Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0088

    2008/88/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Jannar 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/59/KE dwar żoni fejn il-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim ta’ emerġenza għall-ħanżir salvaġġ kontra d-deni klassiku għandhom jiġu implimentati fis-Slovakkja (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 319)

    ĠU L 28, 1.2.2008, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/03/2013; Imħassar b' 32013D0164

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/88(1)/oj

    1.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 28/34


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-28 ta’ Jannar 2008

    li temenda d-Deċiżjoni 2005/59/KE dwar żoni fejn il-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim ta’ emerġenza għall-ħanżir salvaġġ kontra d-deni klassiku għandhom jiġu implimentati fis-Slovakkja

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 319)

    (It-test bis-Slovakk biss huwa awtentiku)

    (2008/88/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 20(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/59/KE tas-26 ta’ Jannar 2005 li tapprova l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim ta’ emerġenza għal dawn il-ħnieżer fis-Slovakkja (2) ġiet adottata bħala waħda minn għadd ta’ miżuri fil-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer.

    (2)

    Is-Slovakkja issa għarrfet lill-Kummissjoni li d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ inqered b’suċċess fit-territorji tad-Distretti ta’ l-Amministrazzjonijiet Veterinarji u Alimentari ta’ Trenčín (li jinkludi d-distretti ta’ Trenčín u ta’ Bánovce nad Bebravou), ta’ Prievidza (li tinkludi d-distretti ta’ Prievidza u ta’ Partizánske) u ta’ Púchov (li jinkludi biss id-distrett ta’ Ilava). Skond dan, il-pjanijiet approvati għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim ta’ emerġenza għal dawn il-ħnieżer kontra din il-marda ma għandhomx japplikaw aktar f’dawk iż-żoni.

    (3)

    Is-Slovakkja għarrfet ukoll lill-Kummissjoni dwar l-evoluzzjoni ta’ dan l-aħħar tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u l-preżenza ta’ din il-marda fid-distretti ta’ Nové Zámky. Fid-dawl tat-tagħrif epidemjoloġiku disponibbli, jeħtieġ li l-miżuri tal-pjan għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ jiġu estiżi biex jinkludu parti mid-distretti ta’ Nové Zámky, Komárno u Levice.

    (4)

    Għal raġunijiet ta’ trasparenza fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, iż-żoni koperti mill-pjanijiet kif stipulat fl-Anness tad-Deċiżjoni 2005/59/KE, għandhom jinbidlu bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    (5)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni 2005/59/KE għandha tiġi emendata skond dan.

    (6)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2005/59/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovakkja.

    Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

    (2)  ĠU L 24, 27.1.2005, p. 46. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/20/KE (ĠU L 15, 20.1.2006, p. 48).


    ANNESS

    “ANNESS

    1.   Żoni fejn il-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ għandu jiġi implimentat:

    It-territorju ta’ l-Amministrazzjonijiet Distrettwali Veterinarji u Alimentari (ADVA) ta’ Žiar nad Hronom (li jinkludi d-distretti ta’ Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (li jinkludi d-distretti ta’ Zvolen, Krupina u Detva), Lučenec (li jinkludi d-distretti ta’ Lučenec u Poltár), Veľký Krtíš (li jinkludi d-distrett ta’ Veľký Krtíš), Komárno (li jinkludi t-territorju li jinsab fil-lvant ta’ l-awtostrada 64, fit-tramuntana tal-fruntiera ma’ l-Ungerija u fil-punent tad-distrett ta’ Nové Zámky), Nové Zámky (li jinkludi t-territorju li jinsab fil-lvant tad-distrett ta’ Komárno u fil-lvant ta’ l-awtostrada 64, fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada 75 u fit-tramuntana tal-fruntiera ma’ l-Ungerija) u Levice (li jinkludi t-territorju li jinsab fil-lvant tad-distrett Nové Zámky u fil-lvant ta’ l-awtostrada 66 (E77), fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada 75, fit-tramuntana tal-fruntiera ma’ l-Ungerija u fil-punent tad-distrett ta’ Veľký Krtíš).

    2.   Żoni fejn il-pjan għat-tilqim ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ għandu jiġi implimentat:

    It-territorju ta’ l-Amministrazzjonijiet Distrettwali Veterinarji u Alimentari (ADVA) ta’ Žiar nad Hronom (li jinkludi d-distretti ta’ Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (li jinkludi d-distretti ta’ Zvolen, Detva u Krupina), Lučenec (li jinkludi d-distretti ta’ Lučenec u Poltár), u Veľký Krtíš (li jinkludi d-distrett ta’ Veľký Krtíš).”


    Top