Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0834

    2007/834/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat- 22 ta’ Novembru 2007 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunitajiet fil-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Xjenza u Teknoloġija fir-rigward ta’ l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-Ftehim li jistabbilixxi Ċentru Internazzjonali ta’ Xjenza u Teknoloġija bejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa u, waqt li jaġixxu bħala Parti waħda, il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Komunità Ekonomika Ewropea

    ĠU L 330, 15.12.2007, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/834/oj

    15.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 330/29


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

    tat-22 ta’ Novembru 2007

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunitajiet fil-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Xjenza u Teknoloġija fir-rigward ta’ l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-Ftehim li jistabbilixxi Ċentru Internazzjonali ta’ Xjenza u Teknoloġija bejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa u, waqt li jaġixxu bħala Parti waħda, il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Komunità Ekonomika Ewropea

    (2007/834/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 101 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3955/92 tal-21 ta’ Diċembru 1992 li jikkonċerna l-konklużjoni għan-nom tal-Komunità Ekonomika Ewropea ta’ Ftehim li jistabbilixxi Ċentru Internazzjonali ta’ Xjenza u Teknoloġija bejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa u, waqt li jaġixxu bħala Parti waħda, il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Komunità Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(1), (3) u (4) tiegħu, u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 3956/92 tal-21 ta’ Diċembru 1992 dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika ta’ Ftehim li jistabbilixxi Ċentru Internazzjonali ta’ Xjenza u Teknoloġija bejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa u, waqt li jaġixxu bħala Parti waħda, il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu (2),

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Fil-21 ta’ Diċembru 1992, waqt li jaġixxu bħala Parti waħda, il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Komunità Ekonomika Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “il-Komunitajiet”) ikkonkludew il-Ftehim li jistabbilixxi Ċentru Internazzjonali ta’ Xjenza u Teknoloġija (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”).

    (2)

    Fis-27 ta’ Frar 2007 il-Konfederazzjoni Żvizzera nnotifikat lill-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Xjenza u Teknoloġija (minn hawn ‘il quddiem “il-Bord Amministrattiv”) bl-intenzjoni tagħha li ssir Parti għall-Ftehim.

    (3)

    Skond l-Artikolu XIII tal-Ftehim, hija r-responsabbiltà tal-Bord Amministrattiv li japprova din l-adeżjoni.

    (4)

    Il-Komunitajiet huma rrappreżentati fuq il-Bord Amministrattiv mill-Presidenza tal-Kunsill u mill-Kummissjoni,

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera, mal-Ftehim li jistabbilixxi ċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Xjenza u Teknoloġija bejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa u, waqt li jaġixxu bħala Parti waħda, il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Komunità Ekonomika Ewropea, hija b’dan approvata għan-nom tal-Komunitajiet.

    Artikolu 2

    Ir-rappreżentanti tal-Presidenza tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fuq il-Bord Amministrattiv huma b’dan awtorizzati sabiex japprovaw l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-Ftehim.

    Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Novembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. PINHO


    (1)  ĠU L 409, 31.12.1992, p. 1.

    (2)  ĠU L 409, 31.12.1992, p. 10.


    Top