Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0568

2007/568/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 20 ta’ Awwissu 2007 dwar kontribut finanzjarju mill-Komunità għal miżuri ta' emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda Newcastle fir-Renju Unit fl-2006 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3891)

ĠU L 217, 22.8.2007, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/568/oj

22.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 217/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Awwissu 2007

dwar kontribut finanzjarju mill-Komunità għal miżuri ta' emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda Newcastle fir-Renju Unit fl-2006

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3891)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

(2007/568/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 3(3) u 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex tikkontribwixxi għall-qerda tal-marda ta’ Newcastle fl-iqsar żmien, il-Komunità għandha l-possibbiltà li tikkontribwixxi finanzjarjament għall-ispejjeż eliġibbli mġarrba mill-Istat Membru, fil-kondizzjonijiet stipulati mill-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE.

(2)

Il-ħlas ta’ l-appoġġ finanzjarju Komunitarju lejn il-miżuri ta’ emerġenża għall-qerda tal-marda Newcastle hu suġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard ta’ l-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2).

(3)

Fl-2006 seħħew tifqigħat tal-marda Newcastle fir-Renju Unit. Il-feġġ ta’ din il-marda jista’ jirrappreżenta periklu serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità.

(4)

Fl-11 ta’ April 2007, ir-Renju Unit ippreżenta l-aħħar stima approssimativa ta’ l-infiq li ġġarrbu minħabba l-qerda tal-marda.

(5)

L-awtoritajiet Brittaniċi ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom stipulati fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(6)

Il-ħlas tal-kontribut finanzjarju mill-Komunità għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati fil-fatt twettqu u li l-awtoritajiet jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa fiż-żmien stipulat.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

1.   Ir-Renju Unit jista’ jikseb kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-ispejjeż li ġġarrbu fil-qafas tal-miżuri ta’ urġenza fil-ġlieda kontra l-marda ta’ Newcastle fl-2006.

2.   Il-kontribut finanzjarju għandu jkun ta' 50 % ta' l-ispejjeż imġarrba li jkunu eliġibbli għall-finanzjament mill-Komunità. Dawn jitħallsu bil-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 349/2005.

Artikolu 2

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u lill-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.


Top