EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0048

2008/48/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/407/KE dwar ir-regoli sanitarji u ta’ ċertifikazzjoni ta’ tranżizzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi ta’ ġelatina fotografika (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6487)

ĠU L 11, 15.1.2008, p. 17–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2011; Impliċitament imħassar minn 32011R0142

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/48(1)/oj

15.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 11/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2004/407/KE dwar ir-regoli sanitarji u ta’ ċertifikazzjoni ta’ tranżizzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi ta’ ġelatina fotografika

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6487)

(It-testi bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Olandiż biss huma awtentiċi)

(2008/48/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa rigward il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 4(4) u 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprojbixxi l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti sekondarji u pproċessati ta’ l-annimali fil-Komunità sakemm ma jkunux ġew awtorizzati skond dak ir-Regolament.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/407/KE (2) tistipula, permezz ta’ deroga minn dik il-projbizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, li l-Belġju, Franza, il-Lussemburgu, l-Olanda u r-Renju Unit għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ġelatina prodotta minn materjali li fihom il-kolonna vertebrali bovina kklassifikata bħala materjal tal-Kategorija 1 skond dak ir-Regolament, maħsuba esklussivament għall-industrija fotografika (“ġelatina fotografika”), skond dik id-Deċiżjoni.

(3)

Franza għarrfet lill-Kummissjoni li l-fabbrika Kodak f’Chalon sur Saône ma għadhiex timporta ġelatina fotografika mill-Ġappun u l-Istati Uniti skond id-Deċiżjoni 2004/407/KE.

(4)

Barra minn hekk, il-format tal-mudell taċ-ċertifikat veterinarju stipulat fid-Deċiżjoni 2004/407/KE għandu jkun kompatibbli mas-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata TRACES, introdotta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE (3).

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/407/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2004/407/KE hi emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Deroga li tikkonċerna l-importazzjoni tal-ġelatina fotografika

B’deroga mill-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, il-Belġju, il-Lussemburgu, l-Olanda u r-Renju Unit għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ġelatina prodotta minn materjali li fihom il-kolonna vertebrali bovina kklassifikata bħala materjal tal-Kategorija 1 skond dak ir-Regolament, maħsuba esklussivament għall-industrija fotografika (“ġelatina fotografika”), skond din id-Deċiżjoni.”;

(2)

l-Artikolu 7 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Konformità ma’ din id-Deċiżjoni mill-Istati Membri kkonċernati

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa minnufih sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawn il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjioni minnufih dwar dan”;

(3)

l-Annessi I u III huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta’ l-Olanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/2007 (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 13).

(2)  ĠU L 151, 30.4.2004, p. 11. Verżjoni rettifikata bil-ĠU L 208, 10.6.2004, p. 9. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/311/KE (ĠU L 115, 28.4.2006, p. 40).

(3)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/515/KE (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 29).


ANNESS

L-Annessi I u III qed jiġu emendati kif ġej.

(1)

L-Anness I hu mibdul b’dan li ġej:

“ANNESS I

IL-PAJJIŻI TERZI U L-IMPJANTI TA’ L-ORIĠINI, L-ISTATI MEMBRI DESTINATARJI, IL-POSTIJIET TA’ SPEZZJONI FUQ IL-FRUNTIERA TA’ L-EWWEL DĦUL U FABBRIKI TAL-ĠELATINA FOTOGRAFIKA APPROVATI

Il-Pajjiż terz ta’ l-oriġini

Impjanti ta’ l-Oriġini

Stat Membru tad-destinazzjoni

Postijiet ta’ Spezzjoni fuq il-Fruntiera ta’ l-ewwel dħul

Fabbriki Fotografiċi approvati

Il-Ġappun

-Nitta Gelatin Inc.

2-22 Futamata

Yao-City, Osaka

581 – 0024 Japan

Jellie Co. Ltd.

7-1, Wakabayashi 2-Chome,

Wakabayashi-ku,

Sendai-city, Miyagi,

982 Japan

NIPPI Inc. Gelatin

Division

1 Yumizawa-Cho

Fujinomiya City Shizuoka

418 – 0073 Japan

L-Olanda

Rotterdam

Fuji Photo Film BV, Tilburg

Nitta Gelatin Inc

2-22 Futamata

Yao-City, Osaka

581 – 0024, Japan

Ir-Renju Unit

Liverpool

Felixstowe

Kodak Ltd

Headstone Drive,

Harrow, MIDDX

HA4 4TY

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

Eastman Gelatine

Corporation, 227

Washington Street,

Peabody,

MA,

01960 USA

Gelita North America,

2445 Port Neal

Industrial Road

Sergeant Bluff,

Iowa,

51054 USA

Il-Lussemburgu

Antwerp

Zaventem

Il-Lussemburgu

DuPont Teijin

Lussemburgu SA

PO Box 1681

L-1016 Lussemburgu

Ir-Renju Unit

Liverpool

Felixstowe

Kodak Ltd

Headstone Drive,

Harrow, MIDDX

HA4 4TY”

(2)

L-Anness III jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS III

MUDELLI TAĊ-ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA GĦALL-IMPORTAZZJONI MINN PAJJIŻI TERZI TA’ ĠELATINA TEKNIKA GĦALL-UŻU MILL-INDUSTRIJA FOTOGRAFIKA

Noti

(a)

Ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni ta’ ġelatina teknika għall-użu mill-industrija fotografika għandhom jiġu prodotti mill-pajjiż li jesporta, ibbażati fuq il-mudell li jidher f’dan l-Anness III. Għandu jkun fihom l-attestazzjonijiet li huma meħtieġa għal kull pajjiż terz u, skond il-każ, dawk il-garanziji supplementari li huma meħtieġa għall-pajjiżi terzi li jesportaw jew parti minnhom.

(b)

L-oriġinali ta’ kull ċertifikat għandu jikkonsisti minn paġna waħda, iż-żewġ naħat, jew fejn tinħtieġ aktar kitba, għandu jkun f’tali forma li l-paġni kollha li hemm bżonn ikunu parti magħquda b’mod integrat u li ma jistax jinqasam.

(c)

Għandu jitfassal f’mill-inqas wieħed mill-ilsna uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ l-UE li fih għandha titwettaq l-ispezzjoni fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera ta’ l-UE u ta’ l-Istat Membru ta’ l-UE destinatarju. Madankollu, dawn l-Istati Membri jistgħu jippermettu ilsna oħra, jekk meħtieġ, akkumpanjati minn traduzzjoni uffiċjali.

(d)

Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni ta’ l-oġġetti tal-konsenja, jiġu mehmuża paġni supplimentari maċ-ċertifikat, dawn il-paġni għandhom jitqiesu wkoll parti miċ-ċertifikat oriġinali permezz ta’ l-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li qed jiċċertifika, fuq kull paġna.

(e)

Meta ċ-ċertifikat, inkluzi tabelli supplimentari msemmija f’d), jinkludi aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tingħata numru — (numru tal-paġna) minn (numru totali ta’ paġni) — fil-qiegħ u għandha jkollha n-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat li jkun ġie magħżul mill-awtorità kompetenti fil-parti ta’ fuq tagħha.

(f)

L-oriġinal taċ-ċertifikat irid jimtela u jiġi ffirmat minn veterinarju uffiċjali. B’dan il-mod, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li qed jesporta għandu jiżgura li jiġu segwiti l-prinċipji taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE.

(g)

Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tat-test stampat. L-istess regola tapplika għal timbri oħra għajr dawk ibbuzzati fil-karta jew marka ta’ l-ilma.

(h)

Iċ-ċertifikat oriġinali għandu jakkumpanja l-konsenja fil-post ta’ spezzjoni ta’ l-UE fuq il-fruntiera sakemm tasal sal-fabbrika fotografika destinatarja.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Top