EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0580

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 580/2007 tad- 29 ta’ Mejju 2007 li jikkonċerna l-implimentazzjoni ta' Ftehimiet fil-forma ta' Minuti Miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u t-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), li jemenda u li jżid ma’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

ĠU L 138, 30.5.2007, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/580/oj

Related international agreement
Related international agreement

30.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 138/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 580/2007

tad-29 ta’ Mejju 2007

li jikkonċerna l-implimentazzjoni ta' Ftehimiet fil-forma ta' Minuti Miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u t-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), li jemenda u li jżid ma’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (1) stabbilixxa nomeklatura ta’ merkanzija, hawn hekk imsejħa “Nomenklatura Magħquda”, u stipula r-rati tad-dazju konvenzjonali tat-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

Bid-Deċiżjoni tiegħu 2007/360/KE, tad-29 ta’ Mejju 2007 dwar il-konklużjoni ta' Ftehimiet fil-forma ta' Minuti Miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja (2) , il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, dawk il-Ftehimiet bil-għan li jingħalqu n-negozjati mibdija skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994,

(3)

Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat u supplimentat bi qbil ma' dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu jiġi emendat u supplimentat bid-dazji u l-volumi mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PLEWA


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 501/2007 (ĠU L 119, 9.5.2007, p. 1).

(2)  Ara paġna 10 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti m’għandux jiġi kkunsidrat bħala li għandu iktar minn valur indikattiv, bil-konċessjonijiet jiġu stabbiliti, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu fil-ħin ta’ l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

It-Tieni Parti -   L-Iskeda tad-Dazji Doganali

Il-kodiċi NM

Deskrizzjoni

Ir-rata tad-dazju

0210 99 39

Laħam tat-tjur immellaħ

EUR 1 300 /tunnellata

1602 31

Laħam tad-dundjani ppreparat

EUR 1 024 /tunnellata

1602 32 19

Laħam tat-tiġieġ imsajjar

EUR 1 024 /tunnellata


It-Tielet Parti -   Annessi tat-Tariffi

Il-kodiċi NM

Deskrizzjoni

Ir-rata tad-dazju

0210 99 39

Laħam tat-tjur immellaħ

Tinfetaħ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 264 245 tunnellata li minnhom 170 807 tunnellata għandhom jiġu allokati lill-Brażil u 92 160 tunnellata lit-Tajlandja b’rata fil-kwota ta’ 15,4 %

1602 31

Laħam tad-dundjani ppreparat

Tinfetaħ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 103 896 tunnellata li minnhom 92 300 tunnellata għandhom jiġu allokati lill-Brażil b’rata fil-kwota ta’ 8,5 %

1602 32 19

Laħam tat-tiġieġ imsajjar

Tinfetaħ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 250 953 tunnellata li minnhom 79 477 tunnellata għandhom jiġu allokati lill-Brażil u 92.160 333 tunnellata lit-Tajlandja b’rata fil-kwota ta’ 8,0 %

Id-deskrizzjoni eżatta tat-tariffa tal-KE-25 għandha tapplika għal-linji tariffarji u l-kwoti ta’ hawn fuq kollha.


Top