EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0283
2008/283/EC: Commission Decision of 13 November 2007 amending Decision 2003/757/EC on the aid scheme implemented by Belgium for coordination centres established in Belgium (notified under document number C(2007) 5416) (Text with EEA relevance)
2008/283/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Novembru 2007 dwar l-iskema ta’ għajnuna implimentata mill-Belġju għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju u li temenda d-Deċiżjoni 2003/757/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5416) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/283/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Novembru 2007 dwar l-iskema ta’ għajnuna implimentata mill-Belġju għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju u li temenda d-Deċiżjoni 2003/757/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5416) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 90, 2.4.2008, p. 7–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32003D0757 | Tlestija | artikolu 2 | 18/02/2003 |
2.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 90/7 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Novembru 2007
dwar l-iskema ta’ għajnuna implimentata mill-Belġju għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju u li temenda d-Deċiżjoni 2003/757/KE
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5416)
(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/283/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 88(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1) a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom skond l-Artikoli msemmija (1) u wara li kkunsidrat dawn l-osservazzjonijiet,
Billi:
I. IL-PROĊEDURA (2)
(1) |
Il-bażi ġuridika ta’ l-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni hija d-Digriet Irjali Nru 187 tat-30 ta’ Diċembru 1982. Bid-Deċiżjonijiet tat-2 ta’ Mejju 1984 u d-9 ta’ Marzu 1987, il-Kummissjoni kienet awtorizzat din l-iskema, billi din ma qajmet l-ebda oġġezzjoni fir-rigward tar-regoli tat-Trattat applikabbli fil-qasam ta’ għajnuniet mill-Istat. |
(2) |
Billi hija kienet impenjat ruħha fil-qafas tal-Kodiċi ta’ Kondotta fil-qasam tat-taxxa ta’ l-intrapriżi (minn issa ‘l quddiem “il-Kodiċi ta’ Kondotta”), adottat bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri, mlaqqgħa fi ħdan il-Kunsill, ta’ l-1 ta’ Diċembru 1997 (3), il-Kummissjoni reġgħet eżaminat din l-iskema, fid-dawl tar-regoli tat-Trattat applikabbli fil-qasam ta’ għajnuniet mill-Istat u l-Komunikazzjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tar-regoli relatati ma’ l-għajnuniet mill-Istat għall-miżuri li joħorġu mit-taxxa diretta ta’ l-intrapriżi (4). |
(3) |
Fil-11 ta’ Lulju 2001, il-Kummissjoni pproponiet miżuri utli intiżi biex irażżnu l-effetti ta’ l-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni, għall-intrapriżi kollha kkonċernati, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2005. Il-Belġju m’aċċettax dawn il-miżuri utli billi ħass li kien legalment marbut li jirrispetta, sad-data ta’ l-għeluq tagħhom, il-ftehimiet ta’ 10 snin, li wħud minnhom kienu se jintemmu wara l-31 ta’ Diċembru 2005. |
(4) |
Fis-27 ta’ Frar 2002, fin-nuqqas ta’ aċċettazzjoni tal-miżuri utli, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura formali ta’ eżami (5) stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat f’konformità ma’ l-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 (li sar 88) tat-Trattat tal-KE (6). Il-Kummissjoni, f’din l-okkażjoni, stiednet lill-partijiet terzi interessati biex jagħtuha l-kummenti tagħhom, notevolment fir-rigward taċ-ċirkostanzi li jippermettu li tiġi stabbilita fosthom l-eżistenza ta’ fiduċja leġittima. |
(5) |
Il-Kummissjoni għalqet din il-proċedura formali ta’ eżami b’deċiżjoni finali negattiva, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/757/KE tas-17 ta’ Frar 2003 dwar l-iskema ta’ għajnuniet implimentati mill-Belġju għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju (7), innotifikata lill-Belġju fit-18 ta’ Frar 2003. Billi din kienet għajnuna eżistenti, il-Kummissjoni ma talbitx l-irkupru ta’ għajnuniet mogħtija fl-imgħoddi. Madankollu, taħt miżuri tranżitorji, id-Deċiżjoni 2003/757/KE ippermettiet liċ-ċentri ta’ koordinazzjoni biex jibbenefikaw mill-vantaġġi ta’ l-iskema sat-tmiem tal-ftehim tagħhom fis-seħħ, u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010. Il-Belġju u l-assoċjazzjoni Forum 187, li tgħaqqad iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni, iddepożitaw appelli quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, bil-għan li tiġi sospiża jew annullata, kompletament jew parzjalment, id-Deċiżjoni msemmija (il-każijiet C-182/03 u T-140/03 li sar C-217/03). |
(6) |
Permezz ta’ Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003 (8), il-President tal-Qorti ssospenda l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2003/757/KE “sakemm din (tipprojbixxi) lir-Renju tal-Belġju milli jġedded il-ftehimiet taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni li jkun hemm fis-seħħ fid-data tan-notifika tad-Deċiżjoni msemmija”. Huwa speċifika wkoll li “[l-]effetti tat-tiġdid eventwali li jsir fuq bażi ta’ [din l-]ordinanza ma [setgħux] iseħħu wara l-ġurnata li tingħata s-sentenza fl-azzjoni prinċipali”. |
(7) |
Fuq talba tal-Belġju, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/531/KE tas-16 ta’ Lulju 2003 dwar l-għotja mill-Gvern Belġjan ta’ għajnuna għal ċerti ċentri ta’ koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju (9) kkunsidrat, skond it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 88(2) tat-Trattat, “bħala kompatibbli mas-Suq Komuni, l-għajnuna li l-Belġju għandu l-ħsieb li jagħti sal-31 ta’ Diċembru 2005 lill-intrapriżi li fil-31 ta’ Diċembru 2000 kienu bbenefikaw minn ftehim bħala ċentru ta’ koordinazzjoni taħt id-Digriet Irjali Nru 187 tat-30 ta’ Diċembru 1982 li skada bejn is-17 ta’ Frar 2003 u l-31 ta’ Diċembru 2005.” L-għajnuna kkonċernata kienet li jinżammu l-benefiċċji ta’ l-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni għall-intrapriżi msemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni ddepożitat appell quddiem il-Qorti kontra d-Deċiżjoni 2003/531/KE (il-każ C-399/03). |
(8) |
Fis-16 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni rreaġixxiet għad-Deċiżjoni 2003/531/KE bi stqarrija għall-istampa u speċifikat: “Ir-raġunament żviluppat fl-Ordinanza u l-għażla tal-kliem użat fid-dikjarazzjoni tagħha jagħtu x’jaħsbu li l-għajnuniet mogħtija fuq din il-bażi huma miksuba b’mod definit għaċ-ċentri, anke jekk il-Qorti jkollha, fir-rigward tas-sustanza, sussegwentement tirrifjuta l-appell tal-Belġju”. (IP/03/1032). |
(9) |
Permezz ta’ sentenza tat-22 ta’ Ġunju 2006 (10), il-Qorti annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni “billi din ma tagħmilx provvediment għal miżuri tranżitorji fir-rigward taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni fejn it-talba għat-tiġdid ta’ ftehim kienet għadha pendenti fid-data ta’ notifika tad-Deċiżjoni kkuntestata jew fejn il-ftehim kien jiskadi fl-istess żmien jew ftit żmien wara n-notifika tad-Deċiżjoni msemmija”. Fl-istess ġurnata, hija annullat ukoll id-Deċiżjoni 2003/531/KE (11). |
(10) |
Permezz ta’ ittra ta’ l-4 ta’ Lulju 2006 (12), il-Kummissjoni talbet lill-Belġju biex jipprovdilha ċerta informazzjoni sabiex tiddetermina s-segwitu xieraq li għandha tagħti għas-sentenza tal-Qorti tat-22 ta’ Ġunju 2006 fil-każijiet C-182/03 u C-217/03. Din l-informazzjoni kienet tolqot il-mod kif il-Belġju kien implimenta d-Deċiżjoni 2003/757/KE hekk kif kienet parzjalment sospiża bl-Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003. Il-Belġju ngħata limitu ta’ żmien ta’ 20 jum ta’ xogħol – jiġifieri fil-prinċipju sat-2 ta’ Awwissu 2006 – biex jipprovdi l-informazzjoni mitluba. |
(11) |
Fit-23 ta’ Awwissu 2006, billi kienet għadha ma rċeviet l-ebda tweġiba, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ tfakkir (13) lill-Belġju. Il-Belġju ngħata limitu ta’ żmien ġdid ta’ 10 ijiem ta’ xogħol – jiġifieri fil-prinċipju sas-7 ta’ Settembru 2006 – biex jipprovdi l-informazzjoni mitluba. |
(12) |
Fit-13 ta’ Settembru 2006, intbagħtet e-mail informali lill-Belġju b’kopja taż-żewġ ittri msemmija hawn fuq. Permezz ta’ ittra ta’ l-14 ta’ Settembru 2006, b’referenza għall-e-mail imsemmija u l-ittri mehmużin magħha, il-Belġju indika li qatt ma rċieva dawn l-ittri. Permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Settembru 2006, il-Kummissjoni stiednet lill-Belġju biex jibgħat l-informazzjoni mitluba fil-bidu fl-4 ta’ Lulju u biex javżaha fid-dettall bl-intenzjonijiet tiegħu fir-rigward taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni. Ġiet proposta wkoll laqgħa teknika. Billi t-tweġiba tal-Belġju, tat-12 ta’ Ottubru 2006, ma kellha xejn mill-informazzjoni mitluba, il-Kummissjoni, permezz ta’ ittra ta’ l-10 ta’ Novembru 2006, reġgħet fakkret fl-importanza ta’ l-informazzjoni mitluba u insistiet mal-Belġju biex dan jagħti t-tweġibiet mixtieqa sa mhux aktar tard mit-22 ta’ Novembru 2006. L-aħħar ittra mill-Belġju, tas-17 ta’ Novembru 2006, reġgħet ma kellha ebda tweġiba dwar is-sustanza. |
(13) |
Fis-16 ta’ Jannar 2007, il-Belġju bagħat l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni. Il-Belġju ta spjegazzjonijiet komplementari permezz ta’ ittri tat-8 u s-16 ta’ Frar 2007. Barra minn hekk, kien hemm tliet laqgħat, fil-5 u l-15 ta’ Frar kif ukoll fil-5 ta’ Marzu 2007, bejn il-Kummissjoni u l-Belġju. |
(14) |
Permezz ta’ ittra tal-21 ta’ Marzu 2007, il-Kummissjoni infurmat lill-Belġju bid-deċiżjoni tagħha li testendi l-proċedura li nfetħet fis-27 ta’ Frar 2002 kontra din l-għajnuna, skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat. |
(15) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li testendi l-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (14). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżuri tranżitorji xierqa li fit-termini tas-sentenza tal-Qorti, hija kellha tipprevedi. |
(16) |
Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet dwar dan is-suġġett min-naħa ta’ Forum 187 (15) u minn tliet ċentri ta’ koordinazzjoni. Hija bagħtithom lill-Belġju fejn tagħtu l-possibbiltà biex jikkummenta fuqhom, u rċeviet il-kummenti tiegħu permezz ta’ ittri tad-19 u t-30 ta’ Lulju 2007. |
II. DESKRIZZJONI TA’ L-ISKEMA
(17) |
Il-bażi ġuridika prinċipali ta’ l-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni hija d-Digriet Irjali Nru 187 tat-30 ta’ Diċembru 1982. Ċentru ta’ koordinazzjoni huwa intrapriża li tagħmel parti minn grupp multinazzjonali u li jipprovdi ċerti servizzi kkwalifikati anċillari (finanzjament, ġestjoni tat-teżor, riċerka u żvilupp, eċċ.) għall-benefiċċju esklussiv ta’ intrapriżi oħra ta’ l-istess grupp. Mill-1983, taħt skema speċjali approvata mill-Kummissjoni, dawn l-intrapriżi bbenefikaw fil-Belġju minn bażi taxxabbli mnaqqsa b’mod konsiderevoli għat-taxxa tal-kumpaniji u bosta eżenzjonijiet (taxxa kapitali, taxxa fuq il-proprjetà, taxxa miżmuma f’ras il-għajn). Il-benefiċċju ta’ din l-iskema ngħata mal-kisba ta’ ftehim ta’ 10 snin li jiddikjara li ċ-ċentru ta’ koordinazzjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Digriet Irjali Nru 187. Dan il-ftehim seta’ jiġġedded kif jgħaddu l-10 snin bl-istess kundizzjonijiet (16). |
(18) |
Fis-27 ta’ Diċembru 2006, il-Belġju adotta liġi (17) li kienet tippermetti li jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2010 l-ftehim taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kollha li jitolbuh, jekk ikun il-każ b’effett retroattiv. Barra ċ-ċentri li l-ftehimiet ġew imġedda bejn is-17 ta’ Frar 2003 u l-31 ta’ Diċembru 2005, din il-possibbiltà ta’ estensjoni kienet ukoll aċċessibbli għaċ-ċentri li l-ftehim tagħhom jiskadi bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u l-31 ta’ Diċembru 2010 kif ukoll numru mhux speċifikat ta’ ċentri li l-ftehim tagħhom kien se jiskadi sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2005 iżda li, sa dakinhar, ma jkunux għamlu t-talba ta’ tiġdid. Din il-liġi ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat iżda d-dħul fis-seħħ tagħha ġie sospiż u bil-kundizzjoni ta’ konferma mill-Kummissjoni li ma kienx hemm oġġezzjoni min-naħa tagħha. |
(19) |
Mill-243 ċentru ta’ koordinazzjoni attiv fl-2002, 173 kienu għadhom attivi fl-2007. Fosthom, 27 għandhom ftehim validu sal-31 ta’ Diċembru 2010, skond id-Deċiżjoni 2003/757/KE. Il-ftehim tal-136 l-oħra jiskadi qabel il-31 ta’ Diċembru 2010 u dawn għalhekk huma kkonċernati bil-possibbiltà ta’ estensjoni offerta mil-liġi. Numru mhux determinat ta’ ċentri ta’ koordinazzjoni li sadanittant waqfu mill-attivitajiet tagħhom jistgħu, milli jidher, jibbenefikaw ukoll mill-estensjoni stipulata mil-liġi tas-27 ta’ Diċembru 2006. |
III. L-GĦAN TA’ L-ESTENSJONI TAL-PROĊEDURA FORMALI
(20) |
Wara l-Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003 li ssospendiet l-effetti tal-projbizzjoni ta’ tiġdid tal-ftehimiet taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni li waslu biex jiskadu, il-Belġju kellu l-possibbiltà li jġedded dawn il-ftehimiet. L-effetti ta’ dan it-tiġdid madankollu ma setgħux jaqbżu d-data tad-deċiżjoni fis-sustanza. Is-sentenza tal-Qorti ngħatat fit-22 ta’ Ġunju 2006. |
(21) |
Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni kienet qiegħda tistenna li l-Belġju jkun sodisfatt li jestendi l-ftehim taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni sa tmiem l-2005, kif ġie deċiż fil-qafas tal-Kodiċi ta’ Kondotta u kif mitlub bosta drabi mill-Belġju. Il-Kummissjoni talbet konferma ta’ dan mill-Belġju permezz ta’ ittra ta’ l-4 ta’ Lulju 2006. Il-Belġju kkonferma li kien illimita sal-31 ta’ Diċembru 2005 t-tiġdid mogħti fuq bażi ta’ l-Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003, ħlief għal erba’ ċentri li l-ftehim tagħhom ġie estiz mingħajr data definita. Il-Belġju avża wkoll lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu, fuq bażi ta’ l-interpretazzjoni tiegħu tas-sentenza tal-Qorti, li jestendi l-ftehimiet taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kollha sa tmiem l-2010 u bl-adozzjoni f’Diċembru 2006 ta’ liġi maħsuba biex tippermetti din l-estensjoni ġenerali lil hinn mill-2005, jekk ikun il-każ b’effett retroattiv. |
(22) |
Fil-21 ta’ Marzu 2007, minħabba ftehim fuq l-interpretazzjoni mogħtija għas-sentenza tal-Qorti, il-Kummissjoni ħasbet li għandha testendi l-proċedura formali ta’ eżami biex tesponi l-interpretazzjoni tagħha stess tas-sentenza u tagħmel pubbliċi l-elementi li fuqhom hija ħasbet li għandha tibbaża ruħha biex tiffissa l-perjodu tranżitorju “ġdid” mitlub mill-Qorti. Il-Kummissjoni kellha wkoll xi dubji fir-rigward ta’ l-interpretazzjoni tas-sentenza tal-Qorti hekk kif ippreżentata mill-Belġju u dwar l-intenzjoni tiegħu li jġedded il-ftehim taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kollha sa tmiem l-2010. |
IV. IL-KUMMENTI TAL-BELĠJU U TAL-PARTIJIET TERZI INTERESSATI
(23) |
Wara l-estensjoni tal-proċedura, saru osservazzjonijiet mill-Belġju, minn Forum 187 kif ukoll minn tliet ċentri ta’ koordinazzjoni li l-ftehimiet tagħhom kienu jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2003 jew il-31 ta’ Diċembru 2004 u li ġew imġedda sal-31 ta’ Diċembru 2005. Minn dawn l-osservazzjonijiet, jidher li l-Belġju u ċ-ċentri ta’ koordinazzjoni jiddefendu l-għoti ta’ perjodu tranżitorju li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2010, għar-raġunijiet li ġejjin:
|
(24) |
Il-Belġju jaħseb li l-liġi tas-27 ta’ Diċembru 2006 tikkostitwixxi s-sempliċi implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti u ma tikkostitwixxix skema ġdida ta’ għajnuniet iżda l-estensjoni ta’ l-iskema eżistenti. Wieħed miċ-ċentri ta’ koordinazzjoni jaħseb ukoll li t-talba tiegħu għal estensjoni, magħmula wara s-sentenza tal-Qorti iżda qabel l-adozzjoni tal-liġi, tistrieħ fuq dritt għal tiġdid rikonoxxut mis-sentenza u mhux mil-liġi. |
V. IL-VALUTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
(25) |
L-argumenti ppreżentati mill-Belġju u miċ-ċentri ta’ koordinazzjoni huma maħsuba biex juru li l-Kummissjoni għandha tawtorizza liċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kollha biex jibbenefikaw mill-iskema sal-31 ta’ Diċembru 2010, kemm skond l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza mqajjem mill-Qorti, li jimponi l-għoti, liċ-ċentri kollha, ta’ l-itwal perjodu tranżitorju mogħti (jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2010), kif ukoll skond l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ fiduċja leġittima li jimponi lill-Kummissjoni biex tiffissa data oħra li mhix it-18 ta’ Frar 2003, jiġifieri d-data tas-sentenza, jew inkella dik ta’ din id-Deċiżjoni, bħala l-bidu tal-perjodu tranżitorju xieraq mitlub mill-Qorti. La l-Belġju u lanqas l-intrapriżi kkonċernati ma ppreżentaw argumenti maħsuba biex juru li l-perjodu tranżitorju xieraq, iddefinit mill-Qorti bħala l-perjodu meħtieġ għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni biex jadattaw irwieħhom għall-bidla fl-iskema, kellu jestendi mit-18 ta’ Frar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2010, jiġifieri jdum iktar minn 7 snin u 10 xhur. Għar-raġunijiet spjegati f’din il-parti, il-Kummissjoni taħseb li l-bidu tal-perjodu tranżitorju għandu jkun it-18 ta’ Frar 2003 u li għandu jkun ta’ tul ta’ żmien raġjonevoli. Fuq bażi ta’ l-elementi fil-pussess tagħha, il-Kummissjoni barra minn hekk taħseb li dan il-perjodu tranżitorju xieraq intemm fil-31 ta’ Diċembru 2005. |
1. Il-limiti ta’ l-annullament iddikjarat mill-Qorti
(26) |
Is-sentenza tal-Qorti tiddikjara li d-Deċiżjoni 2003/757/KE hija annullata “billi din ma tagħmilx provvediment għal miżuri tranżitorji fir-rigward taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni fejn it-talba għat-tiġdid ta’ ftehim kienet għadha pendenti fid-data ta’ notifika tad-Deċiżjoni kkuntestata jew fejn il-ftehim kien jiskadi fl-istess żmien jew ftit żmien wara n-notifika tad-Deċiżjoni msemmija”. Fil-punt 163 tas-sentenza, il-Qorti tispeċifika li “l-espressjoni “ftit żmien wara” għandha tinftiehem fis-sens li qiegħda tirreferi għal data tant qrib ta’ dik tan-notifika tad-deċiżjoni kkuntestata li ċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kkonċernati ma kellhomx ħin biżżejjed biex jadattaw irwieħhom għall-bidla ta’ l-iskema inkawża.” |
(27) |
L-ewwel nett, huwa importanti li wieħed jinnota li l-Qorti tikkonferma l-leġittimità tad-Deċiżjoni 2003/757/KE billi din tikkwalifika l-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni ta’ skema ta’ għajnuniet bħala inkompatibbli mas-Suq Komuni. Din il-kwalifika kienet ikkuntestata quddiem il-Qorti minn Form 187 iżda mhux mill-Belġju. Din ma kienitx l-għan tas-sospensjoni u l-annullament parzjali tad-deċiżjoni msemmija. L-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni għalhekk hija inkompatibbli mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni msemmija. |
(28) |
Imbagħad, il-Kummissjoni tinterpreta s-sentenza tal-Qorti fis-sens li l-annullament iddikjarat jistrieħ fuq id-dikjarazzjoni li d-Deċiżjoni 2003/757/KE kienet iċċaħħad lil ċerti intrapriżi mill-miżuri tranżitorji xierqa li kellhom jingħatawlhom biex ikunu jistgħu jadattaw irwieħhom għall-bidla fl-iskema tat-taxxa. |
(29) |
Il-Qorti fil-fatt tikkritika l-projbizzjoni b’effett immedjat tat-tiġdid, anke temporanjament, tal-ftehimiet taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni, billi din taffettwa l-fiduċja leġittima ta’ ċerti ċentri “fejn it-talba għat-tiġdid ta’ ftehim kienet għadha pendenti fid-data ta’ notifika tad-Deċiżjoni kkuntestata jew fejn il-ftehim kien jiskadi fl-istess żmien jew ftit żmien wara n-notifika tad-Deċiżjoni msemmija”. Il-Qorti taħseb li dawn iċ-ċentri setgħu jistennew b’mod leġittimu li jibbenefikaw minn perjodu tranżitorju xieraq biex jadattaw irwieħhom għall-bidla fl-iskema u, jekk meħtieġ biex jibbenefikaw minn dan il-perjodu tranżitorju, sabiex jiksbu estensjoni temporanja tal-ftehim. |
(30) |
Is-sentenza tal-Qorti għalhekk timponi lill-Kummissjoni biex tawtorizza t-tiġdid tal-ftehimiet sakemm dan it-tiġdid – temporanju – ikun meħtieġ biex jitħares id-dritt taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni għal perjodu tranżitorju xieraq. Il-Kummissjoni għalhekk tiddikjara li l-Qorti ma tannullax l-effetti kollha tal-projbizzjoni għat-tiġdid – anke temporanjament – tal-ftehimiet, kif mitlub mill-Belġju u Forum 187 fl-appelli tagħhom u kif propost fil-konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali. Din il-projbizzjoni għalhekk għandha l-effetti tagħha, ħlief jekk it-tiġdid tal-ftehimiet huwa meħtieġ biex ikun konformi mas-sentenza fis-sustanza. |
(31) |
Kif jidher mill-kummenti rċevuti, il-Qorti kkritikat ukoll il-fatt li ngħataw perjodi tranżitorji differenti lill-intrapriżi – minn ftit xhur għal bosta snin – għar-raġuni li dan jikser il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza ta’ trattament. Il-Qorti għalhekk tissuġġerixxi li l-Kummissjoni kellha tiffissa, għall-intrapriżi kollha kkonċernati, perjodu tranżitorju wieħed u xieraq, jiġifieri li jippermettilhom li jadattaw irwieħhom għall-bidla fl-iskema. |
(32) |
Il-Kummissjoni għalhekk għamlet żball meta tat liċ-ċentri ta’ koordinazzjoni fiduċja leġittima bbażata fuq it-tul ta’ żmien (10 snin) tal-ftehimiet u tat perjodu tranżitorju qasir wisq (jiġifieri inqas mill-perjodu tranżitorju xieraq) lil ċerti ċentri u perjodu tranżitorju twil wisq (jiġifieri iktar mill-perjodu tranżitorju xieraq) lil oħrajn. |
(33) |
Il-Qorti madankollu fasslet id-dispożizzjoni tagħha b’tali mod li din tillimita l-annullament fin-nuqqas ta’ perjodu tranżitorju xieraq għal ċerti intrapriżi “fejn it-talba għat-tiġdid ta’ ftehim kienet għadha pendenti fid-data ta’ notifika tad-Deċiżjoni kkuntestata jew fejn il-ftehim kien jiskadi fl-istess żmien jew ftit żmien wara n-notifika tad-Deċiżjoni msemmija”. Il-Qorti barra minn hekk tispeċifika wkoll, fil-punt 163 tas-sentenza tagħha, dak li tfisser l-espressjoni “ftit żmien wara”. |
(34) |
Is-sentenza tal-Qorti għalhekk ma timponix lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi mill-ġdid ugwaljanza ta’ trattament perfetta għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kollha, iżda biex tikkumpensa l-effetti ta’ din l-inugwaljanza ta’ trattament għal ċerti intrapriżi li jkunu sofrew dannu fin-nuqqas ta’ perjodu tranżitorju xieraq. L-ugwaljanza ta’ trattament timplika f’dan il-każ li b’xi mod l-intrapriżi kollha jibbenefikaw minn perjodu tranżitorju li jippermittilhom li jadattaw irwieħhom għall-iskema. Is-sentenza ma tannullax id-definizzjoni tal-perjodu tranżitorju għall-intrapriżi li jkunu kisbu perjodu tranżitorju superjuri għall-perjodu tranżitorju xieraq biex jadattaw irwieħhom għall-bidla fl-iskema u l-Kummissjoni għalhekk ma tistax tqassru sabiex terġa’ tistabbilixxi l-ugwaljanza ta’ trattament. |
(35) |
Il-Kummissjoni tqis madankollu li l-Qorti tastjeni milli tispeċifika t-tul ta’ żmien tal-miżuri tranżitorji xierqa, u li ma tispeċifikax in-numru ta’ intrapriżi mċaħħda minn tali miżuri xierqa u għalhekk ikkonċernati bl-annullament. B’mod partikolari, is-sentenza ma tgħidx li l-perjodu tranżitorju xieraq invokat huwa dak li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2010 u ma tobbligax lill-Kummissjoni, kif jippretendi l-Belġju, bl-applikazzjoni waħdanija tal-prinċipju ta’ ugwaljanza ta’ trattament, li tallinja l-perjodu tranżitorju ta’ l-intrapriżi kollha fuq l-itwal wieħed mill-perjodi tranżitorji mogħtija bid-Deċiżjoni 2003/757/KE – jiġifieri l-31 ta’ Diċembru 2010. Il-Qorti għall-kuntrarju donnha qiegħda tissuġġerixxi li perjodu identiku għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kollha, maħsub unikament biex jippermettilhom jadattaw irwieħhom għall-bidla fl-iskema, kien ikun xieraq u li dawk biss li l-ftehim tagħhom kien se jintemm ftit wara kienu se jkunu mċaħħda minnu. |
(36) |
Il-Kummissjoni għalhekk taħseb li l-perjodu tranżitorju previst fid-Deċiżjoni 2003/757/KE għandu jkun riformat unikament skond l-annullament iddikjarat mill-Qorti. Bl-istess mod, hija taħseb li l-perjodu tranżitorju xieraq invokat mill-Qorti għandu jkun determinat fuq il-bażi ta’ elementi li juru l-karattru xieraq tiegħu, jiġifieri mhux biss il-karattru suffiċjenti tiegħu iżda wkoll il-karattru meħtieġ tiegħu. Id-deċiżjoni li tiġi estiża l-proċedura kienet maħsuba biex tippermetti lill-Belġju u lill-partijiet terzi interessati
|
(37) |
Fis-segwitu ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tintrabat li turi li l-perjodu tranżitorju xieraq invokat mill-Qorti kellu jibda fit-18 ta’ Frar 2003 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2005 għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kollha, u mhux fil-31 ta’ Diċembru 2010. Il-Kummissjoni tittratta mbagħad sitwazzjonijiet li fihom hija taħseb li fiduċja leġittima mqabbda minnha stess tobbligaha biex tippermetti lil ċerti ċentri ta’ koordinazzjoni li jibbenefikaw mill-iskema wara l-31 ta’ Diċembru 2005. |
2. Il-bidu tal-perjodu tranżitorju xieraq
(38) |
Il-kummenti tal-Belġju u tal-partijiet terzi interessati jissuġġerixxu li l-bidu tal-perjodu tranżitorju li jrid jiġi determinat mill-Kummissjoni wara s-sentenza tal-Qorti ma jistax ikun id-data ta’ notifika tad-Deċiżjoni 2003/757/KE. Tressqu dati differenti, notevolment id-data tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni msemmija fil-Ġurnal Uffiċjali u d-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni. |
(39) |
Il-Kummissjoni taħseb għall-kuntrarju li l-perjodu tranżitorju xieraq invokat mill-Qorti għandu jkun ikkalkulat mid-data ta’ notifika tad-Deċiżjoni 2003/757/KE, jiġifieri mit-18 ta’ Frar 2003. |
(40) |
L-ewwel nett, fit-22 ta’ Ġunju 2006, l-effetti ta’ l-Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003 ġew mibdula bl-effetti tas-sentenza tal-Qorti fis-sustanza u dan, b’effett retroattiv għad-data ta’ notifika tad-Deċiżjoni 2003/757/KE. Is-sentenza tal-Qorti tikkunsidra s-sitwazzjoni taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni fid-data ta’ notifika tad-Deċiżjoni msemmija. Għalhekk wieħed m’għandux jaħseb li l-Qorti titlob perjodu tranżitorju li l-bidu tiegħu jkun differenti mid-data ta’ notifika tad-deċiżjoni kkontestata. |
(41) |
Imbagħad, id-dispożizzjoni tas-sentenza tal-Qorti tirreferi b’mod espliċitu għal din id-data, billi d-deċiżjoni hija annullata “billi din ma tagħmilx provvediment għal miżuri tranżitorji fir-rigward taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni fejn it-talba għat-tiġdid ta’ ftehim kienet għadha pendenti fid-data ta’ notifika tad-Deċiżjoni kkuntestata jew fejn il-ftehim kien jiskadi fl-istess żmien jew ftit żmien wara n-notifika tad-Deċiżjoni msemmija ”. (is-sottolinjament ġie miżjud). |
(42) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni taħseb li l-fiduċja leġittima li teżisti fost iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet u l-pożizzjonijiet anterjuri tal-Kummissjoni f’dan il-fajl ġiet interrotta mhux aktar tard mid-data ta’ notifika tad-Deċiżjoni 2003/757/KE. Fil-fatt, f’din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkwalifika l-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni ta’ għajnuna bħala inkompatibbli mas-Suq Komuni u titlob il-modifika jew it-tneħħija tagħha. Din il-kwalifika ma kienitx l-għan ta’ sospensjoni u ġiet ikkonfermata mill-Qorti fis-sentenza tagħha tat-22 ta’ Ġunju 2006. Hija tipproduċi għalhekk l-effetti tagħha mid-data ta’ notifika tad-Deċiżjoni 2003/757/KE għall-Belġju. Id-deċiżjoni msemmija barra minn hekk kellha magħha stqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni u bbenefikat minn kopertura wiesgħa fil-gazzetti. Il-Kummissjoni għalhekk taħseb li tista’ tikkunsidra d-data ta’ notifika tad-Deċiżjoni 2003/757/KE bħala l-aħħar data ta’ ksur tal-fiduċja leġittima mqiegħda miċ-ċentri ta’ koordinazzjoni fil-kompatibbiltà ta’ l-iskema mas-Suq Komuni, u għalhekk bħala data tal-bidu tal-miżuri tranżitorji ġġustifikati minn din il-fiduċja leġittima mgħoddija. Minħabba fil-ksur tal-fiduċja leġittima minn meta ħarġet in-notifika tad-Deċiżjoni 2003/757/KE, il-Kummissjoni taħseb li l-aġġornament tal-bidu tal-perjodu tranżitorju għal data ulterjuri m’huwiex iġġustifikat, anke sad-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-Ġurnal Uffiċjali. Fil-fatt, Forum 187, l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta u taġixxi f’isem iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni u, skond id-dikjarazzjonijiet tagħha stess, rikonoxxuta b’dan id-dritt mill-Belġju, iddepożitat appell dettaljat quddiem il-Qorti fl-aħħar ta’ April 2003 kontra d-Deċiżjoni 2003/757/KE – għalhekk qabel il-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali – li juri li ċ-ċentri ta’ koordinazzjoni, bl-intermedjar ta’ l-assoċjazzjoni mqabbda biex tiddefendihom, kien jafu bis-sustanza tad-deċiżjoni msemmija, u b’mod partikolari bil-kwalifika ta’ għajnuna bħala inkompatibbli mas-Suq Komuni u bl-obbligu impost fuq il-Belġju biex jemenda jew ineħħi l-iskema inkawża. |
(43) |
Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni tiddikjara li ebda ċentru ta’ koordinazzjoni fil-prattika ma sofra danni bil-projbizzjoni tat-tiġdid tal-ftehimiet u, kemm skond id-Deċiżjoni 2003/757/KE, kif ukoll skond l-Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003, kollha setgħu japprofittaw sa mit-18 ta’ Frar 2003 minn perjodu tranżitorju li kien jippermettilhom jadattaw irwieħhom għall-bidla fl-iskema imposta mill-Kummissjoni. L-Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003 tirreferi wkoll b’mod espliċitu għad-data ta’ notifika tad-Deċiżjoni 2003/757/KE li tissospendi l-effetti tad-Deċiżjoni “safejn din tipprojbixxi lir-Renju tal-Belġju milli jġedded il-ftehimiet taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni li jkunu għadhom għaddejjin fid-data tan-notifika tad-deċiżjoni msemmija ” (is-sottolinjmanet ġie miżjud). Din is-sospensjoni għalhekk ippermettiet it-tiġdid tal-ftehimiet li kienu għadhom għaddejjin fis-17 ta’ Frar 2003 u l-estensjoni ta’ l-effetti ta’ l-iskema sa mhux aktar tard mit-22 ta’ Ġunju 2006, id-data tas-sentenza fis-sustanza. Barra minn hekk, sa mis-16 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni kkonfermat li hija ma kienitx se titlob ir-rimborż ta’ l-għajnuniet mogħtija fuq il-bażi ta’ l-Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003, biex b’hekk żgurat liċ-ċentri ta’ koordinazzjoni tgawdija b’mod effettiv u definittiv mill-perjodu tranżitorju li rriżulta mill-effetti tas-sospensjoni ordnata. |
(44) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li hija ma tistax tilqa’ b’mod favorevoli l-argumenti ppreżentati mill-Belġju u ċ-ċentri ta’ koordinazzjoni biex jitolbu l-aġġornament għal data ulterjuri tal-bidu tal-perjodu tranżitorju xieraq. Fil-fatt, il-Qorti kkonfermat il-kwalifika ta’ għajnuna bħala imkompatibbli mas-Suq Komuni fis-17 ta’ Frar 2003. Il-fiduċja leġittima mqajjma mid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni ta’ l-1984 u l-1987 li jawtorizzaw l-iskema għalhekk intemmet mhux aktar tard minn Frar 2003. Jekk id-data tas-sentenza tal-Qorti u s-sustanza tagħha ma kienux mgħarrfa liċ-ċentri ta’ koordinazzjoni, din l-inċertezza ma tirriżultax mill-atti tal-Kummissjoni. Il-proċedura ġudizzjarja għalhekk ma kienitx suxxettibbli li twassal għal fiduċja leġittima, li tista’ tintuża kontra l-Kummissjoni, li skond hi l-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kienet kompatibbli mas-Suq Komuni. Din tirriżulta mid-depożitu ta’ l-appelli li – kif inhuma – ma jistgħux iwasslu għal sospensjoni. Id-dewmien tal-proċedura ġudizzjarja għalhekk ma jistax jiġġustifika l-estensjoni tal-perjodu tranżitorju – effettivament mogħti liċ-ċentri ta’ koordinazzjoni mit-18 ta’ Frar 2003 – billi jitfa’ lura b’tant id-data tal-bidu tal-perjodu tranżitorju. |
3. Id-data ta’ tmiem il-perjodu tranżitorju xieraq
(45) |
Sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut tal-miżuri tranżitorji xierqa u d-dewmien eżatt tal-perjodu tranżitorju xieraq, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-informazzjoni disponibbli hekk kif jirriżulta mill-impenji meħuda, it-talbiet li tfasslu u d-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Belġju jew mill-intrapriżi kkonċernati qabel jew ftit wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2003/757/KE. Il-Kummissjoni fil-fatt taħseb li din l-informazzjoni hija l-aħjar li tista’ turi mhux biss il-pożizzjoni tal-Belġju, iżda wkoll dik ta’ l-intrapriżi kkonċernati fis-17 ta’ Frar 2003. In-nuqqas ta’ reazzjoni għal ċerti atti formali – u kuntestabbli – ta’ l-awtoritajiet nazzjonali jew għad-Deċiżjoni 2003/531/KE ġie wkoll interpretat bħala sinjal ta’ l-adeżjoni ta’ l-intrapriżi kkonċernati. |
(46) |
L-ewwelnett, il-Belġju ntrabat, fil-qafas tal-ħidmiet tal-gruppi ta’ segwitu tal-Kodiċi ta’ Kondotta, li jneħħi l-effetti ta’ l-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2005. Dan l-impenn reġa ‘tqajjem fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 u s-27 ta’ Novembru 2000 (21). |
(47) |
Dawn il-konklużjonijiet ġew magħmula pubbliċi permezz ta’ stqarrija għall-istampa (22) u, fuq din il-bażi, il-Ministru tal-Finanzi Belġjan iddikjara fl-20 ta’ Diċembru 2000 quddiem il-Kamra tar-Rappreżentanti li “iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni approvati għall-ewwel darba fil-31.12.2000 […] jistgħu jkomplu jibbenefikaw mill-iskema sal-31 ta’ Diċembru 2005, kemm taħt il-ftehim inizjali, kif ukoll taħt tiġdid tal-ftehim […].” (23). |
(48) |
F’ittra tas-6 ta’ Marzu 2003 indirizzata lill-Kummissjoni li ssemmi l-konklużjonijiet tal-Kunsill u l-Komunikazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi, il-Belġju jaħseb li “F’dawn il-kundizzjonijiet, il-Belġju daħal għal impenji, li l-effetti tagħhom jintemmu fil-31 ta’ Diċembru 2005, lejn iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni tiegħu.” Il-Belġju wkoll iqajjem dan l-argument quddiem il-Qorti (il-punti 141 u 142 tas-sentenza). Għalkemm m’huwiex miżmum mill-Qorti bħala l-bażi ta’ fiduċja leġittima fir-rigward tal-Kummissjoni, l-impenn politiku tal-Belġju lejn iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni jidher, għall-kuntrarju, rilevanti biex jiġi evalwat il-perjodu tranżitorju li l-Belġju ġġudika xieraq għal dawn. |
(49) |
It-tieninett, f’din l-istess ittra tas-6 ta’ Marzu 2003, il-Belġju rreaġixxa f’dawn it-termini fir-rigward tat-tul ta’ żmien raġjonevoli hekk kif definit mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni 2003/757/KE: “Tassew, il-Kummissjoni tat tul ta’ żmien raġjonevoli liċ-ċentri ta’ koordinazzjoni. Id-deċiżjoni li tkun permessa l-applikazzjoni sħiħa tat-tul ta’ żmien ta’ ftehim li għadu għaddej hija ġustifikata, ħlief għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni li l-ftehim tagħhom li għadu għaddej jiskadi fix-xhur ta’ wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni u, b’mod aktar partikolari qabel it-tmiem ta’ l-2005, billi dawn iċ-ċentri ma jkollhomx żmien jadattaw irwieħhom għat-tmiem bikri ta’ l-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni. F’dan il-każ, it-tul ta’ żmien raġjonevoli m’huwiex biżżejjed.” Huwa stieden ukoll lill-Kummissjoni biex tirriforma d-Deċiżjoni 2003/757/KE u “biex tagħmel provvediment, għaċ-ċentri li l-ftehim tagħhom li għadu għaddej jiskadi qabel it-tmiem ta’ l-2005, għall-possibbiltà li jinkiseb tiġdid, fuq bażi ta’ l-iskema eżistenti, sa tmiem l-2005.” Il-Kummissjoni kkonkludiet mill-ġdid li l-Belġju ħaseb li ma kienx ingħata tul ta’ żmien raġjonevoli għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni li l-ftehim tagħhom kien jiskadi qabel il-31 ta’ Diċembru 2005 u li l-għoti ta’ tul ta’ żmien raġjonevoli għal dawn iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kien jimplika l-estensjoni tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2005. |
(50) |
It-tieletnett, fl-20 ta’ Marzu u fis-26 ta’ Mejju 2003, il-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni “bl-intenzjoni [tiegħu] li jżomm l-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni, fir-rigward taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni eżistenti fil-31 ta’ Diċembru 2000 u fejn il-ftehim kien jiskadi bejn is-17 ta’ Frar 2003 u l-31 ta’ Diċembru 2005 sa din l-aħħar data.” Huwa talab ukoll lill-Kunsill biex jadotta, fuq il-bażi tat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 88(2) tat-Trattat, deċiżjoni li tawtorizza din l-estensjoni. Huwa jistipula fl-inċiż (10): “L-għajnuna l-ġdida prevista hija temporanja. Hija […] ser tippermetti lid-destinatarji biex ikomplu bl-attivitajiet tagħhom fil-Belġju mill-inqas matul il-perjodu meħtieġ għal dan il-pajjiż biex iwaqqaf miżuri oħra għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni stabbiliti fuq it-territorju tiegħu jew [biex] tiffaċilita r-riorganizzazzjoni ta’ l-investimenti tal-gruppi internazzjonali inkwistjoni biex jiġi evitat it-tmiem mhux mistenni ta’ kuntratti.” It-talba tal-Belġju u d-Deċiżjoni 2003/531/KE kienu s-suġġett ta’ bosta artikli fl-istampa. Il-Kummissjoni rreaġixxiet għad-deċiżjoni msemmija permezz ta’ stqarrija għall-istampa, fis-16 ta’ Lulju 2003. La Forum 187 u lanqas ebda wieħed miċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kkonċernati ma kkuntesta d-deċiżjoni msemmija u lanqas ma kkuntesta l-limiti ta’ l-estensjoni sal-31 ta’ Diċembru 2005. |
(51) |
Ir-rabanett, il-Qorti tiġbor fil-qosor it-talba ta’ Forum 187 hekk kif ġej: “Forum 187 […] talab l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni billi din ma tagħmilx provvediment għal miżuri tranżitorji xierqa għaċ-ċentri li l-ftehim tagħhom kien se jiskadi bejn is-17 ta’ Frar 2003 u l-31 ta’ Diċembru 2004” u “iċ-ċentri li l-ftehim tagħhom jiskadi matul is-snin 2003 u 2004 kellhom bżonn perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ sentejn biex jirriorganizzaw irwieħhom, jew inkella, jekk jinqala ‘l-każ, li jitilqu mill-Belġju.” (24). Il-Kummissjoni tqis li bejn is-17 ta’ Frar 2003 u l-31 ta’ Diċembru 2005, ikunu għaddew 34 xahar. |
(52) |
Il-ħamesnett, kif awtorizzat l-Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003, il-Belġju ġedded il-ftehimiet taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni li kienu jiskadu bejn is-17 ta’ Frar 2003 u l-31 ta’ Diċembru 2005. Ħlief għal erba’ ċentri ta’ koordinazzjoni, dawn il-ftehimiet kollha ġew imġedda għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2005. La l-Belġju u lanqas l-intrapriżi kkonċernati ma qajmu l-fatt ta’ appell kontra din il-limitazzjoni espliċita tat-tul ta’ żmien tal-ftehimiet. Bl-istess mod, jidher li l-ebda waħda mill-intrapriżi kkonċernati ma ppreżentat – la qabel il-31 ta’ Diċembru 2005, u lanqas qabel it-22 ta’ Ġunju 2006 – talba għal estensjoni tal-ftehim għal perjodu ġdid. |
(53) |
Is-sittnett, l-eżiġenza ta’ miżuri tranżitorji xierqa maħsuba biex jippermettu lill-Belġju biex jadatta l-leġiżlazzjoni tiegħu u liċ-ċentri ta’ koordinazzjoni biex jadattaw irwieħhom għal skema tat-taxxa ġdida, ta’ min jinnota l-elementi li ġejjin:
|
(54) |
B’riżultat ta’ dan, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2006, l-intrapriżi kkonċernati li ddeċidew li jibqgħu fil-Belġju kellhom skema sostituta, li kienet skema sempliċi, ma kienitx timplika riorganizzazzjoni kbira (29), u attraenti. Fuq din il-bażi wkoll, id-data tal-31 ta’ Diċembru 2005 għalhekk tidher li tikkostitwixxi data raġjonevoli għall-iskadenza tal-perjodu tranżitorju xieraq mitlub mill-Qorti sakemm din tippermetti liċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kollha biex jgħaddu minn skema għall-oħra mingħajr waqfien. Il-Kummissjoni tiddikjara barra minn hekk li 70 mill-243 ċentru ta’ koordinazzjoni preżenti fl-2002 kienu effettivament temmew l-attivitajiet tagħhom fil-Belġju. |
4. Is-sitwazzjoni taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni li l-ftehim tagħhom ġie mtawwal bejn is-17 ta’ Frar 2003 u l-31 ta’ Diċembru 2005
(55) |
Għar-raġunijiet li diġà ġew spjegati, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-perjodu tranżitorju xieraq mitlub mill-Qorti kellu jestendi mit-18 ta’ Frar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2005. Għall-biċċa l-kbira taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni li l-ftehim tagħhom ġie mġedded fuq il-bażi ta’ l-Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003 it-tul ta’ żmien tat-tiġdid ġie limitat mill-Belġju għall-31 ta’ Diċmembru 2005, li għalhekk huwa konformi mal-perjodu tranżitorju xieraq iddefinit fis-sezzjonijiet 2 u 3. |
(56) |
Madankollu, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ erbgħa miċ-ċentri ta’ koordinazzjoni li l-ftehim tagħhom ġie mġedded fuq il-bażi ta’ l-Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003, il-ftehim ġie mġedded mill-Belġju għal tul ta’ żmien mhux determinat. Sadanittant, il-Kummissjoni tqis li l-Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003 tillimita b’mod espliċitu l-effetti ta’ tiġdid bħal dan għad-data tas-sentenza fis-sustanza. B’riżultat ta’ dan, għalkemm iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kkonċernati ma rrinunzjawx għall-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni billi għażlu l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ l-imgħaxijiet spekulattivi fuq id-dħul tas-sena 2006, dawn il-ftehimiet għalhekk kienu koperti b’din l-Ordinanza msemmija sat-22 ta’ Ġunju 2006. |
(57) |
Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-perjodu tranżitorju xieraq intemm fil-31 ta’ Diċembru 2005, hija tirrikonoxxi, madankollu, li l-istqarrija għall-istampa tagħha tas-16 ta’ Lulju 2003 setgħet ħalqet, fost iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kkonċernati, il-fiduċja leġittima li ma kienx se jintalab ir-rimborż għall-għajnuniet li minnhom huma kienu effettivament ibbenefikaw sad-data tas-sentenza tal-Qorti fis-sustanza. |
(58) |
Fl-aħħarnett, l-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni hija skema tat-taxxa applikata skond is-sena finanzjarja. Sadanittant, f’għadd kbir ta’ każijiet, is-sena finanzjarja tikkorrispondi għas-sena ċivili. Billi s-sentenza nħarġet f’nofs is-sena 2006, il-Kummissjoni taħseb li għandu japplika l-prinċipju ta’ fiduċja leġittima, għal kull intrapriża kkonċernata, sat-tmiem tal-perjodu taxxabbli ordinarju li kien għaddej fid-data tas-sentenza. |
5. Is-sitwazzjoni taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni li l-ftehim tagħhom ġie mġedded qabel in-notifika tad-Deċiżjoni 2003/757/KE
(59) |
Id-Deċiżjoni 2003/757/KE rrikkonoxxiet fost iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kollha l-eżistenza ta’ fiduċja leġittima bbażata fuq it-tul ta’ żmien tal-ftehimiet ta’ 10 snin li kienu għaddejjin fid-data ta’ notifika tad-deċiżjoni msemmija u ddefinixxiet il-perjodu tranżitorju xieraq fuq din l-istess bażi. Il-Qorti kkunsidrat li, fil-qafas ta’ skema li saret permanenti, it-tiġdid tal-ftehim kien biss formalità amministrattiva. Iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni għalhekk setgħu b’mod leġittimu jistennew li jibbenefikaw minn perjodu tranżitorju xieraq u, meta tkun qiegħda toqrob l-iskadenza tal-ftehim tagħhom, huma setgħu wkoll jistennew li jiksbu t-tiġdid tal-ftehim imsemmi b’mod li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dan il-perjodu tranżitorju xieraq. |
(60) |
Kif indikat fir-reċiti (31) sa (34), il-Qorti ġġudikat ukoll li l-għoti ta’ perjodi tranżitorji differenti skond id-data ta’ skadenza tal-ftehimiet wassal għal inugwaljanza ta’ trattament. Il-Kummissjoni kkonkludiet li hija kellha tistabbilixxi perjodu tranżitorju – xieraq – waħdieni għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kollha. |
(61) |
Madankollu, il-Qorti annullat id-definizzjoni tal-miżura tranżitorja li tinsab fid-Deċiżjoni 2003/757/KE ħlief f’każ li kienet insuffiċjenti, jiġifieri inqas mill-perjodu tranżitorju xieraq, għal ċerti ċentri ta’ koordinazzjoni li l-ftehim tagħhom kien se jiskadi fi ftit żmien. Kif diġà ġie spjegat, il-Kummissjoni taħseb li l-annullament iddikjarat mill-Qorti huwa mmirat biss għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni li l-ftehim tagħhom ġie mġedded bejn is-17 ta’ Frar 2003 u l-31 ta’ Diċembru 2005 u li l-perjodu tranżitorju xieraq intemm fil-31 ta’ Diċembru 2005. |
(62) |
B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni taħseb li s-sentenza tal-Qorti m’annullatx id-definizzjoni tal-perjodu tranżitorju li tinsab fid-Deċiżjoni 2003/757/KE għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni li l-ftehim tagħhom, li kien għaddej fis-17 ta’ Frar 2003, kien jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2005 jew f’data ulterjuri. Meta titqies is-sentenza tal-Qorti, għalkemm il-Kummissjoni tikkunsidra madankollu li l-perjodu tranżitorju stabbilit għal dawn iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kien twil wisq, hija tiddikjara li d-Deċiżjoni 2003/757/KE, sakemm din tistipula perjodu tranżitorju li jintemm, għal kull ċentru kkonċernat, ma’ l-iskadenza tal-ftehim li kien għaddej fid-data ta’ notifika tad-Deċiżjoni 2003/757/KE, ma ġietx annullata u għalhekk tibqa’ applikabbli. B’riżultat ta’ dan, sakemm id-Deċiżjoni 2003/757/KE tibqa’ applikabbli, hija ma tippermettix li l-Kummissjoni tnaqqas it-tul ta’ żmien tal-perjodu tranżitorju hekk kif stabbilit fid-deċiżjoni msemmija għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kkonċernati. |
(63) |
Kull deċiżjoni tal-Kummissjoni mmirata biex tistipula, għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kollha, perjodu tranżitorju identiku li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2005 barra minn hekk ma tkun xejn prattika minħabba l-fiduċja leġittima mqajjma mid-Deċiżjoni 2003/757/KE fost iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni msemmija fil-paragrafu (62). |
6. L-istat tal-liġi tas-27 ta’ Diċembru 2006
(64) |
Il-Kummissjoni tinnota li għalkemm hija ma nnotifikatx id-dispożizzjonijiet tal-liġi tas-27 ta’ Diċembru 2006 maħsuba biex jippermettu l-estensjoni tal-ftehim taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kollha sa tmiem l-2010, il-Belġju ssospenda d-dħul fis-seħħ tagħha għal approvazzjoni espliċita ta’ din l-iskema mill-Kummissjoni. Għar-raġunijiet spjegati f’din is-sezzjoni, il-Kummissjoni taħseb li ma tistax tapprova dawn id-dispożizzjonijiet u għalhekk tistieden lill-Belġju biex ma japplikahomx. |
(65) |
Fit-tmiem tas-sena 2005, ħlief għall-ftehimiet ta’ erba’ ċentri ta’ koordinazzjoni li huma msemmija fis-sezzjoni 4, il-ftehimiet imġedda fuq il-bażi ta’ l-Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003 skadew. Milli jidher, ma kienx hemm ħsieb għal estensjoni addizzjonali, la mill-Belġju, u lanqas miċ-ċentri ta’ koordinazzjoni, sat-tħabbira tas-sentenza fit-22 ta’ Ġunju 2006. Il-bażi ġuridika ġdida li tippermetti t-tiġdid taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kollha sa tmiem l-2010 ġiet adottata biss fis-27 ta’ Diċembru 2006 – jiġifieri sena wara li skadew il-ftehimiet imsemmija. Din il-liġi barra minn hekk tippermetti applikazzjoni retroattiva, jekk ikun il-każ għal intrapriżi li sadanittant ikunu waqfu jibbenefikaw mill-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni. |
(66) |
Għall-kuntrarju tal-Belġju, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-liġi tas-27 ta’ Diċembru 2006 m’hijiex biss implimentazzjoni tas-sentenza tat-22 ta’ Ġunju 2006 fil-qafas tal-miżura eżistenti, iżda skema ġdida li, kieku daħlet fis-seħħ mingħajr l-awtorizzazzjoni preliminari tal-Kummissjoni, kienet twassal probabbilment għall-applikazzjoni tal-proċedura applikabbli għall-għajnuniet illegali. |
(67) |
Fil-fatt, is-sentenza tat-22 ta’ Ġunju 2006 tikkonferma l-inkompatibbiltà ta’ l-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni mid-data ta’ notifika tad-Deċiżjoni 2003/757/KE. Sa mhux aktar tard minn din in-notifika, l-iskema waqfet li tkun skema ta’ għajnuniet eżistenti u ċ-ċentri ta’ koordinazzjoni daħlu fil-perjodu tranżitorju li matulu huma setgħu jkomplu jibbenenfikaw mill-iskema iżda ma setgħux jistrieħu iktar, kif kien jiġri qabel, fuq il-fiduċja leġittima bbażata fuq id-deċiżjonijiet jew il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni fl-1984, l-1987 u l-1990 (30). L-appelli ddepożitati u l-konferma mill-Qorti, f’Ġunju 2006 biss, ta’ din l-inkompatibbiltà x’aktarx m’humiex se jimmodifikaw din l-affermazzjoni. Fil-fatt, l-appelli – kif inhuma – m’għandhomx effett ta’ sospensjoni u l-Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003 ma ssospendietx il-kwalifika ta’ skema ta’ għajnuna inkompatibbli. Għall-istess raġunijiet, il-fiduċja leġittima tal-Belġju fil-kompatibbiltà ta’ l-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni tħassret l-aktar tard mid-Deċiżjoni 2003/757/KE u, minħabba li kien jaf il-fatti li l-Belġju llimita sal-31 ta’ Diċembru 2005 l-estensjonijiet ta’ ftehim mogħtija fuq il-bażi ta’ l-Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003. |
(68) |
A fortiori, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-deċiżjoni tal-Belġju, meħuda wara s-sentenza tal-Qorti li kkonfermat b’mod definittiv l-inkompatibbiltà ta’ l-iskema mas-Suq Komuni, li jġedded fuq talba l-ftehimiet taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kollha sa tmiem l-2010 ma tistax titniżżel fil-qafas tal-miżura eżistenti, u lanqas tkun koperta minn kwalunkwe fiduċja leġittima mqajjma mill-Kummissjoni. B’mod partikolari, il-fiduċja leġittima rikonoxxuta fost iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni li l-ftehim tagħhom ġie mġedded fuq il-bażi ta’ l-Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003 ma tista’ tiġi estiża għat-tiġdid mogħti taħt il-liġi tas-27 ta’ Diċembru 2006. Fil-fatt, jekk mogħtija wara d-data tas-sentenza tal-Qorti fis-sustanza, huma ma jkunux aktar koperti mill-effetti ta’ l-Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003 u għalhekk l-ebda fiduċja leġittima ma tirriżulta mill-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2003. |
(69) |
B’riżultat ta’ dan, kull estensjoni ta’ l-iskema ta’ għajnuniet inkompatibbli li sadanittant tkun ingħatat probabbilment għandha tkun ikkunsidrata bħala għajnuna illegali, li tista’ tkun l-għan ta’ talba ta’ rkupru. |
7. Tqabbil mal-perjodi tranżitorji ddefiniti f’deċiżjonijiet oħra tal-Kummissjoni
(70) |
Kif indikat fl-inċiż ((23)), il-Belġju jitlob ukoll l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza ta’ trattament meta jqabbel ma’ miżuri fiskali li, bħall-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni, huma s-suġġett ta’ deċiżjoni taħt għajnuniet mill-Istat. B’mod partikolari jissemmew l-iskemi tal- kumpaniji ta’ investiment imsejħin ta’ l-1929 fil-Lussemburgu, l-“exempt companies” ta’ Ġibiltà u ż-Żona Ħielsa tal-Madejra, fejn il-Kummissjoni tat miżuri tranżitorji sa l-2010 u anke awtorizzat l-għoti ta’ l-iskema għal applikanti ġodda. |
(71) |
Il-Kummissjoni taħseb li kull fajl huwa partikolari. F’kull waħda mid-deċiżjonijiet ikkonċernati, il-miżuri tranżitorji kienu ġew stabbiliti wara li tqiesu l-karatteristiċi partikolari proprji għal kull skema, il-benefiċjarji tagħha u l-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni taħseb li għamlet l-istess fil-każ taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni Belġjani billi stabbilixxiet fid-Deċiżjoni 2003/757/KE, għar-raġunijiet spjegati preċedentement, it-tmiem tal-perjodu tranżitorju raġjonevoli għal mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010. |
(72) |
Il-Kummissjoni tiddikjara b’mod partikolari li din id-Deċiżjoni hija segwitu ta’ sentenza tal-Qorti li hija trid timplimenta. Il-Kummissjoni ma tistax fl-ebda każ tbiddel l-implimentazzjoni ta’ din is-sentenza bit-tqabbil sempliċi tat-tul ta’ żmien tal-miżuri tranżitorji mogħtija f’fajls oħra. |
(73) |
Barra minn hekk, mingħajr ma nidħlu f’ġustifikazzjoni dettaljata fis-sustanza, li l-Kummissjoni diġà tat fid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu (23), il-Kummissjoni tqis fir-rigward tal-forma li ċerti deċiżjonijiet huma qodma, oħrajn huma reċenti ħafna, uħud jawtorizzaw id-dħul ta’ applikanti ġodda, oħrajn le u x’uħud għandhom bosta kundizzjonijiet. Barra minn hekk, jistgħu jintużaw ukoll punti oħra ta’ tqabbil, li, skond l-opinjoni tal-Kummissjoni, huma wkoll validi. Għalhekk, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iskema Olandiża ta’ finanzjament ta’ attivitajiet internazzjonali (Concernfinancieringsactiviteiten) li ntemmet fis-17 ta’ Frar 2003 wkoll, bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE (31), il-miżuri tranżitorji kienu ddefiniti bl-istess mod bħaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni, skond l-iskadenza tal-ftehimiet ta’ 10 snin. Bl-istess mod, għalkemm ma kienux is-suġġett ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-Belġju temm skemi speċjali taċ-ċentri ta’ distribuzzjoni u ċ-ċentri ta’ servizzi, għall-intrapriżi kollha, fil-31 ta’ Diċembru 2005. Iċ-ċirkulari amministrattiva li tħabbar din it-tneħħija, ippubblikata fl-20 ta’ Settembru 2005, tindika li dawn l-iskemi ġew mibdula bis-sistema ta’ deċiżjonijiet antiċipati li twaqqfet wara l-1 ta’ Jannar 2003 (l-Artikolu 20 tal-liġi ta’ l-24 ta’ Diċembru 2002). |
(74) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni taħseb li hija ma tistax tilqa’ l-argumenti bbażati fuq tqabbil ma’ fajls oħra. |
8. In-nuqqas ta’ sigurtà ġuridika b’riżultat tan-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni
(75) |
Il-Belġju jaħseb li perjodu tranżitorju itwal ikun ġustifikat bin-nuqqas ta’ sigurtà ġuridika li rriżulta bin-nuqqas tal-Kummissjoni li tistabbilixxi malajr miżuri tranżitorji ġodda wara l-annullament imħabbar mill-Qorti. |
(76) |
Il-Kummissjoni taħseb li hija ma tistax tiġi mgħobbija bir-responsabbiltà tad-dewmien iddikjarat. |
(77) |
L-ewwelnett, la l-interpretazzjoni mogħtija mill-Belġju, u lanqas l-intenzjoni tiegħu, li rriżultat minnha, li jestendi l-ftehim taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kollha sal-31 ta’ Diċembru 2010 ma kienu s-suġġett ta’ notifika – u lanqas ta’ nota ta’ informazzjoni – lill-Kummissjoni. |
(78) |
It-tieninett, fl-4 ta’ Lulju 2006 il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-Belġju mmirata biex tiġbor l-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tas-sentenza tal-Qorti u biex tikseb konferma ta’ l-implimentazzjoni tajba tad-Deċiżjoni 2003/757/KE, wara li jitqiesu l-effetti ta’ l-Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003 u tas-sentenza msemmija. Fin-nuqqas ta’ tweġiba, intbagħtet l-ewwel nota ta’ tfakkir fit-23 ta’ Awwissu 2006. Minkejja noti ta’ tfakkir ulterjuri, kemm formali kif ukoll informali, u l-għoti ta’ tul ta’ żmien addizzjonali għal tweġiba, l-informazzjoni mitluba ġiet biss ipprovduta lill-Kummissjoni f’Jannar 2007. Sadanittant, jidher mill-memorandum ta’ spjegazzjoni u l-Artikolu 379 tal-liġi tas-27 ta’ Diċembru 2006 li, sa mill-20 ta’ Lulju 2006, il-Ministru tal-Finanza ngħata mandat biex jaċċetta malajr kemm jista’ jkun it-talbiet ta’ tiġdid fir-rigward taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni. |
(79) |
Fuq bażi ta’ l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha sa dak iż-żmien (ara l-paragrafu (21), il-Kummissjoni kienet qiegħda tistenna li l-Belġju jtawwal il-ftehim taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kollha sa tmiem l-2005, perjodu li għall-Kummissjoni jikkorrispondi għall-perjodu tranżitorju xieraq mitlub mill-Qorti. L-informazzjoni pprovduta mill-Belġju f’Jannar 2007 ħabbret għall-kuntrarju l-intenzjoni tal-Belġju li jestendi l-ftehim taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kollha sa tmiem l-2010 fuq bażi ta’ liġi adottata f’Diċembru 2006 li ma kienitx innotifikata lill-Kummissjoni. Dawn l-elementi ġodda ġġustifikaw l-adozzjoni fil-21 ta’ Marzu 2007 tad-deċiżjoni ta’ estensjoni ta’ proċedura u l-analiżi ta’ l-argumenti l-ġodda ppreżentati mill-Belġju u l-partijiet terzi. |
(80) |
It-tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Lulju 2006 ġew ipprovduti mill-Belġju fis-16 ta’ Jannar 2007. |
VI. KONKLUŻJONIJIET
(81) |
L-ewwelnett, il-Kummissjoni trid temenda d-Deċiżjoni 2003/757/KE billi din ġiet annullata mis-sentenza tal-Qorti tat-22 ta’ Ġunju 2006. |
(82) |
Is-sentenza tal-Qorti tat-22 ta’ Ġunju 2006 fil-każijiet konġunti C-182/03 u C-217/03 tannulla d-Deċiżjoni 2003/757/KE “billi din ma tagħmilx provvediment għal miżuri tranżitorji fir-rigward taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni fejn it-talba għat-tiġdid ta’ ftehim kienet għadha pendenti fid-data ta’ notifika tad-Deċiżjoni kkuntestata jew fejn il-ftehim kien jiskadi fl-istess żmien jew ftit żmien wara n-notifika tad-Deċiżjoni msemmija.” |
(83) |
Wara din is-sentenza, id-dispożizzjoni tad-Deċiżjoni 2003/757/KE għandha tiġi emendata b’mod:
|
(84) |
Id-Deċiżjoni m’għandhiex tiġi emendata aktar. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma terġax tqajjem il-perjodi tranżitorji mogħtija mid-Deċiżjoni 2003/757/KE sakemm hija tippermetti lil ċerti ċentri ta’ koordinazzjoni biex jibbenefikaw mill-iskema inkompatibbli sa l-iskadenza tal-ftehim tagħhom li għadu għaddej u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010. Dan l-aspett tad-deċiżjoni ma ġiex annullat mill-Qorti u għalhekk għadu applikabbli. |
(85) |
It-tieninett, il-Kummissjoni trid ukoll tirrikonoxxi li l-istqarrija ta’ l-istampa tagħha tas-16 ta’ Lulju 2003 setgħet qajmet, fost l-erba’ ċentri ta’ koordinazzjoni li l-ftehim tagħhom ġie mġedded fuq il-bażi ta’ l-Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003 u għal tul ta’ żmien mhux determinat, il-fiduċja leġittima li huma setgħu jibbenefikaw mill-iskema inkompatibbli sad-data tas-sentenza tal-Qorti fis-sustanza. Din is-sentenza nħarġet fit-22 ta’ Ġunju 2006 u meta jitqies il-karattru fiskali tal-miżura, il-benefiċċju tal-fiduċja leġittima għandu jiġi estiż biex iħalli lil dawn iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni jibbenefikaw mill-iskema inkompatibbli sat-tmiem tal-perjodu taxxabbli ordinarju li kien għaddej fid-data tas-sentenza. |
(86) |
It-tieletnett, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Belġju biex jirrinunzja milli jdaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-liġi tas-27 ta’ Diċembru 2006 maħsuba biex itawlu l-ftehim taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kollha sal-31 ta’ Diċembru 2010, billi dawn id-dispożizzjonijiet huma inkompatibbli mas-Suq Komuni. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2003/757/KE jiġi miżjud it-test li ġej:
“Iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni li t-talba tagħhom ta’ tiġdid hija pendenti fid-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni jew li l-ftehim tagħhom jiskadi fl-istess ħin jew ftit wara din in-notifika, jiġifieri bejn id-data ta’ din in-notifika u l-31 ta’ Diċembru 2005, jistgħu jkomplu jibbenefikaw mill-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2005. It-tiġdid tal-ftehim taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni msemmija huwa awtorizzat sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2005.”
Artikolu 2
L-erba’ ċentri ta’ koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju li l-ftehim tagħhom ġie mġedded għal tul ta’ żmien indeterminat fuq il-bażi ta’ l-Ordinanza tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tas-26 ta’ Ġunju 2003 li tħabbar is-sospensjoni ta’ l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2003/757/KE jistgħu jibbenefikaw mill-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni sat-tmiem tal-perjodu taxxabbli ordinarju li kien għaddej fit-22 ta’ Ġunju 2006.
Artikolu 3
Il-liġi tas-27 ta’ Diċembru 2006 hija inkompatibbli mas-Suq Komuni minħabba li d-dispożizzjonijiet tagħha huma maħsuba biex jestendu, permezz ta’ deċiżjonijiet ġodda ta’ tiġdid ta’ ftehim, l-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2005.
Il-Kummissjoni b’riżultat ta’ dan tistieden lill-Belġju biex jirrinunzja milli jdaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet ikkonċernati tal-liġi tas-27 ta’ Diċembru 2006.
Artikolu 4
L-Artikolu 1 japplika mit-18 ta’ Frar 2003.
Artikolu 5
Il-Belġju jinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, bil-miżuri meħuda biex jikkonforma magħha.
Artikolu 6
Ir-Renju tal-Belġju huwa d-destinatarju ta’ din id-Deċiżjoni.
Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 110, 16.5.2007, p. 20.
(2) Għad-dettalji ta’ l-istadji tal-proċedura ta’ qabel id-data ta’ din id-Deċiżjoni, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Frar 2002 li tiftaħ il-proċedura u d-Deċiżjoni 2003/757/KE.
(4) ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3.
(5) ĠU C 147, 20.6.2002, p. 2.
(6) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(7) ĠU L 282, 30.10.2003, p. 25; verżjoni kkoreġuta (ĠU L 285, 1.11.2003, p. 52).
(8) Il-każijiet konġunti C-182/03 R u C-217/03 R, Il-Belġju u Forum 187/Il-Kummissjoni, Ġabra 2003 p. I-6887.
(9) ĠU L 184, 23.7.2003, p. 17.
(10) Il-każijiet konġunti C-182/03 u C-217/03, Il-Belġju u Forum 187/il-Kummissjoni, Ġabra 2006 p. I-5479.
(11) Il-każ C-399/03, Il-Kummissjoni/il-Kunsill, Ġabra 2006 p. I-5629.
(12) Irreġistrata taħt ir-referenza D/55614.
(13) Irreġistrata taħt ir-referenza D/57226.
(14) Ara n-nota tal-qiegħ tal-paġna nru 1.
(15) Forum 187 hija l-federazzjoni professjonali taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni, iċ-ċentri ta’ distribuzzjoni, iċ-ċentri ta’ servizzi u l-call centres stabbiliti fil-Belġju
(16) Għal deskrizzjoni sħiħa ta’ l-iskema ara d-deċiżjoni ta’ ftuħ tas-27 ta’ Frar 2002.
(17) Il-liġi tas-27 ta’ Diċembru 2006 li għandha diversi dispożizzjonijiet (Moniteur belge tat-28 ta’ Diċembru 2006).
(18) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/940/KE tad-19 ta’ Lulju 2006 dwar l-iskema ta’ għajnuna C 3/2006 implimentata mil-Lussemburgu għall-kumpaniji ta’ investiment 1929 u l-kumpaniji ta’ investiment biljunarji (ĠU L 366, 21.12.2006, p. 47).
(19) Ir-Renju Unit – L-Għajnuna C 53/2001 (ex NN 52/2000) – Ġibiltà: l-iskema tal-kumpaniji eżenti – Stedina biex jiġu ppreżentati osservazzjonijiet fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE (ĠU C 26, 30.1.2002, p. 13).
(20) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/294/KE tal-11 ta’ Diċembru 2002 dwar l-applikazzjoni mill-Portugall ta’ l-iskema ta’ għajnuniet finanzjarji u fiskali fiż-Żona Ħielsa ta’ Madejra fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2000 (ĠU L 111, 6.5.2003, p. 45).
(21) F’din id-data, il-Belġju kien għadu ma kisibx l-approvazzjoni tal-Kunsill biex jestendi lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2005 l-effetti tal-ftehimiet (li kienu diġà għaddejjin fil-31 ta’ Diċembru 2000) li kienu jiskadu wara l-31 ta’ Diċembru 2005.
(22) Referenza Kunsill/00/453.
(23) Ara t-tweġiba tal-Ministru tal-Finanzi ta’ l-20 ta’ Diċembru 2000 għal interpellanza tas-Sur Jacques Simonet, Nru 5 (Dok. Parl., Kamra, Sessjoni 2000-2001, COM 343), ikkwotata fl-ittra PH/chw/1467 tal-Belġju tas-6 ta’ Marzu 2003.
(24) Ara s-sentenza fil-każijiet C-182/03 u C-217/03, il-punti 140 u 145; ara wkoll l-Ordinanza tas-26 ta’ Ġunju 2003, il-punt 73; l-appell iddepożitat fit-28.4.2003, notevolment il-punti 5 u 6 tat-talba dwar l-użu tal-proċedura mgħaġġla, il-punt 6 ta’ l-appell sommarju u l-punti 148 sa 150, 154 u 158.
(25) Il-Belġju – Stedina biex jiġu ppreżentati osservazzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE, dwar il-miżura C 26/03 (ex N 351/02) – Emenda ta’ l-iskema taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni (ĠU C 209, 4.9.2003, p. 2).
(26) ĠU L 125, 18.5.2005, p. 10.
(27) Moniteur Belge tat-30 ta’ Ġunju 2005.
(28) Ara t-tweġiba tal-Ministru tal-Finanzi għall-mistoqsijiet parlamentari orali magħmula mis-Sinjura Pieters (MP Nru 5852 tal-15 ta’ Marzu 2005), is-Sur Devlies (MP Nru 5911 tal-15 ta’ Marzu 2005), is-Sinjura Anseeuw (MP Nru 3-4179 ta’ l-20 ta’ Jannar 2006).
(29) L-eżenzjoni ta’ taxxa miżmuma minn ras il-għajn u ta’ taxxa kapitali ġiet miżmuma għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni u estiża għall-intrapriżi l-oħra, it-tnaqqis għall-imgħaxijiet spekulattivi hija operazzjoni purament fiskali, u għalhekk sempliċi biex tiġi implimentata.
(30) It-tweġiba tat-12 ta’ Lulju 1990 għall-mistoqsija miktuba nru 1735/90 tas-Sur G. de VRIES lill-Kummissjoni (ĠU C 63, 11.3.1991, p. 37).
(31) ĠU L 180, 18.7.2003, p. 52.