EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007L0012

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/12/KE tas- 26 ta’ Frar 2007 li temenda ċertu annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi tar-residwi għall-penconazole, il-benomyl u l-carbendazim Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 59, 27.2.2007, p. 75–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 87–95 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/12/oj

29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

87


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/12/KE

tas-26 ta’ Frar 2007

li temenda ċertu annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi tar-residwi għall-penconazole, il-benomyl u l-carbendazim

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f), tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 91/414/KEE, l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-protezzjoni ta’ pjanti għall-użu fuq ħxejjex speċifiċi huma responsabbiltà ta’ l-Istati Membri. Awtorizzazzjonijiet ta' dan it-tip għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni ta’ l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u ta’ l-influwenza fuq l-ambjent. Elementi li jridu jitqiesu f'dawn il-valutazzjonijiet jinkludu l-esponiment ta’ l-operaturi u ta’ persuni fil-qrib u l-impatt fuq l-ambjenti ta' l-art, l-ilma u l-arja, kif ukoll l-impatt fuq il-bnedmin mill-konsum ta’ residwi fuq ħxejjex li jkunu ġew ittrattati.

(2)

Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) jirriflettu l-użu ta’ kwantitajiet minimi ta’ pestiċidi għall-protezzjoni effettiva tal-pjanti, li jiġu applikati b’tali mod li l-ammont ta’ residwu jkun l-iżgħar ammont prattikabbli u tossikoloġikament aċċettabbli, partikolarment fit-termini ta’ stima ta’ konsum fid-dieta.

(3)

L-MRLs għall-pestiċidi koperti mid-Direttiva 90/642/KEE għandhom jinżammu taħt reviżjoni u jistgħu jiġu mmodifikati sabiex jiġu kkunsidrati użi li ġew mibdula jew użi ġodda. Informazzjoni dwar użu ġdid jew bidla fl-użu ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni li se twassal għal bidliet fil-livelli residwi tal-penconazole, benomyl u l-carbendazim.

(4)

L-esponiment tul il-ħajja tal-konsumaturi għal dawk il-pestiċidi permezz ta’ prodotti alimentari li jista’ jkun fihom ir-residwi ta’ dawk il-pestiċidi, ġie assessjat u valutat skond il-proċeduri u l-prassi użati fi ħdan il-Komunità, b’kunsiderazzjoni tal-linji ta' gwida maħruġa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (3).

(5)

Fil-każ tal-benomyl u l-carbendazim li għalihom teżisti doża ta' referenza akuta (ARfD — Acute Reference Dose), l-esponiment akut tal-konsumaturi permezz ta' kull wieħed mill-prodotti alimentari li għandhom imnejn ikun fihom residwi ta' dawn il-pestiċidi ġie assessjat u evalwat skond il-proċeduri u l-prassi użati attwalment fi ħdan il-Komunità, b'kunsiderazzjoni tal-linji ta' gwida maħruġa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, b’mod partikolari l-pariri u r-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumaturi mill-prodotti alimentari trattati bil-pestiċidji (4), ġew ikkunsidrati. Skond dik il-valutazzjoni tal-konsum fid-dieta, l-MRLs għal dawk il-pestiċidi għandhom jiġu stipulati sabiex ikun żgurat li ma jinqabiżx l-ARfD. Fil-każ tas-sustanzi l-oħrajn, il-valutazzjoni ta' l-informazzjoni disponibbli wriet li l-ebda ARfD mhi meħtieġa u li għaldaqstant mhix neċessarja valutazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir.

(6)

Fil-każ ta' l-MRLs ġodda għaċ-ċitru għall-benomyl u l-carbendazim l-applikant impenja ruħu li jforni data addizzjonali meħtieġa sa Diċembru 2007. Id-data diġà disponibbli turi li l-MRL propost huwa sigur għall-konsumaturi.

(7)

Fil-każ li l-użi awtorizzati fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma jirriżultawx f’livelli li jistgħu jiġu osservati ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa jew fuq prodott ta’ l-ikel, jew fejn l-użi li jkunu ġew awtorizzati mill-Istati Membri ma jkunux ġew sostnuti bid-data meħtieġa, jew fejn użi f'pajjiżi terzi li jirriżultaw f’residwi ġewwa jew fuq prodotti alimentari li għandhom mnejn jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq Komunitarju ma jkunux ġew sostnuti bit-tali informazzjoni meħtieġa, l-MRLs għandhom jiġu ffissati fil-livell l-iktar baxx ta' l-osservanza analitika.

(8)

Għalhekk huwa xieraq li jiġu ffissati MRLs ġodda għal dawk il-pestiċidi.

(9)

Id-Direttiva 90/642/KEE għandha għalhekk tkun emendata għal dawn ir-ragunijiet.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE huwa emendat b'konformità ma' l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mis-27 ta’ Awwissu 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-28 ta’ Awwissu 2007.

2.   Meta l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, dawn id-dispożizzjonijiet għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandha ssir referenza għal din id-Direttiva meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Frar 2007.

Ghall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92/KE (ĠU L 311, 10.11.2006, p. 31).

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/6/KE (ĠU L 43, 15.2.2007, p. 13).

(3)  Linji Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), mħejjija mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex fuq ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

(4)  L-opinjoni tirrigwarda l-kwistjonijiet konnessi ma' l-emendar ta' l-annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (Opinjoni espressa mill-SCP, l-14 ta' Lulju 1998); L-opinjoni tirrigwarda r-residwi tal-pestiċidi varjabbli fil-frott u l-ħxejjex (Opinjoni espressa mill-SCP nhar l-14 ta' Lulju 1998) http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/scp/outcome_ppp_en.html


ANNESS

L-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE huwa emendat kif ġej: F'parti A, il-kolonni għall-penconazole, il-benomyl, u l-carbendazim għandhom jiġu sostitwiti b'li ġej:

 

Pesticide residue and maximum residue level (mg/kg)

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs

Penconazole

Somma benomyl u carbendazim, espressi bħala carbendazim

“1.   

Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriservat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġwież

(i)

IL-FROTT TAĊ-ĊITRU

0,05  (*)

0,5  (t)

Grejpfrut

 

 

Lumi

 

 

Lajm

 

 

Mandolin (inkluzi l-klementini u ibridi oħra)

 

 

Larinġ

 

 

Pomelos

 

 

Oħrajn

 

 

(ii)

ĠWIEŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha)

0,05  (*)

0,1  (*)

Lewż

 

 

Ġewż tal-Brażil

 

 

Kexjus jew ġwież ta’ l-anakardju

 

 

Qastan

 

 

Ġewż ta’ l-Indi

 

 

Ġellewż

 

 

Makadamja

 

 

Ġwież tal-Pekan

 

 

Ġwież ta’ l-arznu (pine nuts)

 

 

Pistaċċi

 

 

Ġewż

 

 

Oħrajn

 

 

(iii)

FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT)

0,2

0,2

Tuffieħ

 

 

Lanġas

 

 

Sfarġel

 

 

Oħrajn

 

 

(iv)

FROTT TA’ L-GĦADMA

 

 

Berquq

0,1

0,2

Ċiras

 

0,5

Ħawħ (inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili)

0,1

0,2

Għanbaqar

 

0,5

Oħrajn

0,05  (*)

0,1  (*)

(v)

FROTT ŻGĦIR

 

 

(a)

Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid

0,2

 

Għeneb tal-mejda

 

0,3

Għeneb ta’ l-inbid

 

0,5

(b)

Frawli (għajr dak selvaġġ)

0,5

0,1  (*)

(c)

Frott tal-qasab (għajr dak selvaġġ)

0,05  (*)

0,1  (*)

Tut

 

 

Dewberries

 

 

Loganberries

 

 

Lampun

 

 

Oħrajn

 

 

(d)

Frott żgħir (għajr dawk selvaġġi)

 

0,1  (*)

Bilberries

 

 

Cranberries

 

 

Passolina (ħamra, sewda u bajda)

0,5

 

Gooseberries

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

(e)

Frott u berries salvaġġi

0,05  (*)

0,1  (*)

(vi)

OĦRAJN

0,05  (*)

 

Avokado

 

 

Banana

 

 

Tamal

 

 

Tin

 

 

Kiwi

 

 

Kumquats

 

 

Litchis

 

 

Mango

 

 

Żebbuġ (konsum domestiku)

 

 

Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt)

 

 

Papaja

 

0,2

Passion fruit

 

 

Ananas

 

 

Rummien

 

 

Oħrajn

 

0,1  (*)

2.   

Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin

(i)

ĦXEJJEX F’SURA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ

0,05  (*)

0,1  (*)

Pitrava zokkrija

 

 

Zunnarija

 

 

Cassava

 

 

Krafes

 

 

Mustarda użata għaz-zalza

 

 

Qaqoċċ

 

 

Zunnarija bajda

 

 

Għeruq tat-tursin

 

 

Ravanell

 

 

Sassefrika

 

 

Patata ħelwa

 

 

Swedes

 

 

Pjanta tal-ġenus Brassica

 

 

Jam

 

 

Oħrajn

 

 

(ii)

ĦXEJJEX F’SURA TA’ BASAL

0,05  (*)

0,1  (*)

Tewm

 

 

Basal

 

 

Basal li jikber bħala għanqud li jissejjaħ Shallots

 

 

Tip ta' basal li jissejjaħ Spring onions

 

 

Oħrajn

 

 

(iii)

ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA

 

 

(a)

Solanacea

 

 

Tadam

0,1

0,5

Bżar

0,2

 

Brunġiel

0,1

0,5

Okra

 

2

Oħrajn

0,05  (*)

0,1  (*)

(b)

Għerq tal-qara’ tal-fliexken — tal-qoxra li tittiekel

0,1

0,1  (*)

Ħjar

 

 

Gherkins

 

 

Qarabali

 

 

Oħrajn

 

 

(c)

Għerq tal-qara’ tal-fliexken tal-qoxra li ma tittikilx

0,1

0,1  (*)

Bettiħ

 

 

Ħxejjex li jissejħu squashes

 

 

Dulliegħ

 

 

Oħrajn

 

 

(d)

Qamħirrum

0,05  (*)

0,1  (*)

(iv)

ĦXEJJEX BRASSICA

0,05  (*)

 

(a)

Brassica li tagħmel il-fjuri

 

0,1  (*)

Brokkli (inkluża il-Calabrese)

 

 

Pastard

 

 

Oħrajn

 

 

(b)

Brassica bir-ras

 

 

Kaboċċi ta’ Brussell

 

0,5

Kaboċċi tar-ras

 

 

Oħrajn

 

0,1  (*)

(c)

Brassica bil-weraq

 

0,1  (*)

Kaboċċa taċ-Ċina

 

 

Kale

 

 

Oħrajn

 

 

(d)

Qarabali

 

0,1  (*)

(v)

ĦXEJJEX LI JITTIEKLU L-WERAQ TAGĦHOM & ĦAXIX AROMATIKU FRISK

0,05  (*)

0,1  (*)

(a)

Ħass u simili

 

 

Krexxuni

 

 

Ħass tal-ħaruf

 

 

Ħass

 

 

Scarole (endive tal-werqa wiesgħa)

 

 

Insalata

 

 

Weraq u zkuk tal-brassika

 

 

Oħrajn

 

 

(b)

Spinaċi u simili

 

 

Spinaċi

 

 

Weraq tal-pitravi

 

 

Oħrajn

 

 

(c)

Krexxuni ta’ l-ilma

 

 

(d)

Witloof

 

 

(e)

Ħwawar

 

 

Maxxita

 

 

Kurrat salvaġġ

 

 

Tursin

 

 

Weraq tal-karfus

 

 

Oħrajn

 

 

(vi)

ĦXEJJEX LEGUMI (friski)

0,05  (*)

 

Fażola (bl-imżiewed)

 

0,2

Fażola (mingħajr imżiewed)

 

 

Piżelli (bl-imżiewed)

 

0,2

Piżelli (mingħajr imżiewed)

 

 

Oħrajn

 

0,1  (*)

(vii)

ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski)

 

0,1  (*)

Asparagu

 

 

Kardun

 

 

Karfus

 

 

Bużbież

 

 

Qaqoċċ

0,2

 

Kurrat

 

 

Rabarbru

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

(viii)

FAQQIEGĦ

0,05  (*)

0,1  (*)

(a)

Faqqiegħ ikkoltivat

 

 

(b)

Faqqiegħ salvaġġ

 

 

3.

Għażż

0,05  (*)

0,1  (*)

Fażola

 

 

Għazz

 

 

Piżelli

 

 

Lupini

 

 

Oħrajn

 

 

4.

Żrieragħ taż-żejt

0,05  (*)

 

Żerriegħa tal-kittien

 

 

Karawett

 

 

Żerriegħa tal-peprin

 

 

Ġulġlien

 

 

Żerriegħa tal-ġirasol

 

 

Żerriegħa tal-lift

 

 

Żerriegħa tas-sojja

 

0,2

Żerriegħa tal-mustarda

 

 

Żerriegħa tal-qoton

 

 

Żerriegħa tal-qanneb

 

 

Oħrajn

 

0,1  (*)

5.

Patata

0,05  (*)

0,1  (*)

Patata bikrija

 

 

Varjazzjonijiet ta’ patata

 

 

6.

TE (weraq imnixxef u zkuk, iffermentati jew mod ieħor, Camellia sinensis)

0,1  (*)

0,1  (*)

7.

Il-Ħopp (imnixxef), inklużi l-gerbub żgħir tal-ħopp u t-trab mhux ikkonċentrat,

0,5

0,1  (*)


(*)  Tindika l-limitu ta’ isfel tad-determinazzjoni analitika.

(t)  Tindika li l-livell massimu ta' residwi ġie stabbilit b'mod temporanju sal-31 ta' Diċembru 2007 sakemm tasal data li trid tiġi sottomessa mill-applikant. Jekk ma tinkiseb ebda data sa dik id-data, l-MRL jiġi rtirat b'Direttiva jew Regolament.”


Top