Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0721

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 721/2007 tal- 25 ta’ Ġunju 2007 li jadatta r-Regolament (KE) Nru 884/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) tal-miżuri ta' intervenzjoni taħt forma ta' operazzjonijiet ta' ħżin pubbliku u l-kontabilità ta' l-operazzjonijiet ta' ħżin pubbliku mill-aġenziji tal-ħlas ta' l-Istati Membri, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

    ĠU L 164, 26.6.2007, p. 4–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/09/2014; Imħassar b' 32014R0907

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/721/oj

    26.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 164/4


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 721/2007

    tal-25 ta’ Ġunju 2007

    li jadatta r-Regolament (KE) Nru 884/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) tal-miżuri ta' intervenzjoni taħt forma ta' operazzjonijiet ta' ħżin pubbliku u l-kontabilità ta' l-operazzjonijiet ta' ħżin pubbliku mill-aġenziji tal-ħlas ta' l-Istati Membri, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija,

    Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 56 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ċerti emendi tekniċi huma meħtieġa fl-Annessi IV u VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 (1) minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.

    (2)

    Għandhom jiġu stabbiliti r-rati ta' l-imgħax ta' referenza msemmija fil-punt I.2 ta' l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 884/2006, meħtieġa għall-Bulgarija u r-Rumanija sabiex jiġu kkalkulati l-ispejjeż finanzjarji li għandhom jiġu rifużi lill-Istati Membri kkonċernati għall-operazzjonijiet tagħhom ta' ħżin pubbliku, u l-perjodu ta' referenza 2007 għall-Bulgarija u r-Rumanija sabiex jiġu kkalkulati l-ispejjeż standard li għandhom jiġu rifużi lill-Istati Membri kkonċernati għall-operazzjonijiet tagħhom ta' ħżin pubbliku għas-sena tal-baġit 2008.

    (3)

    Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 884/2006 għandu jiġi emendat skond dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 884/2006 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-appendiċi fl-Anness IV jinbidel bit-test fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

    (2)

    Il-Punt I ta' l-Anness VI jinbidel bit-test ta' l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.


    ANNESS I

    “Appendiċi

    Rati ta' l-imgħax ta' referenza msemmija fl-Anness IV

    1.

    Il-Bulgarija

    Sofia interbank borrowing offered rate għal tliet xhur (SOFIBOR)

    2.

    Ir-Repubblika Ċeka

    Prague interbank borrowing offered rate għal tliet xhur (PRIBOR)

    3.

    Id-Danimarka

    Copenhagen interbank borrowing offered rate għal tliet xhur (CIBOR)

    4.

    L-Estonja

    Tallinn interbank borrowing offered rate għal tliet xhur (TALIBOR)

    5.

    Ċipru

    Nicosia interbank borrowing offered rate għal tliet xhur (NIBOR)

    6.

    Il-Latvja

    Riga interbank borrowing offered rate għal tliet xhur (RIGIBOR)

    7.

    Il-Litwanja

    Vilnius interbank borrowing offered rate għal tliet xhur (VILIBOR)

    8.

    L-Ungerija

    Budapest interbank borrowing offered rate għal tliet xhur (BUBOR)

    9.

    Malta

    Malta interbank borrowing offered rate għal tliet xhur (MIBOR)

    10.

    Il-Polonja

    Warsaw interbank borrowing offered rate għal tliet xhur (WIBOR)

    11.

    Ir-Rumanija

    Bucharest interbank borrowing offered rate għal tliet xhur (BUBOR)

    12.

    Is-Slovenja

    Slovenian interbank borrowing offered rate għal tliet xhur (SITIBOR)

    13.

    Is-Slovakkja

    Bratislava interbank borrowing offered rate għal tliet xhur (BRIBOR)

    14.

    L-Iżvezja

    Stockholm interbank borrowing offered rate għal tliet xhur (STIBOR)

    15.

    Ir-Renju Unit

    London interbank borrowing offered rate għal tliet xhur (LIBOR)

    16.

    Għal Stati Membri oħra

    Euro interbank borrowing offered rate għal tliet xhur (EURIBOR)


    ANNESS II

    “1.

    Għandhom jiġu stabbiliti ammonti standard li għandhom japplikaw fil-Komunità kollha, għal kull prodott, fuq il-bażi ta' l-ispejjeż reali l-iktar baxxi rreġistrati matul perjodu ta' referenza li jibda mill-1 ta' Ottubru tas-sena n u jispiċċa fit-30 ta' April tas-sena ta' wara. Għas-sena tal-baġit 2008, il-perjodu ta' referenza għall-Bulgarija u r-Rumanija jibda fl-1 ta' Jannar 2007 u jispiċċa fit-30 ta' April 2007.”


    Top