Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0939

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 939/2007 tas- 7 ta’ Awwissu 2007 li jemenda r-Regolament Nru 917/2004 dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 rigward il-miżuri għat-titjib tal-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u l- marketing ta’ prodotti ta’ l-apikoltura.

ĠU L 207, 8.8.2007, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/08/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R1366

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/939/oj

8.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 939/2007

tas-7 ta’ Awwissu 2007

li jemenda r-Regolament Nru 917/2004 dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 rigward il-miżuri għat-titjib tal-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u l-marketing ta’ prodotti ta’ l-apikoltura.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 tas-26 ta’ April 2004 dwar miżuri li jtejbu l-kundizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ l-apikultura (1), b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 917/2004 tal-Kummissjoni (2) stabilixxa d-dispożizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tal-programmi nazzjonali annwali previsti mir-Regolament (KE) Nru 797/2004. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għal dawn il-programmi huwa bbażat fuq in-numru totali ta’ xehdiet f’kull Stat Membru kif elenkat fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 917/2004.

(2)

Fil-komunikazzjonijiet ta’ l-Istati Membri sabiex jiġu aġġornati d-dettalji strutturali dwar is-sitwazzjoni fis-settur kif ipprovdut mill-Artikolu 1(a) tar-Regolament (KE) Nru 917/2004, kien hemm xi modifiki fin-numru ta’ xehdiet.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 917/2004 għandu jiġi emendat.

(4)

Billi r-Regolament (KE) Nru 917/2004 jipprovdi, fl-Artikolu 2(3), il-31 ta’ Awwissu bħala l-limitu għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet tal-programm annwali, hemm lok għall-previżjoni ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li tibda mis-sena tat-tqegħid fis-suq 2007/2008.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament preżenti huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 917/2004 għandu jiġi sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għall-ewwel darba għall-programmi annwali li jkopru s-sena tat-tqegħid fis-suq 2007/2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 28.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 163, 30.4.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 811/2007 (ĠU L 182, 12.7.2007, p. 5).


ANNESS

“ANNESS I

L-Istat Membru

Numru ta’ xehdiet

BE

110 000

BG

671 674

CZ

525 560

DK

170 000

DE

751 000

EE

33 000

EL

1 467 690

ES

2 320 949

FR

1 360 973

IE

22 000

IT

1 157 133

CY

44 338

LV

62 200

LT

85 015

LU

9 267

HU

900 000

MT

1 938

NL

80 000

AT

311 000

PL

1 091 930

PT

555 049

RO

975 062

SI

170 682

SK

246 259

FI

56 000

SE

150 000

UK

274 000

EU-27

13 602 719


Top