Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0507

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2007 tat- 8 ta’ Mejju 2007 li jemenda għas-76 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

    ĠU L 119, 9.5.2007, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/507/oj

    9.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 119/27


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 507/2007

    tat-8 ta’ Mejju 2007

    li jemenda għas-76 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet li jaqgħu taħt l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji skond dak ir-Regolament.

    (2)

    Fl-24 ta' April 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat kif xieraq,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Eneko LANDÁBURU

    Id-Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 492/2007 (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 5).


    ANNESS

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Numru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    “Dott. Abdul Latif Saleh (alias (a) Abdul Latif A.A. Saleh, (b) Abdyl Latif Saleh, (c) Dott. Abd al-Latif Saleh, (d) Abdul Latif A.A. Saleh Abu Hussein, (e) Abd al-Latif Salih, (f) Abu Amir). Indirizz: L-aħħar residenza magħrufa: Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 5.3.1957. Post tat-twelid: Bagdad, Iraq. Nazzjonalità: (a) Ġordaniża, (b) Albaniża. Passaport Ġordaniż Nru D366 871.” taħt it-titolu “Persuni Naturali” għandu jiġi sostitwit minn:

    Abdul Latif Saleh (alias (a) Abdul Latif A.A. Saleh, (b) Abdyl Latif Saleh, (c) Abd al-Latif Saleh, (d) Abdul Latif A.A. Saleh Abu Hussein, (e) Abd al-Latif Salih, (f) Abu Amir). Titolu: Indirizz: L-aħħar residenza magħrufa: Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 5.3.1957. Post tat-twelid: Bagdad, Iraq. Nazzjonalità: (a) Ġordaniża, (b) Albaniża (sa mill-1992). Nru tal-passaport: (a) D366 871 (passaport Ġordaniż), (b) 314772 (passaport Albaniż maħruġ fit-8.3.1993, (c) 0334695 (passaport Albaniż maħruġ fl-1.12.1995). Informazzjoni oħra: Imkeċċi mill-Albanija fl-1999.

    (2)

    “Salafist Group for Call and Combat (GSPC) (magħruf ukoll bħala Le Groupe Salafiste pour la Prédiction et le Combat)” taħt it-titolu “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” għandha tiġi sostitwita minn:

    The Organization of Al-Qaida in the Islamic Maghreb (magħrufa wkoll bħala (a) Al Qaïda au Maghreb islamique (AQMI), (b) Le Groupe Salafiste pour la Prédication et le Combat (GSPC), (c) Salafist Group For Call and Combat.


    Top