Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0725

    2007/725/CFSP: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà BiH/12/2007 tal- 25 ta’ Settembru 2007 dwar il-ħatra tal-Kap ta’ l-Element ta’ Kmand ta’ l-UE f’Napli għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

    ĠU L 293, 10.11.2007, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/725/oj

    10.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 293/9


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ BiH/12/2007

    tal-25 ta’ Settembru 2007

    dwar il-ħatra tal-Kap ta’ l-Element ta’ Kmand ta’ l-UE f’Napli għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

    (2007/725/CFSP)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 25, il-paragrafu tlieta, tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Permezz ta’ Skambju ta’ Ittri bejn is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO fit-28 ta’ Settembru 2004 u fit-8 ta’ Ottubru 2004, rispettivament, il-Kunsill ta’ l-Atlantiku tat-Tramuntana qabel li jqiegħed għad-dispożizzjoni l-Kap tal-Persunal tal-Kwartieri Ġenerali tal-Kmand tal-Forza Konġunta, Napli bħala Kap ta’ l-Element ta’ Kmand ta’ l-UE f’Napli.

    (2)

    Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Kap tal-Persunal tal-Kwartieri Ġenerali tal-Kmand tal-Forza Konġunta, Napli, il-Logutenent Ġeneral Eduardo ZAMARRIPA, bħala Kap ta’ l-Element ta’ Kmand ta’ l-UE f’Napli għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

    (3)

    Il-Kumitat Militari ta’ l-UE appoġġa r-rakkomandazzjoni.

    (4)

    Skond l-Artikolu 6 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jeżerċita l-amministrazzjoni politika u strateġika ta’ l-operazzjoni militari ta’ l-UE.

    (5)

    Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża.

    (6)

    Fit-12 u t-13 ta’ Diċembru 2002 il-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen adotta Dikjarazzjoni li tiddikjara li l-arranġamenti “Berlin plus” u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri ta’ l-UE li huma wkoll jew membri tan-NATO jew partijiet fis-“Sħubija għall-Paċi”, u li għaldaqstant ikkonkludew ftehim bilaterali dwar is-sigurtà man-NATO,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Logutenent Ġeneral Eduardo ZAMARRIPA huwa b’dan maħtur Kap ta’ l-Element ta’ Kmand ta’ l-UE f’Napli għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussel, 25 ta’ Settembru 2007.

    Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

    Il-President

    C. DURRANT PAIS


    (1)  ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10.


    Top