Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0806

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 806/2007 ta’ l- 10 ta’ Lulju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tal-majjal

    ĠU L 181, 11.7.2007, p. 3–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/05/2009; Imħassar b' 32009R0442

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/806/oj

    11.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 181/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 806/2007

    ta’ l-10 ta’ Lulju 2007

    li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tal-majjal

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1), u partikolarment l-Artikolu 11(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO), il-Komunità impenjat ruħha li tiftaħ kwoti tariffarji għal ċerti prodotti fis-settur tal-laħam tal-majjal. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli dettaljati ta’ l-amministrazzjoni ta’ dawn il-kwoti.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1458/2003 tat-18 ta’ Awissu 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota ta’ tariffa fis-settur tal-laħam tal-majjal (2) ġie modifikat diversi drabi b’mod sinifikanti, u jeħtieġ li jsirulu modifiki ġodda. Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1458/2003 jitħassar u jiġi sostitwit b’regolament ġdid.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta’ l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti permezz ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni (4), ħlief fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.

    (4)

    Sabiex tiġi żgurata r-regolarità ta’ l-importazzjonijiet, jeħtieġ li l-perjodu tal-kwota mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara jinqasam f’diversi perjodi sekondarji. F’kull każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita t-tul tal-validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja.

    (5)

    Jeħtieġ li l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tiġi żgurata permezz ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu definiti r-regoli għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet u t-tagħrif li għandu jingħata fl-applikazzjonijiet għal-liċenzji.

    (6)

    Ir-riskju ta’ l-ispekulazzjoni li hemm fis-sistema kkonċernata fis-settur tal-laħam tal-majjal jitlob li jiġu stabbiliti kundizzjonjiet preċiżi biex l-operaturi jingħataw aċċess għas-sistema tal-kwota tariffarja.

    (7)

    Biex tiġi żgurata ġestjoni adegwata tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li l-ammont tal-garanzjia relattiva għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni jiġi stabbilit fil-livell ta’ EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

    (8)

    Fl-interess ta’ l-operaturi, jeħtieġ li jkun previst li l-Kummissjoni tiddetermina l-kwantitajiet li għalihom ma jkunux saru applikazzjonijiet u li jiżdiedu mal-perjodu sekondarju tal-kwota skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

    (9)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Anness I għandhom jinfetħu għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal li jaqa’ taħt il-kodiċijiċt tan-NM msemmija fl-Anness I.

    Il-kwoti tariffarji għandhom jinfetħu fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

    2.   Il-kwantità tal-prodotti li jibbenefikaw mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 1, id-dazju applikabbli, in-numri tas-serje kif ukoll in-numri tal-grupp korrispondenti huma definiti fl-Anness I.

    3.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, fost il-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0203 19 55 u ex 0203 29 55 msemmija fil-gruppi G 2 u G 3 ta’ l-Anness I, jitqiesu dawn li ġejjin:

    a)

    “lonżiet diżussati”, il-lonżiet u biċċiet ta’ lonżiet diżussati, mingħajr il-flett, bil-qoxra ta’ taħt il-ġilda u bix-xaħam jew mingħajrhom;

    b)

    filet mignon”, qatgħat li jinkludu l-laħam tal-muskoli musculus major psoas u musculus minor psoas, bir-ras jew mingħajrha, imnaddfa jew le.

    Artikolu 2

    Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ħlief fejn ir-Regolament preżenti jipprovdi mod ieħor.

    Artikolu 3

    Il-kwantità stabbilita għall-perjodu annwali tal-kwota, għal kull numru tas-serje, għandu jitqassam kif ġej f’erba’ perjodi sekondarji:

    a)

    25 % mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru,

    b)

    25 % mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru,

    c)

    25 % mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu,

    d)

    25 % mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju.

    Artikolu 4

    1.   B’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, min japplika għal liċenzja ta’ l-importazzjoni, fil-waqt tat-tressiq ta’ l-ewwel applikazzjoni tiegħu fir-rigward ta’ perjodu partikolari annwali tal-kwota, għandu jagħti prova li, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi stipulati fl-imsemmi Artikolu 5, ikun importa jew esporta talanqas 50 tunnellata ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75.

    2.   L-applikazzjoni għal liċenzja ma tistax issemmi aktar minn numru wieħed tas-serje minn fost dawk fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Tista’ tkopri diversi prodotti li jaqgħu taħt kodiċijiet tan-NM differenti. F’dan il-każ, jeħtieġ li l-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deżinjazzjonijiet tagħhom jitniżżlu, rispettivament, fil-kaxex 16 u 15 ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja u tal-liċenzja nnifisha.

    Applikazzjoni għal liċenzja jeħtiġilha tkopri minimu ta’ 20 tunnellata u massimu ta’ 20 tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata matul il-perjodu sekondarju kkonċernat.

    3.   L-applikazzjoni għal liċenzja u l-liċenzja nnifisha għandu jkun fihom:

    a)

    fil-kaxxa 8, indikazzjoni tal-pajjiż ta’ l-oriġini.

    b)

    fil-kaxxa 20, waħda mill-entrati li jingħataw fl-Anness II, il-parti A.

    Il-liċenzja għandu jkun fiha, fil-kaxxa 24, waħda mill-entrati li jingħataw fl-Anness II, il-parti B.

    Artikolu 5

    1.   Applikazzjoni għal liċenzja ma tistax titressaq ħlief matul l-ewwel seba’ ġranet tax-xahar qabel kull perjodu sekondarju msemmi fl-Artikolu 3.

    2.   Mat-tressiq ta’ applikazzjoni għal liċenzja, għandha tiġi ddepożitata garanzija ta’ EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

    3.   B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, kull applikant jista’ jressaq diversi applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni għal prodotti li jaqgħu taħt l-istess numru tas-serje, jekk il-prodotti jkunu joriġinaw minn pajjiżi differenti. L-applikazzjonijiet, kull waħda tinvolvi biss pajjiż ta’ l-oriġini wieħed, jeħtiġilhom jitressqu fl-istess waqt għand l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru. F’dak li jirrigwarda l-massimu msemmi fl-Artikolu 4(2), t-tieni inċiż, ta’ dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu bħala applikazzjoni waħda.

    4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol wara dak ta’ tmiem il-perjodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali li għalihom ikunu tressqu applikazzjonijiet għal kull grupp, espressi f’kilogrammi.

    5.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu mis-seba’ ġurnata tax-xogħol, u mhux aktar tard mill-ħdax-il ġurnata tax-xogħol, wara tmiem il-perjodu ta’ komunikazzjoni pprovdut bil-paragrafu 4.

    6.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, jekk ikun il-każ, il-kwantitajiet li għalihom ma jkunux tressqu applikazzjonijiet u li għandhom jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għall-perjodu sekondarju tal-kwota ta’ wara.

    Artikolu 6

    1.   B’deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem l-ewwel xahar ta’ kull perjodu sekondarju tal-kwota, il-kwantitajiet totali espressi f’kilogrammi li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament imsemmi.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem ir-raba’ xahar wara kull perjodu annwali tal-kwota, il-kwantitajiet, espressi f’kilogrammi, li fil-fatt ikunu tqiegħdu fil-kummerċ ħieles skond dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat u għal kull numru tas-serje.

    3.   B’deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, il-kwantitajiet totali, espressi f’kilogrammi, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni li ma ntużawx jew intużaw biss parzjalment, l-ewwel darba fl-istess waqt tat-talba għall-aħħar perjodu sekondarju, u darba oħra qabel tmiem ir-raba’ xahar wara kull perjodu annwali.

    Artikolu 7

    1.   B’deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandha tkun mija u ħamsin jum mill-ewwel jum tal-perjodu sekondarju li għalih ikunu nħarġu.

    2.   Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment tad-drittijiet mogħtija bil-liċenzji huwallimitat għall-konċessjonarji li jissodisfaw il-kundizzzjonijiet ta’ eliġibbiltà stipulati bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament preżenti.

    Artikolu 8

    Ir-Regolament (KE) Nru 1458/2003 b’dan huwa mħassar.

    Ir-referenzi li jsiru għar-regolament imħassar għandhom jinftiehmu li jkunu qed isiru għar-Regolament preżenti, u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrispondenza li tingħata fl-Anness III.

    Artikolu 9

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

    (2)  ĠU L 208, 19.8.2003, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1191/2006 (ĠU L 215, 5.8.2006, p. 3).

    (3)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

    (4)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).


    ANNESS I

    Numru tas-serje

    Numru tal-grupp

    Kodiċijiet tan-NM

    Deżinjazzjoni tal-merkanzija

    Ħlas applikabbli

    (EUR/tunnellata)

    Kwantitajiet f’tunnellati

    (il-piż tal-prodotti)

    09.4038

    G2

    ex 0203 19 55

    ex 0203 29 55

    Lonżiet u prieżet diżussati friski, mkessħa jew iffriżati

    250

    35 265

    09.4039

    G3

    ex 0203 19 55

    ex 0203 29 55

    Flett frisk imkessaħ jew iffriżat

    300

    5 000

    09.4071

    G4

    1601 00 91

    Zlazet, niexfa jew għad-dlik, mhux imsajra

    747

    3 002

    1601 00 99

    Oħrajn

    502

    09.4072

    G5

    1602 41 10

    Preparazzjonijiet u priserv tal-laħam, ta’ l-interjuri jew tad-demm

    784

    6 161

    1602 42 10

    646

    1602 49 11

    784

    1602 49 13

    646

    1602 49 15

    646

    1602 49 19

    428

    1602 49 30

    375

    1602 49 50

    271

    09.4073

    G6

    0203 11 10

    0203 21 10

    Karkassi jew robbi friski, imkessħa jew iffriżati

    268

    15 067

    09.4074

    G7

    0203 12 11

    Qatgħat friski, imkessħa jew iffriżati, diżussati jew mhumiex, ħlief il-flettijiet ippreżentati għalihom weħidhom

    389

    5 535

    0203 12 19

    300

    0203 19 11

    300

    0203 19 13

    434

    0203 19 15

    233

    ex 0203 19 55

    434

    0203 19 59

    434

    0203 22 11

    389

    0203 22 19

    300

    0203 29 11

    300

    0203 29 13

    434

    0203 29 15

    233

    ex 0203 29 55

    434

    0203 29 59

    434


    ANNESS II

    PARTI A

    Elemnti msemmija fl-Artikolu 4(3), l-ewwel inċiż, punt b)

    bil-Bulgaru

    :

    Регламент (ЕО) № 806/2007.

    bl-Ispanjol

    :

    Reglamento (CE) no 806/2007.

    biċ-Ċek

    :

    Nařízení (ES) č. 806/2007.

    bid-Daniż

    :

    Forordning (EF) nr. 806/2007.

    bil-Ġermaniż

    :

    Verordnung (EG) Nr. 806/2007.

    bl-Estonjan

    :

    Määrus (EÜ) nr 806/2007.

    bil-Grieg

    :

    Kανονισμός (ΕΚ) αριθ. 806/2007.

    bl-Ingliż

    :

    Regulation (EC) No 806/2007.

    bil-Franċiż

    :

    Règlement (CE) no 806/2007.

    bit-Taljan

    :

    Regolamento (CE) n. 806/2007.

    bil-Latvjan

    :

    Regula (EK) Nr. 806/2007.

    bil-Litwan

    :

    Reglamentas (EB) Nr. 806/2007.

    bl-Ungeriż

    :

    806/2007/EK rendelet.

    bil-Malti

    :

    Ir-Regolament (KE) Nru 806/2007.

    bl-Olandiż

    :

    Verordening (EG) nr. 806/2007.

    bil-Pollakk

    :

    Rozporządzenie (WE) nr 806/2007.

    bil-Portugiż

    :

    Regulamento (CE) n.o 806/2007.

    bir-Rumen

    :

    Regulamentul (CE) nr. 806/2007.

    bis-Slovakk

    :

    Nariadenie (ES) č. 806/2007.

    bis-Sloven

    :

    Uredba (ES) št. 806/2007.

    bil-Finlandiż

    :

    Asetus (EY) N:o 806/2007.

    bl-Iżvediż

    :

    Förordning (EG) nr 806/2007.

    PARTI B

    Elementi msemmija fl-Artikolu 4(3), it-tieni inċiż

    bil-Bulgaru

    :

    намаляване на общата митническа тарифа съгласно предвиденото в Регламент (ЕО) № 806/2007.

    bl-Ispanjol

    :

    reducción del arancel aduanero común prevista en el Reglamento (CE) no 806/2007.

    biċ-Ċek

    :

    snížení společné celní sazby tak, jak je stanoveno v nařízení (ES) č. 806/2007.

    bid-Daniż

    :

    toldnedsættelse som fastsat i forordning (EF) nr. 806/2007.

    bil-Ġermaniż

    :

    Ermäßigung des Zollsatzes nach dem GZT gemäß Verordnung (EG) Nr. 806/2007.

    bl-Estonjan

    :

    ühise tollitariifistiku maksumäära alandamine vastavalt määrusele (EÜ) nr 806/2007.

    bil-Grieg

    :

    Μείωση του δασμού του κοινού δασμολογίου, όπως προβλέπεται στον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 806/2007.

    bl-Ingliż

    :

    reduction of the common customs tariff pursuant to Regulation (EC) No 806/2007.

    bil-Franċiż

    :

    réduction du tarif douanier commun comme prévu au règlement (CE) no 806/2007.

    bit-Taljan

    :

    riduzione del dazio della tariffa doganale comune a norma del regolamento (CE) n. 806/2007.

    bil-Latvjan

    :

    Regulā (EK) Nr. 806/2007 paredzētais vienotā muitas tarifa samazinājums.

    bil-Litwan

    :

    bendrojo muito tarifo muito sumažinimai, nustatyti Reglamente (EB) Nr. 806/2007.

    bl-Ungeriż

    :

    a közös vámtarifában szereplő vámtétel csökkentése a 806/2007/EK rendelet szerint.

    bil-Malti

    :

    tnaqqis tat-tariffa doganali komuni kif jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 806/2007.

    bl-Olandiż

    :

    Verlaging van het gemeenschappelijke douanetarief overeenkomstig Verordening (EG) nr. 806/2007.

    bil-Pollakk

    :

    Cła WTC obniżone jak przewidziano w rozporządzeniu (WE) nr 806/2007.

    bil-Portugiż

    :

    redução da Pauta Aduaneira Comum como previsto no Regulamento (CE) n.o 806/2007.

    bir-Rumen

    :

    reducerea tarifului vamal comun astfel cum este prevăzut de Regulamentul (CE) nr. 806/2007.

    bis-Slovakk

    :

    Zníženie spoločnej colnej sadzby, ako sa ustanovuje v nariadení (ES) č. 806/2007.

    bis-Sloven

    :

    znižanje skupne carinske tarife v skladu z Uredbo (ES) št. 806/2007.

    bil-Finlandiż

    :

    Asetuksessa (EY) N:o 806/2007 säädetty yhteisen tullitariffin alennus.

    bl-Iżvediż

    :

    nedsättning av den gemensamma tulltaxan i enlighet med förordning (EG) nr 806/2007.


    ANNESS III

    Tabella ta’ korrispondenza

    Ir-Regolament (KE) Nru 1458/2003

    Dan ir-Regolament

    l-Artikolu 1

    l-Artikolu 1

    l-Artikolu 2

    l-Artikolu 1

    l-Artikolu 3

    l-Artikolu 3

    l-Artikolu 4(1)(a)

    l-Artikolu 4(1)

    l-Artikolu 4(1)(b)

    l-Artikolu 4(2)

    l-Artikolu 4(1)(ċ)

    l-Artikolu 4(3)

    l-Artikolu 4(1)(d)

    l-Artikolu 4(3)

    l-Artikolu 4(1)(e)

    l-Artikolu 4(3)

    l-Artikolu 5(1), l-ewwel inċiż

    l-Artikolu 5(1)

    l-Artikolu 5(1), it-tieni inċiż

    l-Artikolu 5(2), l-ewwel inċiż

    l-Artikolu 5(2), it-tieni inċiż

    l-Artikolu 5(3)

    l-Artikolu 5(3)

    l-Artikolu 5(3)

    l-Artikolu 5(4)

    l-Artikolu 5(2)

    l-Artikolu 5(5), l-ewwel inċiż

    l-Artikolu 5(4)

    l-Artikolu 5(5), it-tieni inċiż

    l-Artikolu 5(6)

    l-Artikolu 5(7)

    l-Artikolu 5(8)

    l-Artikolu 5(6)

    l-Artikolu 5(9)

    l-Artikolu 5(5)

    l-Artikolu 5(10)

    l-Artikolu 5(11), l-ewwel inċiż

    l-Artikolu 6(2)

    l-Artikolu 5(11), it-tieni inċiż

    l-Artikolu 6, l-ewwel inċiż

    l-Artikolu 7(1)

    l-Artikolu 6, it-tieni inċiż

    l-Artikolu 7, l-ewwel inċiż

    l-Artikolu 2

    l-Artikolu 7, it-tieni inċiż

    l-Artikolu 8

    l-Artikolu 9

    l-Artikolu 9

    Anness I

    Anness I

    Anness IIa

    Anness II, Parti A

    Anness IIb

    Anness II, Parti B

    Anness III

    Anness IV

    Anness V

    Anness VI


    Top