Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1204

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1204/2007 tal- 15 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-prodotti tal-frott u l-ħaxix ipproċessati, barra minn dawk mogħtija għaz-zokkor miżjud (ċirasa ppreżervata proviżorjament, tadam imqaxxar, konfettura taċ-ċirasa, ġellewż ippreparat, ċertu meraq tal-larinġ)

    ĠU L 271, 16.10.2007, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1204/oj

    16.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 271/13


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1204/2007

    tal-15 ta’ Ottubru 2007

    li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-prodotti tal-frott u l-ħaxix ipproċessati, barra minn dawk mogħtija għaz-zokkor miżjud (ċirasa ppreżervata proviżorjament, tadam imqaxxar, konfettura taċ-ċirasa, ġellewż ippreparat, ċertu meraq tal-larinġ)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1), u partikolarment l-Artikolu 16(3), it-tielet subparagrafu tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1429/95 (2) stabbilixxa r-regoli ta’ implimentazzjoni għal rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix barra dawk mogħtija għal zokkor miżjud.

    (2)

    Skond l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, safejn ikun meħtieġ biex tista’ ssir l-esportazzjoni f’kwantitajiet ekonomikament sinifikanti, il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) ta’ l-istess Regolament jistgħu jkunu suġġetti għal rifużjoni ta’ l-esportazzjoni, billi jitqiesu l-limiti li jirriżultaw mill-ftehimiet konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat. L-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jistabbilixxi li, f’każ li r-rifużjoni għaz-zokkor inkorporat fil-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) tirriżulta insuffiċjenti biex tista’ ssir l-esportazzjoni ta’ dawn il-prodotti, għandha tapplika r-rifużjoni stabbilita skond l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament.

    (3)

    Skond l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, jeħtieġ ikun żgurat li l-flussi kummerċjali li diġà nibtu minħabba l-għoti ta’ rifuzjonijiet ta’ l-esportazzjoni ma jkunux imxekkla. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-kwantitajiet jiġu stabbiliti prodott bi prodott, fuq il-bażi tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (3).

    (4)

    L-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jistipola li r-rifużjonijiet għandhom ikunu stabbiliti billi jittieħed kont tas-sitwazzjoni li tkun teżisti u x-xejriet futuri fir-rigward ta’, minn naħa, il-prezzijiet u d-disponibbiltà fis-suq tal-Komunità tal-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex, u min-naħa l-oħra, il-prezzijiet eżistenti fil-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, jeħtieġ jittieħed kont ukoll ta’ l-ispejjeż tat-tqegħid fis-suq u tat-trasport, kif ukoll ta’ l-aspett ekonomiku ta’ l-esportazzjonijiet proposti.

    (5)

    Skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità huma stabbiliti billi jittieħed kont tal-prezzijiet eżistenti li jkunu l-aktar favorevoli mil-lat ta’ l-esportazzjoni.

    (6)

    Is-sitwazzjoni tal-kummerċ internazzjonali u r-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċerti swieq jistgħu jagħmlu d-differenzjazzjoni tar-rifużjoni neċessarja għal prodott partikolari, skond id-destinazzjoni tal-prodott ikkonċernat.

    (7)

    Iċ-ċirasa ppreżervata proviżorjament, it-tadam imqaxxar, il-konfettura taċ-ċirasa, il-ġellewż ippreparat u ċertu meraq tal-larinġ attwalment jistgħu jkunu esportazzjonijiet ekonomikament sinifikanti.

    (8)

    Għalhekk, ir-rati tar-rifużjonijiet u l-kwantitajiet previsti għandhom ikunu stabbiliti.

    (9)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-prodotti tal-frott u l-ħaxix ipproċessati,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Ir-rati tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-prodotti tal-frott u l-ħaxix ipproċessati, il-perijodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, il-perijodu għall-ħruġ tal-liċenzji u l-kwantitajiet permessi huma stabbiliti fl-Anness.

    2.   Il-liċenzji maħruġa għal raġunijiet ta’ għajnuna alimentari, imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (4), ma għandhomx jingħaddu mal-kwantitajiet imniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    3.   B'deroga mill-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1429/95, il-perjodu ta' validità tal-liċenzija huwa limitat sal-31 ta' Diċembru 2007.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Ottubru 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ottubru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203).

    (2)  ĠU L 141, 24.6.1995, p. 28. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 548/2007 (ĠU L 130, 22.5.2007, p. 3).

    (3)  ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 532/2007 (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7).

    (4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).


    ANNESS

    tar-Regolament tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-prodotti tal-frott u l-ħaxix ipproċessati, barra minn dawk mogħtija għaz-zokkor miżjud (ċirasa ppreżervata proviżorjament, tadam imqaxxar, konfettura taċ-ċirasa, ġellewż ippreparat, ċertu meraq tal-larinġ)

    Perjodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji: mill-25 ta’ Ottubru 2007 sa l-14 ta’ Diċembru 2007.

    Perjodu ta’ assenjazzjoni tal-liċenzji: minn Novembru 2007 sa Diċembru 2007.

    Kodiċi tal-prodott (1)

    Kodiċi tad-destinazzjoni (2)

    Rata tar-rifużjoni

    (f’EUR/tunnellata netta)

    Kwantitajiet permessi

    (f’tunnellati)

    0812 10 00 9100

    F06

    45

    1 500

    2002 10 10 9100

    A02

    41

    22 400

    2006 00 31 9000

    2006 00 99 9100

    F06

    138

    250

    2008 19 19 9100

    2008 19 99 9100

    A00

    53

    250

    2009 11 99 9110

    2009 12 00 9111

    2009 19 98 9112

    A00

    5

    0

    2009 11 99 9150

    2009 19 98 9150

    A00

    26

    0


    (1)  Il-kodiċijiet tal-prodotti huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

    (2)  Il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma definiti fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 3846/87, kif emendat.

    Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:

    F06

    :

    Id-destinazzjonijiet kollha għajr għall-pajjiżi ta' l-Amerika ta' Fuq.


    Top