This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1218
Commission Regulation (EC) No 1218/2007 of 18 October 2007 fixing the export refunds on beef and veal
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1218/2007 tat- 18 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1218/2007 tat- 18 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga
ĠU L 275, 19.10.2007, p. 19–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 17/01/2008; Imħassar b' 32008R0036
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32007R0838 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32008R0036 |
19.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 275/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1218/2007
tat-18 ta’ Ottubru 2007
li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), u b’mod partikulari t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 33(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni ta’ l-esportazzjoni. |
(2) |
Fid-dawl tal-qagħda tas-suq tal-laħam taċ-ċanga, kif osservata fil-preżent, jeħtieġ li jiġu ddefiniti rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni f’konformità mar-regoli u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. |
(3) |
Skond l-Artikolu 33(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, ir-rifużjoni tista’ tvarja skond id-destinazzjonijiet, fejn dan ikun meħtieġ minħabba s-sitwazzjoni tas-suq dinji jew minħabba r-rekwiżiti speċifiċi. |
(4) |
Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw għajr fuq il-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom il-marka ta’ sanità pprovduta fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ l-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 854/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4). |
(5) |
Il-kundizzjonijiet imniżżlin fl-Artikolu 6(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1964/82 ta’ l-20 ta’ Lulju 1982 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat ta’ l-annimali bovini (5), jipprevedu tnaqqis fir-rifużjoni partikulari fil-każ li l-kwantità tal-laħam dissussat għall-esportazzjoni tkun inqas minn 95 % mill-kwantità totali f’piż tal-qatgħat ġejjin mid-dissussar, iżda mingħajr ma tkun inqas minn 85 % mill-istess kwantità. |
(6) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 838/2007 (6) jitħassar u li jeħodlu postu Regolament ġdid. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-laħam taċ-ċanga, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonjiet ta’ l-esportazzjoni previsti fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 u l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet huma ddefiniti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, b’riżerva tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skond il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tal-marka ta’ identifikazzjoni ddefiniti fl-Anness I, Sezzjoni I, Kapitolu III, tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.
Artikolu 2
Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1964/82, ir-rata tar-rifużjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tal-prodott 0201 30 00 9100 titnaqqas b’7 EUR/100 kg.
Artikolu 3
Ir-Regolament (KE) Nru 838/2007 huwa mħassar.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ottubru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1791/2006.
(5) ĠU L 212, 21.7.1982, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1713/2006 (ĠU L 321, 21.11.2006, p. 11).
(6) ĠU L 186, 18.7.2007, p. 7.
ANNESS
Rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga, applikabbli mit-19 ta’ Ottubru 2007
Il-kodiċi tal-prodotti |
Id-destinazzjoni |
L-unità tal-kejl |
L-ammont tar-rifużjonijiet (7) |
0102 10 10 9140 |
B00 |
EUR/100 kg ta’ piż ħaj |
25,9 |
0102 10 30 9140 |
B00 |
EUR/100 kg ta’ piż ħaj |
25,9 |
0201 10 00 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
36,6 |
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
21,5 |
|
0201 10 00 9130 (1) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
48,8 |
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
28,7 |
|
0201 20 20 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
48,8 |
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
28,7 |
|
0201 20 30 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
36,6 |
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
21,5 |
|
0201 20 50 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
61,0 |
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
35,9 |
|
0201 20 50 9130 (1) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
36,6 |
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
21,5 |
|
0201 30 00 9050 |
US (3) |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
6,5 |
CA (4) |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
6,5 |
|
0201 30 00 9060 (6) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
22,6 |
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
7,5 |
|
B04 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
84,7 |
|
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
49,8 |
|
EG |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
103,4 |
|
B04 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
50,8 |
|
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
29,9 |
|
EG |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
62,0 |
|
0202 10 00 9100 |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
16,3 |
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
5,4 |
|
0202 20 30 9000 |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
16,3 |
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
5,4 |
|
0202 20 50 9900 |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
16,3 |
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
5,4 |
|
0202 20 90 9100 |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
16,3 |
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
5,4 |
|
0202 30 90 9100 |
US (3) |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
6,5 |
CA (4) |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
6,5 |
|
0202 30 90 9200 (6) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
22,6 |
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
7,5 |
|
1602 50 31 9125 (5) |
B00 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
23,3 |
1602 50 31 9325 (5) |
B00 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
20,7 |
1602 50 39 9125 (5) |
B00 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
23,3 |
1602 50 39 9325 (5) |
B00 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
20,7 |
(1) L-inklużjoni f’din is-subintestatura hija soġġetta għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikat ta’ prova li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 32/82 (ĠU L 4, 8.1.1982, p. 11).
(2) L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1964/82 (ĠU L 212, 21.7.1982, p. 48) u, jekk japplika, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2006 (ĠU L 329, 25.11.2006, p 7).
(3) Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2973/79 (ĠU L 336, 29.12.1979, p. 44).
(4) Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2051/96 (ĠU L 274, 26.10.1996, p. 18).
(5) L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12).
(6) Il-kontenut f’dgħif tal-laħam taċ-ċanga għajr ix-xaħam huwa ddeterminat skond il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2429/86 (ĠU L 210, 1.8.1986, p. 39).
It-terminu “kontenut medju” jirreferi għall-kwantità tal-kampjun kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2002 (ĠU L 117, 4.5.2002, p. 6). Il-kampjun jittieħed mill-parti tal-lott ikkonċernat li tippreżenta l-akbar riskju.
(7) Skond l-Artikolu 33(10) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 kif emendat, ma tingħata l-ebda rifużjoni għall-prodotti importati minn pajjiżi terzi u esportati mill-ġdid lejn pajjiżi terzi.
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).
Il-kodicijiet alfanumeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19).
Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:
B00 |
: |
Id-destinazzjonijiet kollha (pajjiżi terzi, territorji oħrajn, provvisti u destinazzjonijiet meqjusa bħala post ta’ esportazzjoni barra mill-Komunità). |
B02 |
: |
B04 u destinazzjoni EG. |
B03 |
: |
L-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Kosovo, il-Montenegro, l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, ħażniet u provvisti [id-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 36 u 45, u, fejn japplika, fl-Artikolu 44 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11)]. |
B04 |
: |
It-Turkija, l-Ukraina, il-Belarus, il-Moldova, ir-Russja, il-Ġeorġja, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Każakstan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, it-Taġikistan, il-Kirgistan, il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, il-Libanu, is-Sirja, l-Iraq, l-Iran, l-Iżrael, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, il-Ġordan, l-Għarabja Sawdita, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Oman, il-Jemen, il-Pakistan, Sri Lanka, il-Mjanmar (Burma), it-Tajlandja, il-Vjetnam, l-Indoneżja, il-Filippini, iċ-Ċina, il-Korea ta’ Fuq, Ħong Kong, is-Sudan, il-Mawritanja, il-Mali, il-Burkina Faso, in-Niġer, iċ-Ċad, il-Kap Verde, is-Senegal, il-Gambja, il-Ginea-Bissaw, il-Ginea, is-Sjerra Leone, il-Liberja, il-Côte d’Ivoire, il-Gana, it-Togo, il-Benin, in-Niġerja, il-Kamerun, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, il-Ginea Ekwatorjali, Sao Tomè u Prinċipe, il-Gabon, il-Kongo, il-Kongo (ir-Repubblika Demokratika), ir-Rwanda, il-Burundi, Santa Liena u d-dipendenzi tagħha, l-Angola, l-Etjopja, l-Eritrea, Ġibuti, is-Somalja, l-Uganda, it-Tanzanja, is-Seychelles u d-dipendenzi tagħhom, It-Territorju Britanniku ta’ l-Oċean Indjan, il-Możambik, il-Mawrizju, il-Komoros, Mayotte, iż-Żambja, il-Malawi, l-Afrika t’Isfel, il-Lesoto. |