38 tad-Deċiżjoni);

    għal kontroll speċifiku (Artikolu 36 tad-Deċiżjoni);

    għal kontroll diskret (Artikolu 36 tad-Deċiżjoni);

    Tibdil f’din l-ordni ta’ prijorità jista’ jsir wara konsultazzjoni bejn l-Istati Membri jekk ikunu f’riskju interessi nazzjonali essenzjali.

    Tabella ta’ kompatibbiltà ta’ twissijiet dwar persuni

    Ordni ta’ importanza

    Twissija ta’ arrest

    Twissija ta’ ċaħda ta’ dħul

    Twissija dwar persuna nieqsa (protezzjoni)

    Twissija għal kontroll speċifiku

    Twissija għal kontroll diskret

    Twissija dwar persuna nieqsa (fejn tista’ tinstab)

    Twissija għal proċedura ġudizzjarja

    Twissija ta’ arrest

    iva

    iva

    iva

    le

    le

    iva

    iva

    Twissija ta’ ċaħda ta’ dħul

    iva

    iva

    le

    le

    le

    le

    le

    Twissija għal persuna nieqsa — protezzjoni

    iva

    le

    iva

    le

    le

    iva

    iva

    Twissija għal kontroll speċifiku

    le

    le

    le

    iva

    le

    le

    le

    Twissija għal kontroll diskret

    le

    le

    le

    le

    iva

    le

    le

    Twissija dwar persuna nieqsa — fejn tista’ tinstab

    iva

    le

    yes

    le

    le

    iva

    iva

    Twissija għal proċedura ġudizzjarja

    iva

    le

    iva

    le

    le

    iva

    iva


    Tabella ta’ kompatibbiltà għal twissijiet dwar oġġetti

    Ordni ta’ importanza

    Twissija għal użu bħala prova

    Twissija għal qbid

    Twissija għal kontroll speċifiku

    Twissija għal kontoll diskret

    Twissija għal użu bħala prova

    iva

    iva

    le

    le

    Twissija għal qbid

    iva

    iva

    le

    le

    Twissija għal kontroll speċifiku

    le

    le

    iva

    le

    Twissija għal kontroll diskret

    le

    le

    le

    iva

    2.2.2.   Kontroll għal twissijiet multipli

    Waqt li jkunu ttrattati twissijiet multipli potenzjali, wieħed għandu joqgħod attent li jiddistingwi b’mod korrett bejn persuni u oġġetti li jkollhom karatteristiċi simili. Għalhekk il-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni bejn L-Uffiċċji SIRENE huma essenzjali, u kull Stat Membru għandu jistabbilixxi proċeduri tekniċi adatti biex ikunu magħrufa każijiet bħal dawn qabel ma jsir dħul.

    Għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a)

    jekk l-ipproċessar ta’ talba biex tiddaħħal twissija ġdida juri li diġà jkun hemm persuna jew oġġett fis-SIS II bl-istess elementi ta’ deskrizzjoni ta’ identità, għandu jsir kontroll aktar dettaljat qabel ma tiddaħħal it-twissija l-ġdida;

    (b)

    f’każ ta’ twissijiet dwar persuni, jekk ikun meħtieġ, l-Uffiċċju SIRENE għandu jagħmel kuntatt ma’ l-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti biex jiċċara jekk it-twissija jkollhiex x’taqsam ma’ l-istess persuna (Formola E);

    (ċ)

    jekk il-kontroll juri li d-dettalji jkunu identiċi u jista’ jkollhom x’jaqsmu ma’ l-istess persuna jew oġġett, l-Uffiċċju SIRENE għandu japplika l-proċedura għad-dħul ta’ twissijiet multipli. Jekk ir-riżultat tal-kontroll ikun li d-dettalji jkollhom x’jaqsmu ma’ żewġ persuni jew oġġetti differenti, l-Uffiċċju SIRENE għandu japprova t-talba biex it-twissija l-ġdida tiddaħħal.

    L-elementi ta’ identità li ġejjin għandhom jitqabblu meta l-eżistenza ta’ twissijiet multipli dwar persuna tkun qed tiġi stabbilita:

    il-kunjom

    l-isem mogħti

    id-data tat-twelid

    sess

    in-numru tad-dokument ta’ l-identità nazzjonali

    l-ismijiet mogħtija u l-kunjom tal-ġenituri

    post tat-twelid

    marki tas-swaba

    ritratti.

    L-elementi ta’ identità li ġejjin għandhom jitqabblu meta l-eżistenza ta’ twissijiet multipli dwar vettura tkun qed tiġi stabbilita:

    in-numru VIN

    in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-pajjiż ta’ reġistrazzzjoni

    l-għamla

    it-tip.

    Jekk, meta tkun qed tiddaħħal twissija ġdida, jinstab li l-istess numru VIN u/jew in-numru tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni jkunu diġà jeżistu fis-SIS II, l-assunzjoni għandha tkun li jkun hemm twissijiet multipli potenzjali dwar l-istess vettura. Iżda dan il-metodu ta’ verifika huwa effettiv fejn l-elementi ta’ deskrizzjoni użati jkunu l-istess; għalhekk il-paragun ma jkunx dejjem possibbli.

    L-Uffiċċju SIRENE għandu jiġbed l-attenzjoni ta’ utenti nazzjonali għal problemi li jistgħu jinqalgħu fejn wieħed biss min-numri jkun tqabbel. Reazzjoni pożittiva ma jfissirx awtomatikament li jkun hemm hit; u reazzjoni negattiva ma ma jfissirx li ma jkunx hemm twissija dwar il-vettura.

    Għal oġġetti oħra, it-taqsimiet l-aktar adatti biex ikunu identifikati twissijiet multipli huma t-taqsimiet obbligatorji, li kollha kemm huma għandhom jintużaw għal paragun awtomatiku permezz tas-sistema.

    2.2.3.   Dħul ta’ twissijiet multipli

    Jekk talba għal twissija tkun f’konflitt ma’ twissija maħruġa mill-istess Stat Membru, l-Uffiċċju SIRENE nazzjonali għandu jiżgura li twissija waħda biss tkun teżisti fis-SIS II skond proċedura nazzjonali.

    Jekk it-twissijiet jinħarġu minn Stati Membri differenti, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a)

    Jekk it-twissijiet ikunu kompatibbli, l-Uffiċċju SIRENE ma jkunx jeħtiġlu jikkonsulta;

    (b)

    Jekk it-twissijiet ma jkunux kompatibbli, jew jekk ikun hemm xi dubju dwar il-kompatibbiltà tagħhom, l-Uffiċċji SIRENE għandhom jikkonsultaw lil xulxin billi jużaw il-formola E biex fl-aħħar mill-aħħar tiddaħħal biss twissija waħda.

    (ċ)

    Twissijiet ta’ arrest għandhom jiddaħħlu mill-ewwel mingħajr ma wieħed joqgħod jistenna r-riżultat ta’ xi konsultazzjoni ma’ Stati Membri oħra.

    (d)

    Jekk twissija li tkun inkompatibbli ma’ twissijiet eżistenti tingħata prijorità bħala r-riżultat ta’ konsultazzjoni, l-Istat Membri li jkunu daħħlu s-twissijiet l-oħra għandhom iħassruhom meta tkun iddaħħlet it-twissija l-ġdida. Kull tilwima għandha tkun irranġata minn Stati Membri permezz ta’ l-Uffiċċji SIRENE. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq ftehim abbażi tal-lista stabbilita ta’ prijoritajiet, it-twissija l-aktar antika għandha titħalla fis-SIS II.

    (e)

    Stati Membri li ma kinux jistgħu jdaħħlu twissija jistgħu jissottoskrivu biex ikunu notifikati mis-CS-SIS dwar it-tħassir tat-twissija.

    (f)

    L-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li ma setax idaħħal it-twissija jista’ jitlob lill-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija biex jgħarrfu dwar hit għal din it-twissija.

    2.3.   Skambju ta’ informazzjoni wara hit

    Ikun hemm “hit” meta utent aħħari jagħmel tfittxija fis-SIS II u jsib li teżisti twissija li taqbel mad-dettalji mdaħħla u jkun jeħtieġ tittieħed azzjoni ulterjuri.

    Jekk l-utent aħħari jkun jeħtieġlu informazzjoni supplimentari wara hit, l-Uffiċċju SIRENE għandu jagħmel kuntatt ma’ l-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti malajr kemm jista’ jkun u jitlob l-informazzjoni meħtieġa. Skond il-każ, Uffiċċji SIRENE għandhom jagħmluha ta’ medjaturi bejn l-awtoritajiet nazzjonali u għandhom jagħtu u jiskambjaw informazzjoni supplimentari rilevanti għat-twissija msemmija.

    Jekk ma jkunx ingħad mod ieħor, l-Istat Membru emittenti għandu jkun mgħarraf bil-hit u bir-riżultat tagħha.

    Għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a)

    Bla ħsara għas-sezzjoni 2.4 ta’ dan il-Manwal, “hit” dwar individwu jew oġġett li għalihom tkun inħarġet twissija, għandha, bħala prinċipju, tkun ikkomunikata lill-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti billi tintuża l-formola G.

    Meta l-Istat Membru emittenti jkun notifikat b’hit, l-artikolu applikabbli ta’ l-istrumenti legali tas-SIS II għandhom ikunu indikati fl-intestatura 090 tal-formola G.

    Jekk ikun meħtieġ, l-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti għandu mbagħad jibgħat kull informazzjoni rilevanti u speċifika u jindika kull miżura partikulari li jkollha tittieħed mill-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li jkun qabbel it-twissija.

    Jekk il-hit tkun dwar persuna li tkun is-suġġett ta’ twissija ta’ arrest, l-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li jkun qabbel it-twissija għandu, skond il-każ, jgħarraf lill-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti bil-hit permezz tat-telefon wara li jibgħat formola G.

    (b)

    L-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istati Membri li jkunu ħarġu twissijiet ta’ ċaħda ta’ dħul m’għandhomx neċessarjament ikunu mgħarrfa b’kull hit li normalment ikun hemm, iżda jistgħu jkunu mgħarrfa f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Formola G tista’ f’kull każ tintbagħat jekk, pereżempju, tkun tenħtieġ informazzjoni supplimentari. Formola G għandha dejjem tintbagħat meta jkun hemm hit dwar persuna li tkun qed tibbenefika mid-dritt Komunitarju tal-moviment ħieles.

    2.3.1.   Komunikazzjoni ta’ informazzjoni ulterjuri

    L-iskambju ta’ informazzjoni skond l-istrumenti legali tas-SIS II għandu jkun bla ħsara għall-ħidmiet fdati lill-Uffiċċji SIRENE skond il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw strumenti legali oħra ta’ l-Unjoni Ewropea, b’mod partikulari fl-applikazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/JHA (18) jew, jekk din l-informazzjoni taqa’ fl-ambitu ta’ l-assistenza legali reċiproka.

    2.4.   Meta ma jkunux jistgħu jiġu segwiti l-proċeduri wara hit (Artikolu 48 tad-Deċiżjoni SIS II u Artikolu 33 tar-Regolament SIS II)

    B’konformità ma’ l-Artikolu tad-Deċiżjoni SIS II u ma’ l-Artikolu 33 tar-Regolament SIS II, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a)

    L-Istat Membru li ma jkunx jista’ jsegwi l-proċedura għandu minnufih jgħarraf lill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija permezz ta’ l-Uffiċċju SIRENE tiegħu li huwa ma jkunx jista’ jwettaq l-azzjoni mitluba, u jagħti r-raġunijiet tiegħu billi juża l-formola H.

    (b)

    L-Istati Membri interessati jistgħu mbagħad jaqblu dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed skond il-liġijiet nazzjonali tagħhom infushom u d-dispożizzjonijiet ta’ l-istrumenti legali tas-SIS II.

    2.5.   L-ipproċessar ta’ data ħlief għall-fini li għalih tkun iddaħħlet fis-SIS II (Artikolu 46(5) tad-Deċiżjoni SIS II)

    Id-data li tinsab fis-SIS II tista’ tkun ipproċessata biss għall-finijiet stabbiliti għal kull kategorija ta’ twissija.

    Iżda jekk tkun inkisbet awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru emittenti, id-data tista’ tkun ipproċessata għal skop barra minn dak li għalih tkun iddaħħlet, biex ma jitħalliex ikun hemm theddida gravi imminenti għall-ordni u s-sigurtà pubblika, għal raġunijiet gravi ta’ sigurtà nazzjonali jew għall-finijiet li ma jħallux issir offiża kriminali gravi.

    Jekk Stat Membru jkun irid jipproċessa data fis-SIS II għal fini barra minn dak li għalih tkun iddaħħlet, l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jsir skond ir-regoli li ġejjin:

    (a)

    Permezz ta’ l-Uffiċċju SIRENE tiegħu, l-Istat Membru li jkun irid juża d-data għal skop differenti għandu jfisser lill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija ir-raġunijiet għaliex id-data għandha tkun ipproċessata għal skop ieħor, billi juzża l-formola I.

    (b)

    Malajr kemm jista’ jkun, l-Istat Membru emittenti għandu jara jekk din ix-xewqa tkunx tista’ tintlaqa’ u għandu jgħarraf lill-Istat Membru l-ieħor, permezz ta’ l-Uffiċċju SIRENE tiegħu, bid-deċiżjoni tiegħu.

    (ċ)

    Jekk ikun jeħtieġ, l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija jista’ jagħti awtorizzazzjoni suġġetta għal ċerti kundizzjonijiet dwar kif id-data għandha tintuża.

    Malli l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija jaqbel, l-Istat Membru l-ieħor għandu juża d-data biss għar-raġuni li għaliha jkun talab u kiseb awtorizzazzjoni. Għandu jqis kull kundizzjoni stabbilita mill-Istat Membru emittenti.

    2.6.   Żieda ta’ bandiera (Artikoli 24 u 25 tad-Deċiżjoni SIS II)

    Fuq talba ta’ Stat Membru ieħor iż-żieda ta’ bandiera

    L-Artikoli 24 u 25 tad-Deċiżjoni SIS II jippermettu lil Stat Membru li jirrifjuta li jwettaq fuq it-territorju tiegħu azzjoni mitluba f’kull żmien billi jitlob li tiżdied bandiera għat-twissijiet ta’ arrest (Artikolu 26 Deċ), twissijiet għal persuni nieqsa (Artikolu 32 Deċ) u twissijiet għal kontrolli diskreti jew speċifiċi (Artikolu 36 Deċ) meta jqis li t-tqegħid fis-seħħ tat-twissija jkun inkompatibbli mad-dritt nazzjonali tiegħu, ma’ l-obbligi internazzjonali tiegħu jew ma’ interessi nazzjonali essenzjali. Ir-raġunijiet għat-talba għandhom jingħataw fl-istess waqt.

    Proċedura alternattiva teżisti biss għal twissijiet ta’ arrest. Kull Stat Membru għandu jaqbad malajr kemm jista’ jkun it-twissijiet li x’aktarx ikun jeħtiġilhom bandiera.

    Jekk iċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 24(1) jew 25 tad-Deċiżjoni tas-SIS II ma jkunux jeżistu aktar, l-Istat Membru li jkun talab il-bandiera għandu jitlob malajr kemm jista’ jkun li l-bandiera tkun revokata.

    2.6.1.   Konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri bil-għan li tiżdied bandiera

    Għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a)

    Jekk Stat Membru ikun jeħtiġlu li tiżdied bandiera, huwa għandu jitlob il-bandiera mingħand l-Istat Membru emittenti billi juża l-formola F, u jagħti r-raġuni għall-ħtieġa tal-bandiera.

    (b)

    L-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija għandu jżid il-bandiera mitluba immedjatament.

    (ċ)

    Malli l-informazzjoni tkun skambjata, abbażi ta’ l-informazzjoni mogħtija matul il-proċess ta’ konsultazzjoni mill-Istat Membru li jkun talab il-bandiera, it-twissija jista’ jkun jeħtiġilha li tinbidel, titħassar jew li t-talba tkun tista’ tiġi rtirata.

    2.6.2.   Klawsola temporanja sa l-1 ta' Jannar 2009: Talba sistemtika għaż-żieda ta’ bandieri għal twissijiet dwar ċittadini ta’ Stat Membru

    Ġiet adottata din il-proċedura:

    (a)

    Stat Membru jista’ jitlob lill-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru l-ieħor biex iżid bandiera bħala ħaġa normali għal twissijiet ta’ arrest maħruġa fuq ċittadini tiegħu.

    (b)

    Kull Stat Membru li jkun jixtieq jagħmel dan għandu jibgħat talba bil-miktub lill-Istat Membru, li jkun jixtieq li jikkoopera miegħu.

    (ċ)

    Kull Stat Membru li lilu tkun indirizzata talba bħal din għandu jżid bandiera għall-Istat Membru interessat immedjatament wara li t-twissija tinħareġ.

    (d)

    Din il-proċedura għandha tissokta tibqa’ torbot sakemm tingħata istruzzjoni bil-miktub biex din tkun ikkanċellata.

    2.7.   Data misjuba li tkun legalment jew fattwalment skorretta (Artikolu 34 tar-Regolament SIS II u Artikolu 49 tad-Deċiżjoni SIS II)

    Jekk data tinstab li tkun skorretta fattwalment jew li tkun inħażnet illegalment fis-SIS II, allura l-iskambju ta’ informazzjzoni supplimentari għandu jsir skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament SIS II u fl-Artikolu 49(2) tad-Deċiżjoni SIS II, li jgħidu li l-Istati Membri biss li jkunu ħarġu t-twissija jistgħu jimmodifikaw, iżidu, jikkoreġu, jaġġornaw jew iħassru data.

    L-Istat Membru li jkun sab li data jkollha żball jew li kienet inħażnet illegalment għandu jgħrraf lill-Istat Membru emittenti permezz ta’ l-Uffiċċju SIRENE tiegħu ma’ l-ewwel opportunità u mhux aktar tard minn għaxart ijiem kalendarji wara l-prova li turi li l-iżball kien ġie għall-attenzjoni tiegħu. L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jsir billi tintuża l-formola J.

    (a)

    Wara r-riżultat tal-konsultazzjonijiet, l-Istat Membru emittenti jista’ jkollu jħassar jew jikkoreġi d-data, skond il-proċeduri nazzjonali tiegħu għall-korrezzjoni tal-ħaġa msemmija;

    (b)

    Jekk ma jkunx hemm qbil fi żmien xagħrejn, l-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li jkun sab l-iżball jew li d-data kienet inħażnet illegalment għandu javża lill-awtorità responsabbli fil-pajjiż tiegħu stess biex din tgħaddi l-każ lill-Garanti Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data, li għandu, flimkien ma’ l-awtoritajiet nazzjonali interessati ta’ garanzija, jagħmilha ta’ medjatur.

    Skambju ta’ informazzjoni wara sejba ta’ fatti ġodda

    Biex ikunu żgurati l-kwalità tad-data u li l-ipproċessar tad-data jkun skond il-liġi, jekk fatt ġdid li jkollu x’jaqsam ma’ twissija jsir jaf bih Uffiċċju SIRENE li ma jkunx l-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti, dan għandu jikkomunika din l-informazzjoni malajr kemm jista’ jkun lill-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti bl-użu tal-formola J. Dan jista’ jiġri, pereżempju, meta ċittadin ta’ pajjiż terz li għalih tkun inħarġet twissija ta’ ċaħda ta’ dħul jew waqfien, isir benefiċjarju tad-dritt Komunitarju tal-moviment ħieles wara li tkun inħarġet it-twissija.

    2.8.   Id-dritt ta’ aċċess u rettifika ta’ data (Artikoli 41 tar-Regolament SIS II u 58 tad-Deċiżjoni SIS II) (19)

    Id-dritt ta’ persuni li jkollhom aċċess għal data, li jkollha x’taqsam magħhom u li tkun iddaħħlet fis-SIS II skond l-istrumenti legali tas-SIS II, għandu jkun eżerċitat skond il-liġi ta’ l-Istat Membru li quddiemu jinvokaw dak id-dritt.

    L-individwu interessat għandu jkun mgħarraf malajr kemm jista’ jkun u f’kull każ fi żmien 60 jum kalendarju mid-data li fiha huwa/hija jkunu applikaw għal aċċess, jew qabel jekk il-liġi nazzjonali jgħidu hekk.

    Stat Membru, li ma jkunx ħareġ it-twissija, jista’ jikkomunika informazzjoni lill-persuna interessata biss jekk qabel ikun ta lill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija opportunità li jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu.

    Kull persuna għandha d-dritt li data fattwalment skorretta relatata magħha tkun ikkoreġuta jew li data maħżuna illegalment relatata magħha titħassar.

    L-individwu għandu jkun mgħarraf x’ikun ġara wara l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet malajr kemm jista’ jkun u f’kull każ mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data ta’ l-applikazzjoni oriġinali tiegħu jew tagħha. L-individwu għandu jkun mgħarraf aktar malajr jekk il-liġi nazzjonali jipprovdi għal hekk.

    2.8.1.   Talbiet għal aċċess għal jew rettifika ta’ “data”

    Bla ħsara għal-liġi nazzjonali, jekk l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu mgħarrfa dwar talba għal aċċess jew rettifika ta’ data, allura l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jsir skond ir-regoli li ġejjin:

    (a)

    Kull Uffiċċju SIRENE japplika l-liġijiet nazzjonali tiegħu fuq id-dritt ta’ aċċess għal data personali. Jekk l-Uffiċċji SIRENE għandhomx jgħaddu kull talba li jirċievu għal aċċess għal jew rettifika ta’ data lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew jiddeċiedu fuq dawn it-talbiet skond il-limiti tal-mandat tagħhom jiddependi miċ-ċirkostanzi tal-każ u jekk dan ikunx skond il-liġijiet applikabbli.

    (b)

    Jekk l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli hekk jitolbu, l-Uffiċċji SIRENE ta’ l-Istati Membri interessati għandhom, b’konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, għandhom jgħaddulhom informazzjoni dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess għal data.

    2.8.2.   Skambju ta’ informazzjoni fuq talbiet għal aċċess għal twissijiet maħruġin minn Stati Membri oħra

    Kemm jista’ jkun, informazzjoni fuq talbiet għal aċċess għal twissijiet imdaħħlin fis-SIS II minn Stat Membru ieħor għandhom ikunu skambjati permezz ta’ l-Uffiċċju SIRENE nazzjonali bl-użu tal-formola K.

    Għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a)

    It-talba għal aċċess għandha tintbagħat lill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija malajr kemm jista’ jkun biex huwa jkun jista’ jieħu pożizzjoni dwar il-kwistjoni.

    (b)

    L-Istat Membru emittenti għandu jgħarraf lill-Istat Membru li jkun irċieva t-talba dwar il-pożizzjoni tiegħu.

    (ċ)

    Huwa għandu jqis kull skadenza għall-ipproċessar tat-talba li tkun ġiet iffissata mill-Istat Membru li jkun irċieva t-talba għal aċċess.

    Jekk l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija jibgħat jgħarraf bil-pożizzjoni tiegħu lill-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li jkun irċieva t-talba għal aċċess, l-Uffiċċju SIRENE, skond il-liġijiet nazzjonali u skond il-limiti tal-mandat tiegħu, għandu jiddeċiedi fuq it-talba jew għandu jiżgura li l-pożizzjoni tintbagħat malajr kemm jista’ jkun lill-awtorità responsabbli għal deċiżjoni dwar it-talba.

    2.8.3.   Skambju ta’ informazzjoni għal rettifika jew tħassir ta’ “data” mdaħħla minn Stati Membri oħra

    Meta persuna titlob biex id-data tiegħu jew tagħha tkun irrettifikata jew imħassra, dan jista’ jsir biss mill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija. Jekk il-persuna tindirizza Stat Membru ħlief lil dak li jkun ħareġ it-twissija, l-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru mitlub għandu jgħarraf lill-persuna dwar il-ħtieġa li din jagħmel kuntatt ma’ l-Istat Membru emittenti u jagħti lilu jew lilha id-dettalji ta’ kuntatt ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru emittenti.

    2.9.   Tħassir meta ma jibqgħux jitħarsu l-kundizzjonijiet għaż-żamma ta’ twissija

    Twissijiet imdaħħla fis-SIS II għandhom jinżammu għaż-żmien meħtieġ biex ikunu sodisfatti l-finijiet li għalihom ikunu ngħataw.

    Bl-esklużjoni tal-każijiet ta’ wara hit, twissija għandha titħassar awtomatikament mis-CS-SIS (malli d-data ta’ l-iskadenza tgħaddi) jew b’mod dirett mis-servizz li jkun daħħal it-twissija fis-SIS II (malli l-kundizzjonijiet biex it-twissija tinżamm ma jkunux għadhom japplikaw).

    Fiż-żewġ każijiet il-messaġġ ta’ tħassir mis-CS-SIS għandu jkun ipproċessat awtomatikament mill-N.SIS II.

    Stati Membri għandhom il-possibbiltà li jissottoskrivu għal notifika awtomatika ta’ tħassir ta’ twissija maħruġa minn Stat Membru ieħor.

    2.10.   Id-dħul ta’ ismijiet proprji

    Fil-limiti imposti minn sistemi nazzjonali għad-dħul ta’ data, ismijiet proprji (ismijiet u kunjomijiet) għandhom jiddaħħlu fis-SIS II f’format (test u ortografija) li jkun jixbah kemm jista’ jkun lill-format użat f’dokumenti uffiċjali ta’ identità. Stati Mebri għandhom jużaw, bħala regola ġenerali, karattri Latini għad-dħul ta’ data fis-SIS II, bla ħsara għar-regoli ta’ trasliterazzjoni u traskrizzjoni stabbiliti fl-Anness 1.

    2.11.   Kategoriji differenti ta’ identità

    Identità konfermata (identità stabbilita)

    Identità konfermata (identità stabbilita) tfisser li l-identità kienet ikkonfermata abbażi ta’ dokumenti ġenwini ta’ ID, permezz ta’ passport jew b’dikjarazzjoni minn awtoritajiet kompetenti.

    Identità mhux konfermata

    Identità mhux konfermata tfisser li ma jkunx hemm prova biżżejjed ta’ l-identità.

    Identità użata ħażin

    Ikun hemm identità użata ħażin (kunjom, isem, data tat-twelid) jekk persuna tuża l-identità ta’ persuna oħra vera. Dan jista’ jiġri, pereżempju, meta dokument jintuża b’dannu tas-sid veru.

    Isem fittizju

    Isem fittizju tfisser identità preżunta użata minn persuna magħrufa b’identitajiet oħra.

    2.11.1.   Identità użata ħażin (Artikolu 36 tar-Regolament SIS II u 51 tad-Deċiżjoni SIS II)

    Jekk il-persuna tagħti l-kunsens tagħha, malli jkun ċar li l-identità tal-persuna tkun ġiet użata ħażin, għandha tiżdied data addizzjonali mas-twissija fis-SIS II biex ikunu evitati konsegwenzi negattivi ta’ identifikazzjoni ħażina. Il-persuna li l-identità tiegħu tkun ġiet użata ħażin tista’, skond proċeduri nazzjonali, tagħti lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 36(3) tar-Regolament SIS II u l-Artikolu 51(3) tad-Deċiżjoni SIS II. Kull persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin ikollha d-dritt li tirtira l-kunsens tagħha biex l-informazzjoni tkun ipproċessata.

    Meta Stat Membru isib li twissija dwar persuna maħruġa minn Stat Membru ieħor ikollha x’taqsam ma’ każ ta’ identità użata ħażin, huwa għandu, għalhekk, jgħarraf lill-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti, bl-użu tal-formola Q, biex id-data tkun tista’ tiżdied mat-twissija SIS II.

    Id-data tal-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin tista’ tkun disponibbli bil-għan li tkun stabbilita l-identità tal-persuna li tkun qed tiġi eżaminata u m’għandha bl-ebda mod tkun użata għal xi skop ieħor. Informazzjoni dwar identità użata ħażin għandha titħassar fl-istess żmien tat-twissija jew qabel jekk il-persuna interestata titlob dan.

    Meqjus l-għan għad-dħul ta’ data ta’ din ix-xorta, ir-ritratti u l-marki tas-swaba’ tal-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin għandhom jiżdiedu fit-twissija. Fuq il-formola Q, in-numru biss ta’ Schengen jirreferi għad-data tal-persuna mfittxija permezz tat-twissija SIS II. L-informazzjoni fl-intestatura 052 (id-data li fiha jkun inħareġ id-dokument) hija obbligatorja.

    Barra minn dan, malli jsir jaf li persuna li dwarha tkun teżisti twissija SIS II tkun qed tuża ħażin l-identità ta’ ħaddieħor, l-Istat Membru emittenti għandu jara jekk ikunx meħtieġ li tibqa’ tinżamm l-identità użata ħażin fit-twissija SIS II (biex isib il-persuna mfittxija).

    2.11.2.   Id-dħul ta’ isem fittzju

    Biex il-kwalità ta’ data suffiċjenti tkun żgurata, Stati Membri għandhom, kemm jista’ jkun, jgħarrfu lil xulxin dwar ismijiet fittizji u jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-identità vera tas-suġġett imfittex.

    L-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija għandu jkun responsabbli biex iżid kull isem fittizju ieħor. Jekk Stat Membru ieħor jiskopri isem fittizju, huma għandu jgħaddi l-kwistjoni lill-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija.

    Fil-każ ta’ twissijiet ta’ arrest, l-Istat Membru li jżid l-isem fittizju jista’ jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra dwar dan billi juża l-formola M.

    2.11.3.   Informazzjoni ulterjuri biex tkun stabbilita l-identità ta’ persuna

    L-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti jista’ wkoll, jekk id-data fis-SIS II ma tkunx biżżejjed, jagħti aktar informazzjoni wara konsultazzjoni, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ Stat Membru ieħor, biex jgħin tkun stabbilita l-identità ta’ persuna. Il-formola L għandha tintuża għal dan il-għan. Din l-informazzjoni għandha, b’mod partikulari, tkopri dan li ġej:

    l-oriġini tal-passaport jew tad-dokument ta’ identità fil-pussess tal-persuna mfittxija;

    in-numru ta’ referenza tal-passaport jew tad-dokument ta’ identità, id-data tal-ħruġ, post u awtorità, kif ukoll id-data ta’ skadenza;

    deskrizzjoni tal-persuna mfittxija;

    il-kunjom u l-isem mogħti ta’ l-omm u tal-missier tal-persuna mfittxija;

    l-aħħar indirizz magħruf.

    Kemm jista’ jkun, din l-informazzjoni għandha tkun tista’ tinkiseb mill-Uffiċċji SIRENE, jew tkun b’mod immedjat u permanenti aċċessibbli għalihom għal trażmissjoni malajr.

    L-għan komuni għandu jkun li jitnaqqas ir-riskju li b’mod ħażin tinżamm persuna li d-dettalji ta’ l-identità tagħha jkunu jixbħu lil dawk tal-persuna li dwarha tkun inħarġet twissija.

    2.12.   Skambju ta’ informazzjoni f’każ ta’ twissijiet konnessi

    L-Artikolu 37 tar-Regolament SIS II u l-Artikolu 52 tad-Deċiżjoni SIS II jagħtu lil Stati Membri l-possibbiltà li joħolqu konnessjonijiet bejn twissijiet differenti, skond il-liġijiet nazzjonali tagħhom, bil-għan li jiżvelaw relazzjonijiet bejn persuni u oġġetti mdaħħlin fis-SIS II. Konnessjonijiet bħal dawn għandhom jinħolqu biss meta jkun hemm ħtieġa operazzjonali ċara.

    2.12.1.   Regoli tekniċi

    Kull konnessjoni tippermetti li tkun stabbilita relazzjoni bejn mill-anqas żewġ twissijiet.

    Stat Membru jista’ joħloq konnessjoni bejn twissijiet li huwa jdaħħal fis-SIS II u huwa dan l-Istat Membru biss li jista’ jimmodifika u jħassar il-konnessjoni. Konnessjonijiet ikunu viżibbli biss għal utenti meta mill-anqas żewġ twissijiet fil-konnessjoni jkunu viżibbli għalihom. Stati Membri għandhom jiżguraw li għal konnessjonijiet ikun possibbli biss aċċess awtorizzat.

    2.12.2.   Regoli ta’ tħaddim

    Konnessjonijiet bejn twissijiet ma jeħtiġux proċeduri speċjali għall-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari. Iżda għandhom jitħarsu l-prinċipji li ġejjin:

    F’każ ta’ hit fuq żewġ twissijiet jew aktar konnessi ma’ xulxin, l-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru eżekutant għandu jibgħat formola G għal kull waħda minnhom.

    M’għandhomx jintbagħtu formoli dwar twissijiet li, għalkemm ikollhom konnessjoni ma’ twissijiet li dwarhom ikun hemm hit, ma jkunux rispettivament l-oġġett tal-hit. Din ir-regola m’għandhiex tapplika fil-każ meta twissija konnessa li għaliha ma jkunx hemm hit tkun twissija ta’ arrest jew għal persuna nieqsa (protezzjoni). F’dan il-każ il-komunikazzjoni tas-sejba tat-twissija konnessa għandha ssir billi tintuża l-formola M.

    2.13.   SIRPIT (SIRENE PIcture Transfer) u format u kwalità ta’ data bijometrika fis-SIS II

    Marki tas-swaba’ u stampi għandhom jiżdiedu mas-twissija mdaħħla fis-SIS II meta jkunu jistgħu jinkisbu.

    Uffiċċji SIRENE għandhom ikunu jistgħu jiskambjaw marki tas-swaba’ u stampi biex ilestu t-twissija. Meta Stat Membru jkollu stampa jew marki tas-swaba’ ta’ persuna li għaliha tkun inħarġet twissija minn Stat Membru, huwa jista’ jibgħat l-istampi u l-marki tas-swaba’ permezz ta’ SIRPIT biex iħalli lill-Istat Membru emittenti jlesti s-twissija.

    Dan l-iskambju jsir bla ħsara għall-iskambju fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/JHA.

    2.13.1.   Użu ulterjuri tad-data skambjata, inkluż l-arkivjar

    Kull użu ulterjuri ta’ stampi u marki tas-swaba’ skambjati permezz ta’ SIRPIT, inkluż l-arkivjar, għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-istrumenti legali SIS II, id-Direttiva 95/46/KE, il-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill ta’ l-Ewropa u l-leġiżlazzjoni fis-seħħ f’dak il-qasam fl-Istat Membru interessat.

    2.13.2.   Rekwiżiti tekniċi

    Marki tas-swaba’ u stampi għandhom jinġabru u jintbagħtu skond l-istandards li għandhom ikunu definiti fir-regoli ta’ implimentazzjoni għad-dħul ta’ data bijometrika fis-SIS II.

    Kull Uffiċċju SIRENE għandu jħares ir-rekwiżiti tekniċi ta’ SIRPIT.

    Marki tas-swaba’ u stampi għandhom jintbagħtu mehmużin fuq skrin input, imfassal apposta għal SIRPIT.

    2.13.3.   Użu tal-formola L ta’ SIRENE

    It-trażmissjoni permezz ta’ SIRPIT għandha titħabbar billi tintbagħat formola L bil-mezz tas-soltu użat għall-formoli kollha ta’ SIRENE. Formoli L għandhom jintbagħtu fl-istess żmien bħal ta’ marki tas-swaba’ u/jew stampi.

    2.13.4.   Il-proċedura SIRPIT

    L-Uffiċċju SIRENE tal-pajjiż li jkollu marki tas-swaba u stampi tal-persuna li għaliha tkun inħarġet twissija minn Stat Membru ieħor, minn hawn ‘l isfel jissejjaħ bħala “l-Uffċċju SIRENE fornitur”.

    L-Uffiċċju SIRENE tal-pajjiż li jkun daħħal it-twissija fis-SIS II, minn hawn ‘l isfel jissejjaħ bħala “Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti”.

    Għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a)

    L-Uffiċċju SIRENE fornitur għandu jibgħat formola L permezz tal-passaġġ elettroniku tas-soltu u għandu jsemmi fit-taqsima 083 tal-formola L li l-marki tas-swaba’ u l-istampi jkunu qed jintbagħtu biex titlesta t-twissija fis-SIS II.

    (b)

    L-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti għandu jżid il-marki tas-swaba’ jew l-istampi mat-twissija fis-SIS II jew jibgħathom lill-awtorità kompetenti biex tlesti t-twissija.

    2.13.4.1.   Skrin input

    Il-maskra input għandu jkollha d-data li ġejja:

    1)

    In-numru ta’ l-ID ta’ Schengen (*) (1);

    2)

    In-numru ta’ referenza (*) (1);

    3)

    Id-data tal-marki tas-swaba’

    4)

    Il-post fejn ittieħdu l-marki tas-swaba’

    5)

    Id-data ta’ l-istampa

    6)

    Ir-raġuni għall-marki tas-swaba’

    7)

    L-isem tal-familja (*) (2);

    8)

    L-ewwel isem (*) (2);

    9)

    Il-kunjom ta’ xebba

    10)

    L-identità aċċertata?

    11)

    Data tat-twelid (*);

    12)

    Post tat-twelid

    13)

    Nazzjonalità

    14)

    Sess (*)

    15)

    Tagħrif addizzjonali

    Rimarki:

    (*)

    Obbligatorji

    (1)

    daħħal jew fit-Taqsima 1 jew fit-Taqsima 2

    (2)

    tista’ tagħżel li ddaħħal “mhux magħruf

    Jekk ikunu magħrufa, għandhom jiddaħħlu l-post u d-data li fihom ittieħdu l-marki tas-swaba’.

    2.13.5.   Format u kwalità ta’ “data” bijometrika

    Id-data bijometrika kollha mdaħħla fis-sistema jkollha tgħaddi minn eżami speċifiku ta’ kwalità biex ikun żgurata standard ta’ kwalità minimu komuni għall-utenti kollha tas-SIS II.

    Qabel ma tiddaħħal, għandhom isiru kontrolli fil-livell nazzjonali biex ikun żgurat li:

    Data dwar il-marki tas-swaba’ għandha tkun konformi mal-format speċifikat ANSI/NIST — ITL 1-2000, kif implimentat għall-finijiet ta’ l-Interpol u adattata għal SIRPIT (SIRENE PIcture Transfer).

    Ritratti, li għandhom jintużaw biss biex jikkonfermaw l-identità ta’ persuna li tkun instabet bħala riżultat ta’ tfittxija alfanumerika magħmula fis-SIS II, għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin: ir-rata ta’ tikek ta’ l-istampi tal-Wiċċ Kollu Minn Quddiem għandha tkun, jekk hu possibbli, ta’ 3:4 jew 4:5. Jekk tkun tista’ tinkiseb, għandha tintuża riżoluzzjoni ta’ mill-anqas 480 × 600 pixels b’24bit grad ta’ kulur. Jekk ix-xbiha jkollha ssir permezz ta’ skaner, il-qies tax-xbiha għandu jkun, jekk hu possibbli, anqas minn madwar 200 Kbytes.

    2.14.   Rwoli sovrapposti ta’ SIRENE u l-Interpol (20)

    L-irwol tas-SIS II la hu li jibdel u lanqas li jagħmel replika ta’ l-irwol ta’ l-Interpol. Għalkemm xi xogħlijiet jistgħu jidħlu f’xulxin, il-prinċipji li jirregolaw azzjoni jew il-kooperazzjoni bejn Stati Membri skond Schengen huma sostanzjalment differenti minn dawk ta’ l-Interpol. Jeħtieġ, għalhekk, li jkunu stabbiliti regoli għall-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Uffiċċji Ċentrali Nazzjonali (NCBs).

    Għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

    2.14.1.   Prijorità ta’ twissijiet tas-SIS II fuq twissijiet ta’ l-Interpol

    F’każ ta’ twissijiet maħruġin minn Stati Membri, twissijiet tas-SIS II u l-iskambju ta’ l-informazzjoni kollha dwar dawn it-twissijiet għandu dejjem ikollhom prijorità fuq twissijiet u informazzjoni skambjati permezz ta’ l-Interpol. Dan huwa ta’ importanza partikulari jekk it-twissijiet ikunu f’konflitt.

    2.14.2.   L-għażla ta’mezz ta’ komunikazzjoni

    Il-prinċipju li twissijiet ta’ Schengen jieħdu preċedenza fuq twissijiet ta’ l-Interpol maħruġin minn Stati Membri għandu jkun rispettat u għandu jkun żgurat li NCBs ta’ Stati Membri jkunu jaqblu ma’ dan. Malli tinħoloq twissija tas-SIS II, il-komunikazzjonijiet kollha li jkollhom x’jaqsmu mat-twissija u l-għan u l-eżekuzzjoni ta’ azzjoni li jkollha tittieħed li għalihom tkun inħolqot għandhom jingħataw mill-Uffiċċji SIRENE. Jekk Stat Membru jkun irid jibdel mezzi ta’ komunikazzjoni, il-partijiet l-oħra għandhom ikunu kkonsultati minn qabel. Bidla bħal din tkun possibbli biss f’każijiet speċifiċi.

    2.14.3.   L-użu u t-tixrid ta’ diffużjonijiet ta’ l-Interpol fl-Istati ta’ Schengen

    Minħabba l-prijorità tat-twissijiet tas-SIS fuq it-twissijiet ta’ l-Interpol, l-użu ta’ twissijiet ta’ l-Interpol għandu jkun ristrett għal każijiet eċċezzjonali (jiġifieri fejn m’hemmx dispożizzjoni, jew fil-Konvenzjoni jew f’termini tekniċi, biex tiddaħħal it-twissija fis-SIS II, jew fejn ma tkunx tista’ tinkiseb l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tinħoloq twissija tas-SIS II). Twissijiet paralleli fis-SIS II u permezz ta’ l-Interpol ġewwa żona Schengen għandhom ikunu evitati. Twissijiet li jitqassmu permezz ta’ mezzi ta’ l-Interpol u li jkopru wkoll iż-żona Schengen jew partijiet minnha għandhom iġibu l-indikazzjoni li ġejja: “ħlief għall-Istati ta’ Schengen”.

    2.14.4.   “Hit” u tħassir ta’ Twissija

    Biex tkun żgurata l-irwol ta’ l-Uffiċċju SIRENE bħala l-koordinatur tal-verifika tal-kwalità ta’ l-informazzjoni mdaħħla fis-SIS II, Stati Membri għandhom jiżguraw li l-Uffiċċji SIRENE u l-NCBs jgħarrfu lil xulxin dwar “hits” u tħassir ta’ twissijiet.

    2.14.5.   Titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-NCBs ta’ l-Interpol

    B’konformità mad-dritt nazzjonali, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex ikun hemm skambju effettiv ta’ informazzjoni fil-livell nazzjonali bejn l-Uffiċċju SIRENE tiegħu u l-NCBs.

    2.14.6.   Informazzjoni mibgħuta lil Stati terzi

    (a)

    Data pproċessata fis-SIS II.

    Skond l-Artikolu 39 tar-Regolament SIS II u 54 tad-Deċiżjoni SIS II, data pproċessata fis-SIS II għall-applikazzjoni ta’ dawn iż-żewġ strumenti legali m’għandhiex tkun trasferita jew disponibbli għal pajjiżi terzi jew għal organizzazzjonijiet internazzjonali. L-Artikolu 55 tad-Deċiżjoni tas-SIS II jipprevedi deroga minn din ir-regola ġenerali dwar l-iskambju ta’ data ma’ l-Interpol dwar serq, miżapproprazzjoni jew telf ta’ passaporti, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    (b)

    Informazzjoni supplimentari

    B’konformità mal-“prinċipju tal-proprjetà tad-data” li hemm fl-Artikolu 4(2) ta’ l-istrumenti legali tas-SIS II, trażmissjoni ta’ informazzjoni supplimentari lil Stati terzi għandha ssir mill-Istat Membru “sid” tad-data. Jekk tasal talba għal informazzjoni supplimentari relatata ma’ twissija partikulari għand l-Uffiċċju SIRENE ta’ Stat li ma jkunx ħareġ it-twissija, dan ta’ l-ewwel għandu jgħarraf lil ta’ l-aħħar dwar it-talba għal informazzjoni biex iħalli lill-Istat Membru emittenti jieħu deċiżjoni b’konformità sħiħa mar-regoli applikabbli, inklużi r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. L-użu tal-mezz ta’ l-Interpol ikun jiddependi minn dispożizzjonijiet jew proċeduri nazzjonali.

    2.15.   Relazzjonijiet ta’ SIRENE u l-Europol

    L-Europol għandha d-dritt ta’ aċċess u għal tiftix dirett għal data mdaħħla fis-SIS II skond l-Artikoli 26, 36 u 38 tad-Deċiżjoni. L-Europol tista’ titlob għal aktar informazzjoni mill-Istati Membri interessati skond id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ l-Europol. B’konformità mal-liġijiet nazzjonali, għandha tkun stabbilita kooperazzjoni ma’ l-Unità Nazzjonali ta’ l-Europol (ENU) biex ikun żgurat li l-Uffiċċju SIRENE jkun mgħarraf b’kull skambju ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Europol u l-ENU dwar twissijiet fis-SIS II. F’każ li komunikazzjoni fuq livell nazzjonali dwar twissijiet tas-SIS II issir mill-ENU, għandha tkun evitata l-konfużjoni ta’ utenti aħħarin.

    2.16.   Relazzjonijiet ta’ SIRENE u l-Eurojust

    Il-membri nazzjonali ta’ l-Eurojust u l-assistenti tagħhom għandhom id-dritt ta’ aċċess u għal tiftix dirett għal data mdaħħla fis-SIS II skond l-Artikoli 26, 32, 34 u 38 tad-Deċiżjoni. Skond id-dritt nazzjonali, għandha tkun stabbilita kooperazzjoni magħhom biex ikun żgurat skambju mingħajr diffikultà ta’ informazzjoni f’każ ta’ hit. B’mod partikulari, l-Uffiċċju SIRENE għandu jkun il-punt ta’ kuntatt għal membri nazzjonali ta’ l-Eurojust u l-assistenti tagħhom għal informazzjoni supplimentari dwar twissijiet fis-SIS II.

    2.17.   Tipi speċjali ta’ tiftix

    2.17.1.   Tiftix immirat b’mod ġeografiku

    Tiftix immirat ġeografikament huwa tiftix magħmul f’sitwazzjoni fejn Stat Membru jkollu prova soda dwar fejn ikunu jistgħu jinstabu persuna jew oġġett imfittxija f’żona ristretta ġeografikament. F’ċirkustanzi bħal dawn ordni minn awtorità ġudizzjarja tista’ tkun eżegwita immedjatament malli tasal.

    Tfittxijiet immirati ġeografikament fiż-żona Schengen għandhom isiru abbażi ta’ twissija fis-SIS II. Jekk fejn il-persuna tkun tista’ tinstab ikun magħruf meta tinħareġ twissija ta’ arrest, it-taqsima 061 tal-Formola A għandha tinkludi l-informazzjoni dwar fejn il-persuna mfittxija tkun tista’ tinstab. Fil-każijiet l-oħra kollha, inklużi dawk ta’ komunikazzjoni dwar fejn ikunu jistgħu jinstabu oġġetti, għandha tintuża l-Formola M (taqsima 83). Twissija għall-persuna mfittxija għandha tiddaħħal fis-SIS II biex ikun żgurat li talba għal azzjoni li jkollha tittieħed tkun eżegwibbli mill-ewwel (Artikolu 64 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, Artikolu 9(3) tad-Deċiżjoni Qafas dwar Mandat Ewropew ta’ Arrest (EAW).

    Twissija fis-SIS II iżżid il-possibbiltajiet ta’ suċċess jekk persuna jew oġġett jiċċaqilqu bla mistenni minn post għal ieħor fiż-żona Schengen, b’mod li persuna jew oġġett imfittxija ma jidħlux fis-SIS II huwa possibbli biss f’ċirkustanzi speċjali (eż. skond l-Artikolu 23 (1) tar-Regolament SIS II u d-Deċiżjoni SIS II jekk ma jkunx hemm informazzjoni biżżejjed biex tinħoloq twissija, eċċ.).

    3.   TWISSIJIET TA’ ARREST GĦAL FINIJIET TA’ KONSENJA JEW ESTRADIZZJONI (ARTIKOLU 26 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

    Għandhom jitqiesu l-passi li ġejjin:

    Id-dħul ta’ twissija

    Kontroll għal twissijiet multipli

    Identità użata ħażin

    Id-dħul ta’ isem fittizju

    Informazzjzoni supplimentari li għandha tintbagħat lil Stati Membri

    Iż-żieda ta’ bandiera

    Azzjoni minn Uffiċċju SIRENE mal-wasla ta’ twissija ta’ arrest

    L-iskambju ta’ informazzjoni wara hit

    3.1.   Id-dħul ta’ twissija

    Il-parti l-kbira tat-twissijiet ta’ arrest ikunu akkumpanjati b’Mandat Ewropew ta’ Arrest. Iżda, skond twissija ta’ arrest, arrest provviżorju huwa wkoll possibbli qabel ma tintlaqa’ Talba għal Estradizzjoni (ER).

    L-EAW/ER għandhom jinħarġu minn awtorità ġudizzjarja awtorizzata li teżegwixxi din il-funzjoni fl-Istat Membru emittenti.

    Meta tiddaħħal twissija ta’ arrest għall-finijiet ta’ konsenja, kopja ta’ l-EAW għandha tiddaħħal bħala żieda fis-SIS II. Għandha tiddaħħal kopja tradotta ta’ l-EAW f’waħda mil-lingwi uffiċjali jew aktar ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-UE.

    Barra minn hekk, ritratti u marki tas-swaba’ tal-persuna għandhom jiżdiedu mas-twissija meta dawn ikunu jistgħu jinkisbu.

    L-informazzjoni rilevanti, inklużi l-EAW jew l-ER, mogħtija fir-rigward ta’ persuni mfittxija għall-finijiet ta’ arrest għal konsenja jew estradizzjoni, għandha tkun tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju SIRENE meta tiddaħħal it-twissija. Għandu jkun hemm kontroll biex ikun żgurat li l-informazzjoni tkun kompluta u ppreżentata b’mod korrett.

    Stati Membri għandhom ikunu jistgħu idaħħlu aktar minn EAW wieħed għal kull twissija ta’ arrest. Tkun ir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri li jħassru EAW li jitlef il-validità tiegħu u li jaraw jekk ikunx hemm Mandati Ewropej ta’ Arrest oħra mehmuża mat-twissija u li jestendu t-twissija jekk ikun meħtieġ.

    Twissijiet ta’ arrest jista’ jkollhom fajl binarju wieħed għal kull EAW. Stati Membri għandhom ikunu jistgħu jehmżu traduzzjonijiet għal kull Mandat Ewropew ta’ Arrest li huma jehmżu u, jekk ikun meħtieġ, f’fajls binarji separati.

    Għal dokumenti PDF skanjati li jkollhom jinthemżu ma’ twissijiet, kemm jista’ jkun għandha tintuża riżoluzzjoni minima ta’ 150 DPI.

    3.2.   Twissijiet Multipli

    Għal proċeduri ġenerali ara s-sezzjoni 2.2.

    Barra minn dan, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

    Diversi Stati Membri jistgħu jdaħħlu twissija ta’ arrest għall-istess persuna. Jekk Stat Membru wieħed jew aktar ikunu ħarġu twissija għall-istess persuna, id-deċiżjoni li fuqha l-mandat għandu jkun eżekwit fil-każ ta’ arrest għandha tittieħed mill-awtorità ġudizzjarja eżekutanti fl-Istat Membru fejn ikun se jsir l-arrest.

    Kompatibbiltà ta’ twissijiet ta’ arrest

    Twissijiet ta’ arrest huma kompatibbli ma’ twissijiet ta’ ċaħda ta’ dħul, twissijiet dwar persuni nieqsa u twissijiet għal proċedura ġudizzjarja. M’humiex kompatibbli ma’ twissijiet għal kontrolli.

    Twissijiet ta’ arrest għandhom jiddaħħlu mill-ewwel mingħajr ma joqogħdu jistennew ir-riżultat ta’ xi konsultazzjoni ma’ Stati Membri oħra.

    3.3.   Identità użata ħażin

    Ara l-proċedura ġenerali fis-sezzjoni 2.11.1.

    3.4.   Id-dħul ta’ isem fittizju

    Ara l-proċedura ġenerali fis-sezzjoni 2.11.2.

    3.5.   Informazzjoni Supplimentari li għandha tintbagħat lil Stati Membri

    Meta tkun qed tinħareġ twissija, l-informazzjoni supplimentari dwar it-twissija għandha tintbagħat lill-Istati Membri kollha.

    L-informazzjoni msemmija fis-sezzjonijiet 3.5.1 u 3.5.2 għandha tintbagħat lill-Uffiċċji SIRENE l-oħra bl-aktar mod malajr disponibbli. Kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-finijiet ta’ identifikazzjoni għandha tintbagħat wara konsultazzjoni u/jew fuq talba ta’ Stat Membru ieħor.

    Fil-każ fejn diversi EAWs jew ERs ikunu jeżistu għall-istess persuna, għandhom jitlestew formoli A separati għal kull EAW jew ER.

    Għandu jkun hemm dettalji biżżejjed fl-EAW/ER u fil-formola A (b’mod partikulari fis-sezzjoni (e) ta’ l-EAW: “deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi li fihom ir-reat(i) kien(u) imwettaq/imwettqa, inklużi l-ħin u l-lok”, fit-taqsima 044: “deskrizzjoni ta’ l-għemejjel”) għal Uffiċċji SIRENE oħra biex jivverifikaw it-twissija. Iżda l-informazzjoni meħtieġa biss għandha tkun skambjata.

    3.5.1.   Informazzjoni Supplimentari li għandha tintbagħat dwar EAW

    Il-formola A għandu jkun fiha mill-anqas l-istess informazzjoni bħal dik fl-EAW. L-informazzjoni fit-taqsima 044 għandu jkollha ġabra fil-qosor taċ-ċirkustanzi.

    F’formola A:

    239: Għandu jkun indikat li l-formola tirrelata biss ma’ EAW.

    272: Għandu jiddaħħal numru ta’ sekwenza ta’ l-EAW biex jiddistingwi d-diversi EAWs għall-istess persuna.

    006-013, 266, 275, 237-238 u 050-061: Għandha tiddaħħal l-informazzjoni rilevanti mqiegħda fis-SIS II u li tkun tikkorrispondi mas-sezzjoni (a) ta’ l-EAW.

    030-033 u 251-259: Għandha tiddaħħal l-informazzjoni rilevanti mis-sezzjoni (i) ta’ l-EAW.

    240-241 and 035-037: għandha tiddaħħal l-informazzjoni rilevanti mis-sezzjoni (b) ta’ l-EAW

    034, 038, 039: Għandha tiddaħħal l-informazzjoni mis-sezzjoni (ċ) ta’ l-EAW

    243-244: Għandha tiddaħħal l-informazzjoni mis-sezzjoni (d) ta’ l-EAW. Jekk ma kienx hemm deċiżjoni in absentia, it-taqsimiet għandhom jitħallew vojta. Fit-taqsima 244 tista’ tiddaħħal deskrizzjoni qasira mingħajr ma jkun ikkopjat it-test tal-liġi.

    245, 247, 040-045 u 047: Għandha tiddaħħal informazzjoni mis-sezzjoni (e) ta’ l-EAW

    267: Għandha tiddaħħal informazzjoni mis-sezzjoni (f). It-test tad-dispożizzjonijiet legali rilevanti m’għandhomx ikunu kkopjati.

    249: Għandha tiddaħħal l-informazzjoni rilevanti mis-sezzjoni (g). Jekk ma jkunx hemm talba għal qbid ta’ proprjetà, it-taqsima għandha titħalla vojta.

    250: Għandha tiddaħħal l-informazzjoni rilevanti mis-sezzjoni (g). Jekk ikun magħruf, għandu jissemma’ wkoll il-post fejn tkun tinsab il-proprjetà.

    268: Għandha tiddaħħal l-informazzjoni rilevanti mis-sezzjoni (h).

    260-264: Għandha tiddaħħal l-informazzjoni rilevanti mis-sezzjoni (i).

    269-271: Għandha tiddaħħal l-informazzjoni rilevanti mis-sezzjoni (i) imma fil-każ biss li din tkun differenti mit-taqsimiet 251, 252 u 032).

    400 and 403: Jistgħu jinthemżu dokumenti addizzjonali.

    3.5.2.   Informazzjoni Supplimentari li għandha tintbagħat fir-rigward ta’ arrest provviżorju

    3.5.2.1.   Meta tinħareġ twissija abbażi kemm ta’ EAW kif ukoll ta’ ER

    Meta tinħareġ it-twissija ta’ arrest għal finijiet ta’ estradizzjoni, għandha tintbagħat informazzjoni supplimentari lill-Istati Membri kollha billi tintuża formola A. Jekk id-data fit-twissija u fl-informazzjoni supplimentari mibgħuta lil Stati Membri dwar EAW ma tkunx suffiċjenti għall-finijiet ta’ estradizzjoni, għandha tingħata informazzjoni addizzjonali.

    Fit-taqsima 239 għandu jkun indikat li l-formola tirrelata kemm ma’ EAW kif ukoll ma’ ER.

    3.5.2.2.   Meta tinħareġ twissija abbażi biss ta’ ER

    Meta tinħareġ it-twissija ta’ arrest għal finijiet ta’ estradizzjoni, għandha tintbagħat informazzjoni supplimentari lill-Istati Membri kollha billi tintuża l-formola A.

    Fit-taqsima 239 għandu jkun indikat li l-formola tirrelata ma’ ER.

    3.6.   Żieda ta’ bandiera

    Għal regoli ġenerali ara s-sezzjoni 2.6.

    Jekk għallanqas wieħed mill-EAWs jew ERs mehmużin mas-twissija ikun jista’ jiġi eżegwit, it-twissija m’għandhix ikollha bandiera.

    Twissija b’bandiera għandha titqies li tkun inħarġet għall-finijiet ta’ komunikazzjoni dwar fejn tkun tista’ tinstab il-persuna li għaliha tkun inħarġet.

    3.7.   Azzjoni mill-Uffiċċju SIRENE mal-wasla ta’ twissija ta’ arrest

    Meta Uffiċċju SIRENE jirċievi formola A, huwa għandu, malajr kemm jista’ jkun, ifittex l-għejun kollha li jista’ jkun hemm, biex jipprova u jsib fejn ikun jista’ jinstab is-suġġett. Jekk l-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru emittenti ma tkunx suffiċjenti biex tkun aċċettata mill-Istat Membru li jirċevieha, hija m’għandhiex ma tħallix milli jsiru t-tfittxijiet.

    Jekk it-twissija ta’ arrest tiġi validata u s-suġġett jinstab jew jiġi arrestat fl-Istat Membru, allura l-informazzjoni li jkun hemm fil-formola A għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li jeżegwixxi l-EAW jew l-ER. Jekk jintalab l-EAW jew l-ER oriġinali, dan għandu jintbagħat mill-awtorità ġudizzjarja emittenti direttament lill-awtorità ġudizzjarja eżekutriċi (sakemm ma jkunx ingħad mod ieħor fid-dritt nazzjonali ta’ l-Istat Membru emittenti jew eżekutant).

    3.8.   L-iskambju ta’ informazzjoni wara hit

    Ara l-proċedura ġenerali fis-sezzjoni 2.3.

    Barra minn dan, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a)

    Hit” dwar individwu li għalih tkun inħarġet twissija ta’ arrest għandha dejjem tkun komunikata mill-ewwel lill-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti. Barra minn hekk, wara li jibgħat il-formola G, huwa għandu jikkomunika wkoll bit-telefon il-hit lill-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti.

    (b)

    Jekk ikun meħtieġ l-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti għandu mbagħad jibgħat informazzjoni rilevanti u speċifika dwar il-miżuri partikulari li jkollhom jittieħdu mill-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru eżekutant.

    B’żieda ma’ dan, l-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti għandu jgħarraf lill-Uffiċċji SIRENE l-oħra kollha, bl-użu tal-formola M, bil-kundizzjoni li l-“hit” tkun seħħet fi żmien ġimagħtejn mid-data li fiha tkun inħarġet it-twissija. Wara dan il-perjodu, l-informazzjoni għandha tintbagħat biss lil dawk l-Istati Membri li jkunu talbuha.

    4.   TWISSIJIET TA’ ĊAĦDA TA’ DĦUL JEW WAQFIEN (ARTIKOLU 24 TAR-REGOLAMENT SIS II)

    Għandhom jitqiesu dawn il-passi:

    Id-dħul ta’ twissija

    Kontroll għal twissijiet multipli

    Identità użata ħażin

    Id-dħul ta’ isem fittizju

    L-iskambju ta’ informazzjoni wara hit

    Każ speċjali ta’ membru tal-familja ta’ ċittadini ta’ l-UE

    4.1.   Id-dħul ta’ twissija

    B’konformità ma’ l-Artikolu 24 tar-Regolament SIS II, twissijiet ta’ ċaħda ta’ dħul jew waqfien jistgħu jiddaħħlu fis-SIS II għal ċittadini ta’ pajjiż terz abbażi ta’ twissija nazzjonali maħruġa minħabba theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika u s-sigurtà nazzjonali.

    Twissija tista’ tiddaħħal ukoll abbażi tal-fatt li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz kien suġġett għal miżura li tinvolvi tkeċċija, ċaħda ta’ dħul jew tneħħija li ma tkunx tħassret jew li tkun ġiet sospiża, li tinkludi jew tkun akkumpanjata minn projbizzjoni ta’ dħul jew residenza, ibbażata fuq nuqqas ta’ konformità ma’ regolamenti nazzjonali dwar dħul jew residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz.

    Barra minn dan, l-Artikolu 26 tar-Regolament SIS II jgħid li, bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet speċifiċi, għandhom jiddaħħlu twissijiet relatati ma’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu suġġetti ta’ miżura restrittiva maħsuba biex ma jitħallix isir dħul fit-territorju ta’ Stati Membri jew li jkun hemm passaġġ minnu, meħudin skond l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    Skond l-Artikolu 25 tar-Regolament SIS II, regoli speċifiċi japplikaw għal ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu benefiċjarji tad-dritt Komunitarju tal-moviment ħieles skond it-tifsira tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004, dwar id-dritt taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u joqogħdu b’mod ħieles fit-territorju ta’ l-Istati Membri (21). L-Uffiċċju SIRENE għandu jkun jista’, kemm hu possibbli, jagħmel disponibbli kull informazzjoni li tkun użata biex ikun eżaminat jekk twissija ta’ ċaħda ta’ dħul tiddaħħalx għal benefiċjarju tad-dritt Komunitarju tal-moviment ħieles (22).

    4.2.   Twissijiet multipli

    Ara l-proċedura ġenerali fis-sezzjoni 2.2.

    Kompatibbiltà ta’ twissijiet ta’ ċaħda ta’ dħul jew waqfien

    Twissijiet ta’ ċaħda ta’ dħul huma kompatibbli ma’ twissijiet ta’ arrest. M’humiex kompatibbli ma’ twissijiet dwar persuni nieqsa, twissijiet ta’ kontrolli jew twissijiet għal proċedura ġudizzjarja.

    4.3.   Identità użata ħażin

    Ara l-proċedura ġenerali fis-sezzjoni 2.11.1.

    4.4.   Id-dħul ta’ isem fittizju

    Għal regoli ġenerali ara s-sezzjoni 2.11.2.

    4.5.   Skambju ta’ informazzjoni wara hit

    L-eżekuzzjoni tal-proċeduri ta’ informazzjoni stabbiliti bl-Artikolu 5 (4)(ċ) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u l-proċeduri ta’ konsultazzjoni stabbiliti bl-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, huma fil-kompetenzi ta’ l-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli tal-fruntieri u għall-ħruġ ta’ permessi ta’ residenza jew viżas. Fil-prinċipju, l-Uffiċċju SIRENE għandu jkun imdaħħal f’dawn il-proċeduri biss biex jittrażmetti informazzjoni supplimentari direttament relatata mat-twissijiet (eż. notifika ta’ hit, kjarifika ta’ identità) jew biex iħassar twissijiet.

    Iżda l-Uffiċċju SIRENE jista’ jkun imdaħħal ukoll fi trażmissjoni ta’ informazzjoni supplimentari meħtieġa għat-tkeċċija jew għaċ-ċaħda ta’ dħul ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz; u jista’ jkun imdaħħal fi trażmissjoni ta’ kull informazzjoni supplimentari addizzjonali maħluqa minn dawn l-azzjonijiet.

    4.5.1.   Skambju ta’ informazzjoni fil-ħruġ ta’ permessi ta’ residenza jew viżas

    Għandha tapplika il-proċedura li ġejja:

    (a)

    Bla ħsara għall-proċedura speċjali dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, li sseħħ skond l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, u bla ħsara għall-punt 4.6., li huwa dwar l-iskambju ta’ informazzjoni wara hit dwar ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun benefiċjarju tad-dritt Komunitarju tal-moviment ħieles (f’liema każ il-konsultazzjoni ta’ SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti hija obbligatorja), l-Istat Membru eżekutant jista’ jgħarraf lill-Istat Membru li jkun ħareġ twissija ta’ ċaħda ta’ dħul jew waqfien li t-twissija tkun tqabblet matul il-proċedura għall-ħruġ ta’ permess ta’ residenza jew viża. L-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija jista’ mbagħad jgħarraf lil Stati Membri oħra billi juża formola M skond il-każ;

    (b)

    Jekk ikun hekk mitluba, skond id-dritt nazzjonali, l-Uffiċċji SIRENE ta’ l-Istati Membri interessati jistgħu jgħinu fit-trażmissjoni ta’ l-informazzjoni meħtieġa lil awtoritajiet responsabbli, skond il-każ, għall-ħruġ ta’ permessi ta’ residenza u viżas.

    Proċeduri speċjali kif jingħad fl-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen

    Proċedura skond l-Artikolu 25(1) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen

    Jekk Stat Membru li jkun qed iqis jagħtix permess ta’ residenza isib li l-applikant interessat ikun suġġett ta’ twissija ta’ ċaħda ta’ dħul jew waqfien maħruġa minn Stat Membru ieħor, huwa għandu jikkonsulta ma’ l-Istat Membru l-ieħor li jkun ħareġ it-twissija permezz ta’ l-Uffiċċju SIRENE. Għal dak l-iskop għandha tintuża formola N. It-twissija għandha titħassar jekk, wara konsultazzjoni, l-Istat Membru jsostni d-deċiżjoni tiegħu li joħroġ il-permess ta’ residenza. Il-persuna tista’, madankollu, titqiegħed f’lista nazzjonali ta’ twissijiet ta’ ċaħda ta’ dħul ta’ Stat Membru.

    Proċedura skond l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen

    Jekk Stat Membru li jkun daħħal twissija ta’ ċaħda ta’ dħul jew waqfien isib li l-persuna li tkun suġġetta ta’ twissija jkun inħarġilha permess ta’ residenza, huwa għandu jġiegħel li tinbeda proċedura ta’ konsultazzjoni ma’ l-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza, permezz ta’ l-Uffiċċju SIRENE, billi juża formola O. Il-konsultazzjoni permezz ta’ Uffiċċji SIRENE, bl-użu ta’ formola O għandha sseħħ ukoll jekk l-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza isib wara li jkun hemm twissija ta’ ċaħda ta’ dħul jew waqfien għal dik il-persuna li tkun iddaħħlet fis-SIS II (23).

    Jekk Stat Membru terz (i.e. la dak li ta l-permess ta’ residenza u lanqas dak li jkun ħareġ it-twissija) isib li jkun hemm twissija dwar ċittadin ta’ pajjiż terz li jkollu permess ta’ residenza minn wieħed mill-Istati Membri, huwa għandu jinnotifika kemm lill-Istat Membru li jkun ta l-permess kif ukoll lill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija, permezz ta’ Uffiċċji SIRENE, billi juża formola H.

    Jekk il-proċedura prevista skond l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen tkun tfisser it-tħassir ta’ twissija ta’ ċaħda ta’ dħul jew waqfien, l-Uffiċċji SIRENE għandhom, waqt li jħarsu l-liġijiet nazzjonali tagħhom, joffru l-appoġġ tagħhom jekk jintalbu jagħmlu dan.

    4.5.2.   Skambju ta’ informazzjoni meta jkun miċħud dħul jew issir tkeċċija minn territorju ta’ Schengen

    Għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a)

    Bla ħsara għall-proċeduri speċjali dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, li jseħħu skond l-Artikolu 5(4)(a) u (ċ) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, u bla ħsara għall-punt 4.6. li huwa dwar l-iskambju ta’ informazzjoni wara hit fir-rigward ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun benefiċjarju tad-dritt Komunitarju tal-moviment ħieles (f’liema każ il-konsultazzjoni ta’ l-Istat Membru emittenti permezz ta’ l-Uffiċċju SIRENE tiegħu tkun obbligatorja), Stat Membru jista’ jitlob li jkun mgħarraf b’kull hit dwar twissijiet ta’ ċaħda ta’ dħul jew waqfien li huwa jkun ħareġ.

    Kull Stat Membru li jkun jixtieq jagħmel din l-għażla għandu jagħmel talba bil-miktub lill-Istati Membri l-oħra.

    (b)

    L-Istat Membru eżekutant jista’ jieħu l-inizjattiva u jgħarraf lill-Istat Membru emittenti li t-twissija tqabblet u li ċ-ċittadin tal-pajjiż terz ma jkunx ingħata dħul jew li jkun tkeċċa mit-territoreju ta’ Schengen.

    (ċ)

    Jekk, Stat Membru jwaqqaf fit-territorju tiegħu ċittadin ta’ pajjiż terz li dwaru tkun inħarġet twissija, l-Istat Membru emittenti, meta jintalab, għandu jgħaddi l-informazzjoni mitluba biex tintradd lura l-persuna msdemmija. Skond il-ħtiġijiet ta’ l-Istat Membru eżekutant, u jekk tkun tista’ tinkiseb fl-Istat Membru emittenti, din l-informazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

    It-tip ta’ deċiżjoni u r-raġuni għaliha

    L-awtorità li toħroġ id-deċiżjoni

    Id-data tad-deċiżjoni

    Id-data tan-notifika (id-data li fiha d-deċiżjoni kienet notifikata)

    Id-data ta’ l-eżekuzzjoni

    Id-data li fiha d-deċiżjoni tiskadi jew id-durata tal-validità.

    Jekk persuna li dwarha tkun inħarġet twissija titwaqqaf fuq il-fruntiera, għandhom ikunu segwiti l-proċeduri stabbiliti fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u mill-Istat Membru emittenti.

    Jista’ jkun hemm ukoll ħtieġa urġenti ta’ skambju ta’ informazzjoni supplimentari permezz ta’ l-Uffiċċji SIRENE f’każijiet speċifiċi biex individwu jkun identifikat b’ċertezza (ara s-sezzjoni 2.8.3.).

    Proċeduri speċjali kif jipprovdi l-Artikolu 5(4)(a) u (ċ) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen

    Proċedura f’każijiet skond l-Artikolu 5(4)(a)

    Skond l-Artikolu 5(4)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun suġġett ta’ twissija ta’ ċaħda ta’ dħul jew waqfien u, fl-istess waqt, ikollu permess ta’ residenza jew viża ta’ dħul mill-ġdid maħruġin minn wieħed mill-Istati Membri, għandu jitħalla jidħol għall-finijiet ta’ passaġġ fl-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza jew viża ta’ dħul mill-ġdid meta huwa jaqsam il-fruntiera fi Stat Membru ieħor. Id-dħul jista’ jkun miċħud jekk dan l-Istat Membru jkun ħareġ twissija nazzjonali ta’ ċaħda ta’ dħul.

    Jekk iċ-ċittadin/a imsemmi ta’ pajjiż terz jipprova jidħol fl-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija fis-SIS II, id-dħul tiegħu/tagħha jista’ jkun rifjutat minn dan l-Istat Membru. Iżda fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti, l-Uffiċċju SIRENE ta’ dak l-Istat Membru għandu jikkonsulta ma’ l-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza billi juża formola O biex l-awtorità kompetenti titħalla taqtagħha jekk ikunx hemm raġunijiet tajbin biżżejjed biex il-permess ta’ residenza jkun irtirat. Jekk il-permess ta’ residenza ma jkunx irtirat, it-twissija fis-SIS II għandha titħassar iżda l-persuna msemmija tkun tista’, madankollu, titqiegħed fil-lista nazzjonali ta’ twissijiet ta’ ċaħda ta’ dħul.

    Jekk din il-persuna tipprova tidħol fl-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza, hija titħalla tidħol fit-territorju iżda l-Uffiċċju SIRENE, ta’ dak l-Istat Membru, fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti, għandu jibgħat formola O lill-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija biex l-awtoritajiet kompeteti interessati jkunu jistgħu jiddeċiedu dwar l-irtirar tal-permess ta’ residenza jew it-tħassir tat-twissija.

    Jekk iċ-ċittadin imsemmi ta’ pajjiż terz jipprova jidħol fi Stat Membru terz, li la jkun l-Istat li jkun ħareġ it-twissija u lanqas dak li jkun ta l-permess ta’ residenza, u l-Istat Membru terz isib li jkun hemm twissija fis-SIS II dwar dik il-persuna, għalkemm din ikollha permess ta’ residenza maħruġ minn wieħed mill-Istati Membri, huwa għandu jħalli passaġġ lejn l-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza. Id-dħul jista’ jkun miċħud jekk dan l-Istat Memebru terz ikun qiegħed lill-persuna msemmija fil-lista nazzjonali tiegħu ta’ twissijiet. Fiż-żewġ każijiet, fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti, L-Uffiċċju SIRENE tiegħu għandu tibgħat lill-Uffiċċju SIRENE taż-żewġ Stati Membri interessati formola H biex jgħarrafhom dwar il-kontradizzjoni u jitlob li huma jikkonsultaw lil xulxin biex jew iħassru t-twissija fis-SIS II jew jirtiraw il-permess ta’ residenza. Huwa jista’ jitlob ukoll li jkun mgħarraf bir-riżultat ta’ dik il-konsultazzjoni.

    Proċedura fil-każijiet skond l-Artikolu 5(4)(ċ)

    Skond l-Artikolu 5(4)(c) Stat Membru jista’ jidderoga mill-prinċipju li persuna li dwarha tkun inħarġet twissija ta’ ċaħda ta’ dħul tkun miċħuda dħul għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali. Fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti, l-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li jkun ħalla d-dħul għandu jgħarraf b’dan lill-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti billi juża formola H.

    4.6.   Skambju ta’ informazzjoni wara hit dwar ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun benefiċjarju tad-dritt Komunitarju tal-moviment ħieles

    Jekk ikun hemm hit dwar ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun benefiċjarju tad-dritt Komunitarju tal-moviment ħieles skond it-tifsira tad-Direttiva 2004/38/KE (24).

    (a)

    Fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti, is-SIRENE ta’ l-Istat Membru eżekutant għandu jagħmel kuntatt mill-ewwel mas-SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti billi juża formola G biex jikseb l-informazzjoni meħtieġa biex jiddeċiedi mingħajr dewmien dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed.

    (b)

    Malli jirċievi talba għall-informazzjoni, is-SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti għandu jibda jiġbor mill-ewwel l-informazzjoni mitluba u jibgħatha malajr kemm jista’ jkun lis-SIRENE ta’ l-Istat Membru eżekutant.

    (ċ)

    L-Istat Membru eżekutant għandu jgħarraf, permezz ta’ l-Uffiċċju SIRENE tiegħu, lill-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti jekk l-azzjoni mitluba li tittieħed kinitx eżegwita (bl-użu tal-formola G) jew le (bl-użu tal-formola H).

    4.7.   Tħassir ta’ twissijiet imdaħħla għal ċittadini ta’ l-UE

    Meta ċittadin ta’ pajjiż terz li dwaru tkun inħarġet twissija ta’ ċaħda ta’ dħul jew waqfien, jikseb iċ-ċittadinanza ta’ wieħed mill-Istati Membri ta’ l-UE, it-twissija għandha titħassar. Jekk il-bidla fiċ-ċittadinanza isir taf biha Uffiċċju SIRENE ta’ pajjiż li ma jkunx dak emittenti, dak ta’ l-ewwel għandu jibgħat lill-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti formola J, skond il-proċedura għar-rettifika u t-ħassir ta’ data misjuba li tkun fattwalment jew legalment skorretta (ara s-sezzjoni 2.7).

    5.   TWISSIJIET DWAR PERSUNI NEQSIN (ARTIKOLU 32 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

    Għandhom jitqiesu l-passi li ġejjin:

    Id-dħul ta’ twissija

    Kontroll għal twissijiet multipli

    Identità użata ħażin

    Id-dħul ta’ isem fittizju

    Iż-żieda ta’ bandiera

    L-iskambju ta’ informazzjoni wara hit

    5.1.   Id-dħul ta’ twissija

    Fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti, data tal-kategoriji ta’ persuni li ġejjin, kemm minuri kif ukoll adulti, għandha tiddaħħal fis-SIS II biex ikun aċċertat fejn ikunu jistgħu jinstabu jew biex jitqiegħdu taħt protezzjoni:

    Persuni neqsin li jeħtiġilhom jitqiegħdu taħt protezzjoni

    (i)

    għall-protezzjoni tagħhom innifishom

    (ii)

    għall-prevenzjoni ta’ theddid

    Persuni neqsin li jeħtieġ ikun aċċertat fejn ikunu jistgħu jinstabu u li ma jeħtiġilhomx jitqiegħdu taħt protezzjoni.

    Għaldaqstant proċeduri nazzjonali dwar min u kif wieħed jista’ jitlob tfittxija għal persuna nieqsa għandhom ikunu segwiti f’din l-ordni, waqt li jkun qed jingħata bidu għat-tfittxija.

    Skond l-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni SIS II, mas-twissija għandhom jiżdiedu ritratti u marki tas-swaba’ meta dawn ikunu jistgħu jinkisbu.

    5.2.   Twissijiet multipli

    Ara l-proċedura ġenerali fis-sezzjoni 2.2.

    Kompatibbiltà ta’ twissijiet dwar persuni nieqsa

    Twissijiet dwar persuni nieqsa huma kompatibbli ma’ twissijiet ta’ arrest u twissijiet għal proċedura ġudizzjarja. M’humiex kompatibbli ma’ twissijiet ta’ ċaħda ta’ dħul jew twissijiet għal kontrolli.

    5.3.   Identità użata ħażin

    Ara l-proċedura ġenerali fis-sezzjoni 2.11.1.

    5.4.   Id-dħul ta’ isem fittizju

    Ara l-proċedura ġenerali fis-sezzjoni 2.11.2.

    5.5.   Iż-żieda ta’ bandiera

    Tista’ tintalab bandiera wara li jkun hemm hit. Bil-għan li tiżdied bandiera, għandhom ikunu segwiti l-proċeduri ġenerali kif deskritti fis-sezzjoni 2.6.

    M’hemmx azzjoni alternattiva x’tittieħed għal twissijiet għal persuni nieqsa.

    5.6.   L-iskambju ta’ informazzjoni wara hit

    Ara l-proċedura ġenerali fis-sezzjoni 2.3.

    Barra minn hekk, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

    (a)

    Kemm jista’ jkun, l-Uffiċċju SIRENE għandu jikkomunika d-dettalji mediċi meħtieġa ta’ persuna(i) konċernata(i) nieqsa jekk ikollhom jittieħdu miżuri għal protezzjoni tagħha/tagħhom.

    L-informazzjoni mibgħuta għandha tinżamm biss sakemm tkun strettament meħtieġa u għandha tintuża esklussivament għall-finijiet ta’ trattament mediku mogħti lill-persuna konċernata.

    (b)

    L-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru eżekutant għandu dejjem jikkomunika fejn persuna tkun tista’ tinstab lill-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti.

    (ċ)

    Skond l-Artikolu 33(2) tad-Deċiżjoni SIS II, il-komunikazzjoni dwar fejn tkun tista’ tinstab il-persuna nieqsa li tkun maġġorenni lill-persuna li tkun irrappurtat il-persuna nieqsa għandu jkun suġġett għall-kunsens tal-persuna nieqsa. Iżda l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw il-fatt li t-twissija tkun tħassret wara hit lill-persuna li rrapportat lilu jew lilha neqsin.

    6.   TWISSIJIET GĦAL PERSUNI MFITTXIJA GĦAL PROĊEDURA ĠUDIZZJARJA (ARTIKOLU 34 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

    Għandhom jitqiesu l-passi li ġejjin:

    Id-dħul ta’ twissija

    Kontroll għal twissijiet multipli

    Identità użata ħażin

    Id-dħul ta’ isem fittizju

    L-iskambju ta’ informazzjoni wara hit

    6.1.   Id-dħul ta’ twissija

    Fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti, data tal-kategoriji ta’ nies li ġejjin għandha tiddaħħal fis-SIS II biex ikun komunikat il-post tagħhom ta’ residenza jew domiċilju:

    Xhieda;

    Persuni mħarrka jew imfittxija biex jitħarku biex jidhru quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji b’rabta ma’ proċeduri kriminali biex jagħtu kont ta’ atti li għalihom ikunu qed jiġu pproċessati;

    Persuni li jkunu notifikati b’sentenza kriminali jew dokumenti oħra b’rabta ma’ proċeduri kriminali biex jagħtu kont ta’ atti li għalihom ikunu qed jiġu pproċessati;

    Persuni li għandhom ikunu nnotifikati b’taħrika biex jirrapportaw biex iservu piena li ġġib magħha ċ-ċaħda tal-libertà.

    Skond l-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni SIS II, ritratti u marki tas-swaba’ għandhom jiżdiedu mas-twissija meta jkunu jistgħu jinkisbu.

    6.2.   Twissijiet multipli

    Ara l-proċedura ġenerali fis-sezzjoni 2.2.

    Kompatibbiltà ta’ twissijiet għal proċedura ġudizzjarja

    Twissijiet għal proċedura ġudizzjarja huma kompatibbli ma’ twissijiet ta’ arrest u twissijiet għal persuni nieqsa. M’humiex kompatibbli ma’ twissijiet għal kontrolli jew twissijiet għal ċaħda ta’ dħul.

    6.3.   Identità użata ħażin

    Ara l-proċedura ġenerali fis-sezzjoni 2.11.1.

    6.4.   Id-dħul ta’ isem fittizju

    Ara l-proċedura ġenerali fis-sezzjoni 2.11.2.

    6.5.   L-iskambju ta’ informazzjoni wara hit

    Ara l-proċedura ġenerali fis-sezzjoni 2.3.

    Barra minn dan, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

    (a)

    Il-post veru tar-residenza jew domiċilju għandu jinkiseb bl-użu tal-miżuri kollha li l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn il-persuna kienet tinstab tippermetti.

    (b)

    Għall-kuntrarju ta’ twissijiet dwar persuni nieqsa, ma jenħtieġx kunsens biex il-post ta’ residenza jew domiċilju jkun ikkomunikat lill-awtoritajiet kompetenti.

    7.   TWISSIJIET GĦAL KONTROLLI DISKRETI U SPEĊIFIĊI (ARTIKOLU 36 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

    Għandhom jitqiesu l-passi li ġejjin:

    Id-dhul ta’ twissija

    Kontroll għal twissijiet multipli

    Identità użata ħażin

    Id-dħul ta’ isem fittizju

    Skambju ta’ informazzjoni meta jinħarġu twissijiet wara talba minn awtoritajiet responsabbli għas-sigurtà ta’ l-Istat

    Iż-żieda ta’ bandiera

    L-iskambju ta’ informazzjoni wara hit

    7.1.   Id-dħul ta’ twissija

    Fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti, data dwar persuni u oġġetti (vetturi, dgħajjes, inġenji ta’ l-ajru u kontenituri) jistgħu jiddaħħlu fis-SIS II biex isiru kontrolli diskreti u kontrolli specifiċi.

    Kontroll speċifiku huwa kontroll bir-reqqa tal-persuni, vetturi, dgħajjes u inġenji ta’ l-ajru, filwaqt li kontroll diskret għandu jsir mingħajr ma jkun ta’ ħsara għan-natura diskreta tiegħu.

    Twissijiet bħal dawn jistgħu jiddaħħlu biex biex titmexxa azzjoni kriminali għal reati u għal prevenzjoni ta’ theddid kontra s-sigurtà pubblika f’każijiet speċifikati fl-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni SIS II.

    Jistgħu jinħarġu wkoll twissijiet għal kontrolli diskreti u speċifiċi fuq talba ta’ l-awtoritajiet responsabbli għas-sigurtà nazzjonali skond l-Artikolu 36(3) tad-Deċiżjoini SIS II.

    Skond l-Artikolu 37(4) tad-Deċiżjoni SIS II, jekk l-eżekuzzjoni ta’ kontrolli speċifiċi ma tkunx awtorizzata mil-liġi ta’ Stat Membru, huma għandhom ikunu sostitwiti awtomatikament, f’dak l-Istat Membru, b’kontrolli diskreti.

    Skond l-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni SIS II, ritratti u marki tas-swaba’ tal-persuna għandhom jiżdiedu mat-twissija meta dawn ikunu jistgħu jinkisbu.

    7.2.   Twissijiet multipli

    Ara l-proċedura ġenerali fis-sezzjoni 2.2.

    Kompatibbiltà ta’ twissijiet għal kontrolli

    Twissijiet fuq persuni għal kontrolli diskreti jew speċifiċi m’humiex kompatibbli ma’ twissijiet ta’ arrest, twissijiet ta’ ċaħda ta’ dħul, twissijiet, dwar persuni nieqsa jew twissijiet għal proċeduri ġudizzjarja.

    Twissijiet dwar oġġetti għal kontrolli diskreti jew speċifiċi m’humiex kompatibbli ma’ kategoriji oħra ta’ twissijiet.

    Twissijiet għal kontrolli diskreti m’humiex kompatibbli ma’ twissijiet għal kontrolli speċifiċi.

    7.3.   Identità użata ħażin

    Ara l-proċedura ġenerali fis-sezzjoni 2.11.1.

    7.4.   Id-dħul ta’ isem fittizju

    Ara l-proċedura ġenerali fis-sezzjoni 2.11.2.

    7.5.   Informazzjoni lil Stati Membri oħra meta jinħarġu twissijiet mitluba minn awtoritajiet responsabbli għas-sigurtà nazzjonali (Artikolu 36(3) tad-Deċiżjoni SIS II)

    Meta jdaħħal twissija fuq talba ta’ awtorità responsabbli għas-sigurtà nazzjonali, l-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti għandu jgħarraf lill-Uffiċċji SIRENE l-oħra kollha dwarha billi juża formola M. Il-formola għandu jkollha l-isem ta’ l-awtorità li titlob id-dħul tat-twissija u d-dettalji ta’ kuntatt tagħha.

    Il-konfidenzjalità ta’ ċerta informazzjoni għandha titħares skond id-dritt nazzjonali, li tinkludi li l-kuntatt bejn l-Uffiċċji SIRENE jinżamm separat minn kull kuntatt bejn is-servizzi responsabbli mis-sigurtà nazzjonali.

    7.6.   Iż-żieda ta’ bandiera

    Ara l-proċeduta ġenerali fis-sezzjoni 2.6.

    M’hemmx azzjoni alternattiva x’tittieħed għal twissijiet għal kontrolli diskreti jew speċifiċi.

    Barra minn dan, jekk is-servizz ta’ sigurtà fl-Istat Membru eżekutant jiddeċiedi li t-twissija ikun jeħtiġlu bandiera ta’ validità, huwa għandu jagħmel kuntatt ma’ l-Uffiċċju SIRENE nazzjonali tiegħu u jgħarrfu li l-azzjoni meħtieġa li jkollha tittieħed ma tkunx tista’ ssir. L-Uffiċċju SIRENE għandu mbagħad jitlob għal bandiera billi jibgħat formola F lill-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti. Ma jkunx meħtieġ li tingħata spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-bandiera.

    7.7.   L-iskambju ta’ informazzjoni wara hit

    Ara l-proċedura ġenerali fis-sezzjoni 2.3.

    Barra minn dan, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

    Meta jkun hemm hit għal twissija maħruġa skond l-Artikolu 36(3) tad-Deċiżjoni SIS II, l-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru eżekutant għandu jgħarraf lill-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru emittenti dwar ir-riżultati (ta’ kontroll diskret jew speċifiku) permezz tal-formola G. Fl-istess waqt l-Uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru eżekutant għandu jgħarraf lis-servizz kompetenti tiegħu responsabbli mis-sigurtà nazzjonali.

    8.   TWISSIJIET DWAR OĠĠETTI GĦAL QBID JEW UŻU BĦALA PROVA (ARTIKOLU 38 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

    Għandhom jitqiesu l-passi li ġejjin:

    Id-dħul ta’ twissija

    Kontroll għal twissijiet multipli

    L-iskambju ta’ informazzjoni wara hit

    8.1.   Id-dħul ta’ twissija

    Data dwar l-oġġetti li ġejjin tista’ tiddaħħal fis-SIS II għal skop ta’ qbid jew użu bħala prova fi proċeduri kriminali:

    Vetturi bil-mutur b’ċilindru ta’ kapaċità li taqbeż il-50 cc, dgħajjes u inġenji ta’ l-ajru;

    Trejlers li mingħajr tagħbija jiżnu aktar minn 750 kg, karavani, tagħmir industrijali, magni immuntati fuq barra u kontenituri;

    Armi tan-nar;

    Dokumenti uffiċjali in bjank li jkunu nsterqu, miżapproprijati jew intilfu;

    Karti ta’ identità maħruġa bħal passaporti, karti ta’ l-identità, liċenzji tas-sewqan, permessi ta’ residenza u dokumenti ta’ l-ivvjaġġar li jkunu nsterqu, ġew miżapproprijati, jew intilfu jew ġew invalidati;

    Ċertifikati ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi u pjanċi tan-numru li jkunu nsterqu, ġew miżapproprijati, intilfu jew ġew invalidati;

    Flus tal-karta (karti reġistrati);

    Garanziji u mezzi ta’ ħlas bħal ċekkijiet, karti ta’ kreditu, bonds, stokks u ishma li jkunu nsterqu, ġew miżapproprijati, intildu jew ġew invalidati.

    8.2.   Twissijiet multipli

    Ara l-proċedura ġenerali fis-sezzjoni 2.2.

    Kompatibbiltà ta’ twissijieti ta’ qbid u użu bħala prova

    Kontrolli għal qbid jew użu bħala prova huma inkompatibbli ma’ twissijiet għal kontrolli.

    8.3.   L-iskambju ta’ informazzjoni wara hit

    Jekk ikun mitlub, l-Uffiċċju SIRENE għandu jibgħat informazzjoni supplimentari malajr kemm jista’ jkun permezz ta’ formola P, bi tweġiba għal formola G, meta jkun hemm hit dwar twissija għal qbid jew użu bħala prova maħruġa fuq vettura, inġenju ta’ l-ajru, dgħajsa jew kontenitur skond l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni SIS II.

    Billi t-talba tkun urġenti u, għalhekk, ma jkunx possibbli li l-informazzjoni tkun ikkollazzjonata kollha mill-ewwel, ma jkunx jeħtieġ li jimtlew l-oqsma tal-formola P. Iżda għandhom isiru sforzi biex tkun ikkollazzjonata l-informazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ l-intestaturi ewlenin: 041, 042, 043, 162, 164, 165, 166, 167 u 169.

    9.   STATISTIKA

    Darba fis-sena l-Uffiċċju SIRENE għandu jagħti statistika, li għandha tintbagħat lill-Awtorità ta’ Ġestjoni u lill-Kummissjoni. L-istatistika għandha tintbagħat ukoll, meta tintalab, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Awtoritajiet Nazzjonali kompetenti għall-Protezzjoni tad-Data.

    L-istatistika għandu jkollha wkoll l-għadd ta’ formoli ta’ kull tip mibgħuta lil kull wieħed mill-Istati Membri. B’mod partikulari, l-istatistika għandha turi l-għadd ta’ hits u bandieri. Għandha ssir distinzjoni bejn hits misjuba wara twissijiet maħruġa minn Stat Membru ieħor u hits misjuba minn Stat Membru wara twissijiet maħruġa minnu.

    10.   REVIŻJONI TAL-MANWAL SIRENE U MIŻURI OĦRA TA’ IMPLIMENTAZZJONI

    Il-Manwal u miżuri oħra ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu riveduti jekk ikun meħtieġ li jkunu modifikati xi dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li l-operazzjonijiet isiru mingħajr diffikultà.


    (1)  Dan it-test huwa identiku għat-test li jinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/333/KE (ara l-paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-22 ta’ Diċembru 1994, dwar id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta’ Implimentazzjoni (SCH/com-ex (94) 29 rev. 2. ĠU L 239, 22.9.2000, p. 130.

    (4)  Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv tas-7 ta’ Ottubru 1997 (SCH/com-ex 97 (27) rev. 4) għall-Italja u (SCH/com-ex 97 (28) rev. 4) għall-Awstrija

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/848/KE fuq l-applikazzjoni sħiħa ta’ l-acquis ta’ Schengen fil-Greċja, ĠU L 327, 21.12.1999, p. 58.

    (6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/777/KE fuq l-applikazzjoni ta’ l-acquis ta’ Schengen fid-Danimarka, il-Finlandja u l-Iżvezja, u fl-Iżlanda u n-Norveġja (ĠU L 309, 9.12.2000, p. 24).

    (7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/926/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 biex jinġiebu fis-seħħ partijiet ta’ l-aċquis ta’ Schengen mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ĠU L 395, 31.12.2004, p. 70).

    (8)  ĠU C 340, 10.11.1997.

    (9)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.

    (10)  Minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Regolament SIS II”.

    (11)  ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63. Minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Deċiżjoni SIS II”.

    (12)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

    (13)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 1.

    (14)  Dan huwa bla ħsara għal xogħlijiet oħra mogħtija lill-Uffiċċju SIRENE ibbażati fuq leġiżlazzjoni rispettiva fil-kwadru tal-kooperazzjoni tal-Pulizija, eż. fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/JHA.

    (15)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31

    (16)  Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa tat-28 ta’ Jannar 1981, għall-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ ipproċessar awtomatiku ta’ data personali u l-emendi għaliha li saru wara.

    (17)  Dok. 16375/07

    (18)  Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/JHA tat-18 ta' Diċembru 2006 għas-semplifikazzjoni ta’ l-iskambju ta’ informazzjoni u tagħrif bejn awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea.

    (19)  Xi informazzjoni dwar il-proċeduri ta’ aċċess u ta’ rettifiki fl-Istati Membri jistgħu jinstabu fuq il-websajt tal-Kummissjoni http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/index_en.htm.

    (20)  Ara wkoll il-Katalgu Schengen ta’ l-UE, vol. 2: Sistema ta’ Informazzjoni Schengen, SIRENE: rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattika, Diċembru 2002.

    (21)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

    (22)  Art. 30 tad-Direttiva 2004/38/KE jgħid li l-persuna li lilha jkun miċħud dħul għandha tkun notifikata bil-miktub dwar dan u mgħarrfa bmod sħiħ bir-raġunijiet li għalihom tkun iddieħdet id-deċiżjoni sakemm dan ma jkun kontra l-interessi tas-sigurtà ta’ l-Istat.

    (23)  Fil-każ ta’ twissijiet ta’ ċaħda ta’ dħul maħruġin għall-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ l-UE, jeħtieġ jitfakkar li mhux possibbli bħala ħaġa ta’ rutina li jkun ikkonsultat is-SIS II qabel ma tinħareġ karta ta’ residenza għal dik il-persuna. L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/38/KE għandu lista tal-kundizzjonijiet meħtieġa biex jinkiseb id-dritt ta’ residenza għal aktar minn tliet xhur fi Stat Membru ospitanti minn membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ l-Unjoni li jkunu ċittadini ta’ pajjiż terz. Din il-lista, li hija eżawrjenti, ma tippermettix konsultazzzjoni ta’ rutina tas-SIS qabel ma jinħarġu karti ta’ residenza. L-Art. 27 (3) ta’ din id-Direttiva jispeċifika li Stati Membri jistgħu jitolbu, jekk iqisu li tkun essenzjali, informazzjoni minn Stati Membri oħra fir-rigward biss ta’ dokumentazzjoni preċedenti tal-pulizija (għalhekk, jiġifieri, mhux id-data kollha tas-SIS II). Stħarriġ bħal dan m’għandux isir bħala ħaġa ta’ rutina.

    (24)  Skond id-Direttiva 2004/38/KE, persuna li tgawdi mid-dritt Komunitarju tal-moviment ħieles tista’ tkun miċħuda dħul jew waqfien għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew sigurtà pubblika meta l-imġiba personali tagħha tirrappreżenta theddida ġenwina, immedjata u gravi biżżejjed li tolqot wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà, u meta l-kriterji l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 27 (2) ta’ din id-Direttiva ma jkunux rispettati. L-Artikolu 27(2) jistipula: “Miżuri meħudin għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew sigurtà pubblika għandhom ikunu konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità u għandhom ikunu msejsa esklussivament fuq l-imġiba personali ta’ l-individwu konċernat. Kundanni kriminali preċedenti fihom infushom m’għandhomx jikkostitwixxu ragunijiet biex jittieħdu miżuri bħal dawn. L-imġiba personali ta’ l-individwu konċernat għandha tirrappreżenta theddida ġenwina, preżenti u gravi biżżejjed li tolqot wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà. Ġustifikazzjonijiet li jkunu iżolati mill-partikularitajiet tal-każ jew li jistrieħu fuq kunsiderazzjonijiet ta’ prevenzjoni ġenerali m’għandhomx ikunu aċċettati.” Barra minn hekk, hemm limitazzjonijiet addizzjonali għal persuni li jgawdu mid-dritt ta’ residenza permanenti liema persuni jistgħu biss ikunu mċaħħda minn dħul jew waqfien minħabba raġunijiet gravi ta’ ordni pubbliku jew sigurtà pubblika kif imsemmi fl-Art. 28(2) tad-Direttiva.


    Top