This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0032
2008/32/EC: Council Decision of 6 December 2007 appointing a Belgian member and a Belgian alternate member of the Committee of the Regions
2008/32/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 6 ta’ Diċembru 2007 li taħtar membru Belġjan u membru supplenti Belġjan fil-Kumitat tar-Reġjuni
2008/32/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 6 ta’ Diċembru 2007 li taħtar membru Belġjan u membru supplenti Belġjan fil-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 8, 11.1.2008, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010
11.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 8/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Diċembru 2007
li taħtar membru Belġjan u membru supplenti Belġjan fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2008/32/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1). |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur LETERME, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur SAUWENS bħala membru, jsir vakanti siġġu ta’ membru supplenti, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:
(a) |
bħala membru: is-Sur Johan SAUWENS, membru tal-Parlament Fjamming, u |
(b) |
bħala membru supplenti: is-Sur Ludwig CALUWE, membru tal-Parlament Fjamming. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Diċembru 2007.
Ghall-Kunsill
Il-President
A. COSTA
(1) ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.