Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0935

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 935/2007 tas- 6 ta' Awissu 2007 li jiddefinixxi, għas-sena tas-suq 2006/2007, l-ammont ta’ l-għajnuna għall-ħżin taż-żbib u t-tin imqadded mhux ipproċessat

    ĠU L 206, 7.8.2007, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/935/oj

    7.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 206/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 935/2007

    tas-6 ta' Awissu 2007

    li jiddefinixxi, għas-sena tas-suq 2006/2007, l-ammont ta’ l-għajnuna għall-ħżin taż-żbib u t-tin imqadded mhux ipproċessat

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsdirat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1), u partikolarment l-Artikolu 9(8) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jipprovdi li għajnuna għall-ħżin għandha tingħata lill-aġenziji tal-ħżin għall-kwantitajiet ta’ sultana, passolina u tin imqadded li jkunu xtraw u għaż-żmien attwali tal-ħżin.

    (2)

    Jeħtieġ li tiġi definita l-għajnuna għall-ħżin taż-żbib u t-tin imqadded mhux ipproċessat tas-sena tas-suq 2006/2007 skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummisjsoni Nru 1622/1999 tat-23 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema għall-ħażna ta’ l-għeneb imqadded mhux ipproċessat u t-tin imqadded mhux ipproċessat (2).

    (3)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għall-prodotti pproċessati abbażi tal-frott u l-ħxejjex,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għas-sena tas-suq 2006/2007, l-ammont ta’ l-għajnuna għall-ħżin skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 huwa:

    a)

    għaż-żbib:

    i)

    EUR 0,1257 il-jum u t-tunnellata netta sad-29 ta’ Frar 2008,

    ii)

    EUR 0,0997 il-jum u t-tunnellata netta mill-1 ta’ Marzu 2008;

    b)

    għat-tin imqadded, EUR 0,1083 il-jum u t-tunnellata netta.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Awwissu 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl- Att dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203).

    (2)  ĠU L 192, 24.7.1999, p. 33. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1051/2005 (ĠU L 173, 6.7.2005, p. 5).


    Top