EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0505

2007/505/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 24 ta’ Jannar 2007 dwar l-għajnuna mill-Istat Investimenti fil-proġett ambjentali ta’ dimostrazzjoni Valorizzazzjoni tar-residwi fil-produzzjoni taz-zokkor (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 121)

ĠU L 186, 18.7.2007, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/505/oj

18.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 186/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Jannar 2007

dwar l-għajnuna mill-Istat Investimenti fil-proġett ambjentali ta’ dimostrazzjoni “Valorizzazzjoni tar-residwi fil-produzzjoni taz-zokkor”

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 121)

(Il-verżjoni bil-Ġermaniż biss hija awtentika)

(2007/505/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li talbet għall-kummenti mill-partijiet interessati skond l-Artikolu l-imsemmi (1),

Billi:

I.   IL-PROĊESS

(1)

Permezz ta’ ittra tas-6 ta’ Mejju 1998, li waslet fil-11 ta’ Mejju 1998, il-Ġermanja nnotifikat l-għajnuna skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE. Ingħatat ukoll informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittri tat-22 ta’ Settembru 1998, il-5 ta’ Mejju 1999 u d-19 ta’ Awwissu 1999, li waslu rispettivament fit-28 ta’ Settembru 1998, is-7 ta’ Mejju 1999 u l-24 ta’ Awwissu 1999.

(2)

Permezz ta’ ittra Nru SG(99) D/8600 tas-27 ta’ Ottubru 1999, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura formali ta’ investigazzjoni skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE. Il-Ġermanja għamlet l-osservazzjonijiet tagħha dwar dan permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Marzu 2000. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda osservazzjoni mingħand partijiet terzi interessati. L-awtoritajiet Ġermaniżi kkomunikaw tagħrif addizzjonali lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra tas-16 ta’ Awwissu 2006.

(3)

Permezz ta’ ittra tas-16 ta’ Awwissu 2006, il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni li kienet qiegħda tirtira l-miżura nnotifikata. Barra minn hekk, fuq talba tal-Kummissjoni, il-Ġermanja kkonfermat li ma kinitx tħallset għajnuna ta’ investiment.

II.   KONKLUŻJONI

(4)

Sad-data li fiha rċeviet in-notifika min-naħa tal-Ġermanja, il-Kummissjoni ma kinitx adottat deċiżjoni formali dwar in-notifika kkonċernata. F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija tilqa’ l-irtirar tan-notifika fis-sens ta’ l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (2).

(5)

Għaldaqstant għandu jintemm il-proċess formali ta’ investigazzjoni skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, ġaladarba dan issa ma għadx hemm loku.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċess formali ta’ investigazzjoni dwar għajnuna għall-investiment fl-ammont ta’ DEM 348 930 għas-sistema ta’ tindif u filtrazzjoni favur il-fabbrika taz-zokkor Nordkristall GmbH f’Güstrow (Mecklenburg-Vorpommern) għandu jintemm skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Jannar 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 359, 11.12.1999, p. 27.

(2)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


Top