This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0305
2008/305/EC: Council Decision of 18 February 2008 on the conclusion of the Agreement between the European Community and the Republic of Panama on certain aspects of air services
2008/305/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Frar 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Panama dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
2008/305/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Frar 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Panama dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
ĠU L 106, 16.4.2008, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/305/oj
16.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 106/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Frar 2008
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Panama dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
(2008/305/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
(2) |
Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim mal-Panama dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru (“Il-Ftehim”) fi qbil mal-mekkanizmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju; |
(3) |
Il-Ftehim ġie ffirmat fl-1 ta’ Ottubru 2007 f’isem il-Komunità Ewropea suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard. |
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Panama dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.
2. It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni (1).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill b'dan huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa tagħmel in-notifika li dwarha jipprovdi l-Artikolu 9(1) tal-Ftehim.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) Ara paġna 7 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
16.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 106/7 |
FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Panama dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
IL-KOMUNITÀ EWROPEA
minn naħa waħda, u
IR-REPUBBLIKA TAL-PANAMA,
min-naħa l-oħra
(minn hawn 'il quddiem “il-Partijiet”)
FILWAQT LI JINNUTAW li ftehim ta’ servizzi bilaterali ta’ l-ajru ġew iffirmati bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Panama, li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi tal-Komunità Ewropea,
FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehim bilaterali ta’ servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,
FILWAQT LI JINNUTAW li, skond il-liġi tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi ta’ l-ajru Komunitarji stabbiliti f'xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi.
WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu dritt ta’ proprjetà fi trasportatur ta’ l-ajru lliċenzjat f'konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea,
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali għal servizzi ta’ l-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Panama, li huma kontra l-liġi tal-Komunità Ewropea, għandhom jinġiebu f'konformità sħiħa magħha sabiex tiġi stabbilita bażi ġuridika tajba għas-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Panama u biex titħares it-tkomplija ta’ servizzi ta’ l-ajru bħal dawn,
FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali ta’ traffiku ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Panama, jew li jiġi affettwat il-bilanċ bejn trasportaturi ta’ l-ajru tal-Komunità u trasportaturita' l-ajru tar-Repubblika tal-Panama, jew li jiġu nnegozjati emendi lid-dispożizzjonijiet li diġà jeżistu ta’ ftehim bilaterali għal servizzi ta’ l-ajru dwar drittijiet tat-traffiku.
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, l-espressjoni “Stati Membri” tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea. “L-Istati Membri ta’ l-LACAC” tfisser l-Istati Membri tal-Kummissjoni ta’ l-Avjazzjoni Ċivili ta’ l-Amerika Latina.
2. Ir-referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness I liċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftiehmu li qed jirriferu għaċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.
3. Ir-referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness I għat-trasportaturi ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru ta’ l-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftiehmu bħala li qed jirriferu għat-trasportaturi ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru ddeżinjati minn dak l-Istat Membru.
Artikolu 2
Deżinjazzjoni, Awtorizzazzjoni u Revoka
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam mad-deżinjazzjoni tal-kumpaniji ta’ l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija mir-Repubblika tal-Panama, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew permessi tat-trasportatur ta’ l-ajru, rispettivament. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam mad-deżinjazzjoni tat-trasportatur ta’ l-ajru mir-Repubblika tal-Panama, l-awtorizzazzjonijiet u permessi tiegħu mogħtija mill-Istat Membru, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew permessi tat-trasportatur ta’ l-ajru, rispettivament.
2. Malli tirċievi deżinjazzjoni mingħand Stat Membru, ir-Repubblika tal-Panama għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-anqas dewmien proċedurali, bil-kundizzjoni li:
(i) |
it-trasportatur ta’ l-ajru jkun stabbilit, skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta’ l-Istat Membru li għamel id-deżinjazzjoni, u jkollu Liċenzja Operattiva valida f'konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea; |
(ii) |
ikun eżerċitat u miżmum il-kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tiegħu u l-awtorità aeronawtika rilevanti tkun identifikata biċ-ċar fid-deżinjazzjoni; kif ukoll |
(iii) |
it-trasportatur ta’ l-ajru jkun proprjetà, direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju, u kkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-istati l-oħra. |
3. Ir-Repubblika tal-Panama tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ kumpanija ta’ l-ajru ddeżinjata minn Stat Membru fejn:
(i) |
it-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx stabbilit, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta’ l-Istat Membru li għamel id-deżinjazzjoni, jew ma jkollux Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi tal-Komunità Ewropea; jew |
(ii) |
ma jkunx eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tiegħu, jew l-awtorità aeronawtika rilevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fid-deżinjazzjoni; jew |
(iii) |
it-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx il-proprjetà ta’ u ma jkunx effettivament ikkontrollat direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-istati l-oħra; jew |
(iv) |
it-trasportatur ta’ l-ajru jkun diġà awtorizzat li jopera fl-ambitu ta’ ftehim bilaterali bejn ir-Repubblika tal-Panama u xi Stat Membru ieħor u r-Repubblika tal-Panama turi li, billi jeżerċita d-drittijiet tat-traffiku fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f'dak l-Istat Membru l-ieħor, dan ikun qed jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor; jew |
(v) |
it-trasportatur ta’ l-ajru jkun fil-pussess ta’ Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru maħruġ mill-Istat Membru u ma jkun hemm l-ebda ftehim bilaterali dwar servizzi ta’ l-ajru bejn ir-Repubblika tal-Panama u dak l-Istat Membru, u d-drittijiet tat-traffiku lejn dak l-Istat Membru jkunu ġew miċħuda lit-trasportatur ta’ l-ajru ddeżinjat mir-Repubblika tal-Panama. |
Waqt li qed teżerċita d-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, ir-Repubblika tal-Panama ma għandhiex tiddiskrimina bejn it-trasportaturi ta’ l-ajru tal-Komunità abbażi tan-nazzjonalità.
4. Malli jirċievi deżinjazzjoni mingħand ir-Repubblika tal-Panama, Stat Membru għandu jagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-anqas dewmien proċedurali possibbli, sakemm:
(i) |
it-trasportatur ta’ l-ajru jkun stabbilit fir-Repubblika tal-Panama; kif ukoll |
(ii) |
ir-Repubblika tal-Panama jkollha u żżomm kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru u tkun responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tiegħu; kif ukoll |
(iii) |
it-trasportatur ta’ l-ajru jkun il-proprjetà ta’ l-Istati Membri ta’ l-LALAC u/jew ta’ ċittadini mill-Istati Membri ta’ l-LALAC u jkun effettivament ikkontrollat minnhom sew direttament inkella permezz ta’ sehem maġġoritarju. |
5. Stat Membru jista’ jirrifjuta, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ trasportatur ta’ l-ajru ddeżinjat mir-Repubblika tal-Panama fejn:
(i) |
it-trasportatur ta’ l-ajru jkun stabbilit fir-Repubblika tal-Panama; jew |
(ii) |
il-kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx eżerċitat jew miżmum mir-Repubblika tal-Panama jew ir-Repubblika tal-Panama ma tkunx responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tiegħu; jew |
(iii) |
it-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx il-proprjetà ta’ l-Istati Membri ta’ l-LALAC u/jew ta’ ċittadini mill-Istati Membri ta’ l-LALAC u ma jkunx effettivament ikkontrollat minnhom sew direttament inkella permezz ta’ sehem maġġoritarju; jew |
(iv) |
it-trasportatur ta’ l-ajru jkun diġà awtorizzat jopera fl-ambitu ta’ ftehim bilaterali bejn l-Istat Membru u Stat Membru ieħor ta’ l-LALAC, u l-Istat Membru juri li, billi jeżerċita d-drittijiet fuq it-traffiku fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f'dak l-Istat Membru l-ieħor ta’ l-LALAC, dan ikun qed jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor. |
Artikolu 3
Sikurezza
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(ċ).
2. Fejn Stat Membru jkun iddeżinja trasportatur ta’ l-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika tal-Panama taħt id-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li ddeżinja t-trasportatur ta’ l-ajru u r-Repubblika tal-Panama għandu japplika bl-istess mod fir-rispett ta’ l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew il-manteniment ta’ l-istandards tas-sikurezza mill-Istat Membru l-ieħor u b'rispett ta’ l-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ dik it-trasportatur ta’ l-ajru.
Artikolu 4
Tassazzjoni tal-karburant ta’ l-avjazzjoni
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(d).
2. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f'kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness II(d) ma għandu jżomm l-Istati Membri milli jimponu, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq karburant li jiġi fornut fit-territorju tagħhom għall-użu f'inġenju ta’ l-ajru ta’ trasportatur ta’ l-ajru ddeżinjat tar-Repubblika tal-Panama li jopera bejn punt fit-territorju ta’ Stat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.
3. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f'kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness II(d) ma għandu jżomm Stat Membru milli jimponi taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq karburant li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f'inġenju ta’ l-ajru ta’ trasportatur ta’ l-ajru ddeżinjat tar-Repubblika tal-Panama li jopera bejn punt fit-territorju ta’ Stat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.
Artikolu 5
It-tariffi għall-ġarr
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-Artikoli elenkati fl-Anness II(e).
2. It-tariffi li jintalbu mit-trasportatur(i) ta’ l-ajru ddeżinjata/i mir-Repubblika tal-Panama permezz ta’ ftehim elenkat fl-Anness I li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness II(e) għal ġarr li jseħħ kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea. Il-liġi tal-Komunità Ewropea hija applikata fuq bażi mhux diskriminatorja.
3. It-tariffi li jintalbu mit-trasportatur(i) ta’ l-ajru ddeżinjat(i) minn Stat Membru fl-ambitu ta’ xi ftehim elenkat fl-Anness I li jkun fihom dispożizzjoni elenkata fl-Anness II(e) għall-ġarr bejn ir-Repubblika tal-Panama u xi Stat Membru ieħor ta’ l-LALAC għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Panama rigward il-price leadership u jiġu applikati fuq bażi mhux diskriminatorja.
Artikolu 6
Il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni
1. Minkejja kull dispożizzjoni għall-kuntrarju, xejn f'kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness I ma għandu (i) jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehim bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki miftiehma li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma bħal dan; jew (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.
2. Id-dispożizzjonijiet fil-ftehim elenkati fl-Anness I li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati.
Artikolu 7
Annessi ta’ dan il-Ftehim
L-Annessi ta’ dan il-Ftehim se jiffurmaw parti integrali minnu.
Artikolu 8
Reviżjonijiet jew emendi
Il-Partijiet jistgħu, f'kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b'kunsens reċiproku.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li jkunu tlestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 10
Terminazzjoni
1. Fil-każ li jiġi tterminat ftehim elenkat fl-Anness I, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x'jaqsmu mal-ftehim elenkat fl-Anness I ikkonċernat għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.
2. Fil-każ li jiġu tterminati l-ftehim kollha elenkati fl-Anness I, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess waqt.
B'XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.
Magħmul fil-Belt ta’ Panama f'żewġ kopji, fl-ewwel jum ta’ Ottubru fis-sena elfejn u sebgħa bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża. F'każ ta’ diverġenza, it-test Spanjol għandu jipprevalixxi fuq it-testi bil-lingwi l-oħra.
За Европейската общнoст
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
Az Európai Közösség részéről
Għall-Komunità Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
För Europeiska gemenskapen
За Република Панама
Por la República de Panamá
Za Panamskou republiku
For Republikken Panama
Für die Republik Panama
Panama Vabariigi nimel
Για τη Δημοκρατία του Παναμά
For the Republic of Panama
Pour la République du Panama
Per la Repubblica di Panama
Panamas Republikas vārdā
Panamos Respublikos vardu
A Panamai Köztársaság részéről
Għar-Repubblika tal-Panama
Voor de Republiek Panama
W imieniu Republiki Panamy
Pela República do Panamá
Pentru Republica Panama
Za Panamskú republiku
Za Republiko Panamo
Panaman tasavallan puolesta
För Republiken Panama
ANNESS I
Lista ta’ ftehim imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Ftehim dwar servizzi ta’ l-ajru bejn ir-Repubblika tal-Panama u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament
|
(b) |
Ftehim dwar servizzi ta’ l-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika tal-Panama u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, dakinhar ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u li mhumiex qed jiġu applikati provviżorjament. |
ANNESS II
Lista ta’ Artikoli fil-ftehim elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Deżinjazzjoni:
|
(b) |
Rifjut, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta’ l-Awtorizzazzjonijiet jew il-Permessi:
|
(c) |
Kontroll regolatorju:
|
(d) |
It-Tassazzjoni tal-Karburant ta’ l-Avjazzjoni:
|
(e) |
It-tariffi fuq il-ġarr
|
ANNESS III
Lista ta’ Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Ir-Repubblika ta l-Iżlanda (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(b) |
Il-Prinċipat ta’ Liechtenstein (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(ċ) |
Ir-Renju tan-Norveġja (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(d) |
Il-Konfederazzjoni Żvizzera (skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru ). |