This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0124
2007/124/EC,Euratom: Council Decision of 12 February 2007 establishing for the period 2007 to 2013, as part of General Programme on Security and Safeguarding Liberties, the Specific Programme Prevention, Preparedness and Consequence Management of Terrorism and other Security related risks
2007/124/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta' Frar 2007 li tistabbilixxi l-programmi speċifiċi ''Prevenzjoni, Stat ta' Tħejjija u Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u riskji oħra relatati mas-Sigurtà'' u Prevenzjoni ta' u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità għall-Perijodu 2007-2013 bħala parti mill-programmi Ġenerali dwar is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet u dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja
2007/124/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta' Frar 2007 li tistabbilixxi l-programmi speċifiċi ''Prevenzjoni, Stat ta' Tħejjija u Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u riskji oħra relatati mas-Sigurtà'' u Prevenzjoni ta' u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità għall-Perijodu 2007-2013 bħala parti mill-programmi Ġenerali dwar is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet u dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja
ĠU L 58, 24.2.2007, p. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32015D0457
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32015D0457 |
24.2.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Frar 2007
li tistabbilixxi l-programmi speċifiċi “Prevenzjoni, Stat ta' Tħejjija u Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u riskji oħra relatati mas-Sigurtà” u “Prevenzjoni ta' u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità” għall-Perijodu 2007-2013 bħala parti mill-programmi Ġenerali dwar is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet u dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja
(2007/124/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,
u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 203 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-prevenzjoni, l-istat ta' tħejjija u l-maniġġar tal-konsegwenzi tat-terroriżmu u riskji oħra relatati mas-sigurtà huma aspetti essenzjali tal-protezzjoni tal-persuni u l-infrastruttura kritika fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. |
(2) |
Il-Pjan ta' Azzjoni rivedut ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu kif adottat mill-Kunsill Ewropew tas-17-18 ta' Ġunju 2004, identifika bħala kwistjonijiet ta' prijorità, fost oħrajn, il-prevenzjoni u l-maniġġar tal-konsegwenzi ta' attakki terroristiċi, u l-protezzjoni ta' infrastrutturi kritiċi. |
(3) |
Fit-2 ta' Diċembru 2004, il-Kunsill adotta l-Programm ta' Solidarjetà rivedut ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-Konsegwenzi ta' Theddid u Attakki Terroristiċi, b'enfasi fuq l-importanza tal-valutazzjonijiet tar-riskju u t-theddid, il-protezzjoni ta' infrastruttura kritika, il-mekkaniżmi għall-kxif u l-identifikazzjoni ta' theddid terroristiku, u l-istat ta' tħejjija politiku u operattiv u l-kapaċità għall-maniġġar tal-konsegwenzi. |
(4) |
F'Diċembru 2005 l-Kunsill iddeċieda li l-Programm Ewropew għall-Protezzjoni ta' Infrastruttura Kritika (PEPIK) ser ikun ibbażat fuq approċċ li jikkunsidra l-perikoli kollha filwaqt li l-ġlieda kontra theddid mit-terroriżmu hija meqjusa bħala prijorità. Strateġija Ġdida ta' Kontra t-Terroriżmu li fiha erba' linji: Prevenzjoni, protezzjoni, insegwiment u rispons, kienet ukoll adottata fil-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2005. |
(5) |
Il-mekkaniżmu tal-Komunità għall-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa f'interventi ta' assistenza għall-protezzjoni ċivili stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom tat-23 ta' Ottubru 2001 (2), jindirizza rispons immedjat għall-emerġenzi prinċipali kollha, iżda ma kienx maħsub speċifikament għall-prevenzjoni, l-istat ta' tħejjija u l-maniġġar tal-konsegwenzi ta' attakki terroristiċi. |
(6) |
Il-Programm ta' l-Aja (3) stabbilit mill-Kunsill Ewropew f'Novembru 2004, appella għal maniġġar integrat u kkoordinat ta' kriżijiet fl-UE b'effetti transkonfinali. |
(7) |
Fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenza tagħha l-Komunità għandha tikkontribwixxi għat-teħid tal-miżuri meħtieġa biex it-terroristi jiġu miżmuma lura milli jattakkaw il-valuri tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, is-soċjetà miftuħa u l-libertà taċ-ċittadini u s-soċjetajiet tagħna, u sabiex jiġu limitati l-konsegwenzi ta' kwalunkwe attakk kull fejn ikun possibbli. |
(8) |
Fl-interess ta' l-effikaċja, l-effiċjenza a paragun tan-nefqa u t-trasparenza, l-isforzi speċifiċi għall-prevenzjoni, l-istat ta' tħejjija u l-maniġġar tal-konsegwenzi tat-terroriżmu għandhom ikunu simplifikati u ffinanzjati minn programm wieħed uniku. |
(9) |
Fir-rigward taċ-ċertezza u l-koerenza legali, u l-komplementarjetà ma' programmi finanzjarji oħra, it-termini “prevenzjoni u ta' stat ta' tħejjija”, “maniġġar ta' konsegwenzi” u “infrastruttura kritika” għandhom ikunu definiti. |
(10) |
Ir-responsabbiltà primarja għall-protezzjoni ta' infrastrutturi kritiċi taqa' fuq l-Istati Membri, is-sidien, l-operaturi u l-utenti (l-utenti definiti bħala organizzazzjonijiet li jabbużaw u jużaw l-infrastruttura għal għanijiet ta' kummerċ u proviżjoni ta' servizz). L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri ser jipprovdu tmexxija u koordinazzjoni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' approċċ konsistenti nazzjonali għall-protezzjoni ta' infrastruttura kritika fil-ġurisdizzjoni tagħhom b'kont meħud tal-kompetenzi Komunitarji eżistenti. Ir-responsabbiltà għat-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskju u tat-theddid għalhekk hija primarjament ta' l-Istati Membri. |
(11) |
Azzjonijiet tal-Kummissjoni, flimkien ma' proġetti transnazzjonali fejn ikun il-każ, huma essenzjali għall-kisba ta' approċċ Komunitarju integrat u kkoordinat. Barra minn hekk, huwa utli u adatt li jiġu appoġġati proġetti fl-Istati Membri sal-punt li jkunu jistgħu jipprovdu esperjenza u għarfien utli għal azzjonijiet ulterjuri fil-livell Komunitarju, b'mod partikolari valutazzjonijiet ta' riskji u theddid. F'dan ir-rigward hu xieraq li jiġi adottat approċċ għall-perikoli kollha waqt li t-theddida tat-terroriżmu tkun ikkunsidrata bħala prijorità. |
(12) |
Huwa wkoll xieraq li jsir provvediment għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fi proġetti transnazzjonali. |
(13) |
Jeħtieġ li tkun żgurata l-komplementarjetà ma' programmi oħra Komunitarji u ta' l-Unjoni bħall-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea u l-Istrument Finanzjarju ta' Protezzjoni Ċivili, il-mekkaniżmu tal-Komunità għall-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa f'interventi ta' assistenza għall-protezzjoni ċivili, is-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Demostrazzjoni u l-Fondi Strutturali. |
(14) |
Ladarba l-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-programm, jinkisbu aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(15) |
In-nefqa tal-programm għandha tkun kompatibbli mal-limitu taħt l-Intestatura 3 tal-qafas finanzjarju. Jeħtieġ li tkun prevista flessibbiltà fid-definizzjoni tal-programm sabiex jitħalla post għal aġġustamenti eventwali fi kwalunkwe azzjoni prevista, sabiex ikun hemm risposta għall-evoluzzjoni ta' ħtiġijiet matul il-perijodu 2007-2013. Id-deċiżjoni għandha, għalhekk, tkun limitata għad-definizzjoni ġenerika ta' azzjonijiet previsti u l-arranġamenti amministrattivi u finanzjarji rispettivi tagħhom. |
(16) |
Għandhom jittieħdu wkoll miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rkuprati fondi mitlufa, imħallsa b'mod mhux dovut jew użati ħażin b'mod konformi mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (4), (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni (5) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (6). |
(17) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (8), li jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-Komunità, japplikaw b'kont meħud tal-prinċipji tas-sempliċità u l-konsistenza fl-għażla ta' l-istrumenti tal-baġit, limitazzjoni fuq in-numru ta' każijiet fejn il-Kummissjoni żżomm responsabbiltà diretta għall-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tagħhom, u l-proporzjonalità meħtieġa bejn l-ammont ta' riżorsi u l-piż amministrattiv marbut ma' l-użu tagħhom. |
(18) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (9) filwaqt li ssir distinzjoni bejn dawk il-miżuri li huma soġġetti għall-proċedura tal-kumitat amministrattiv u dawk li huma soġġetti għall-proċedura tal-kumitat konsultattiv, fejn f'ċerti każijiet u bil-ħsieb ta' effiċenzja akbar, din ta' l-aħħar tkun l-aktar adatta. |
(19) |
It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika ma jipprovdux setgħat speċifiċi għall-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni għajr dawk taħt l-Artikoli 308 u 203, rispettivament. |
(20) |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-opinjoni tiegħu. (10) |
(21) |
Sabiex ikun żgurat l-implimentazzjoni effettiva u fil-ħin tal-programm, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Suġġett
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-Programm Speċifiku “Prevenzjoni, Stat ta' Tħejjija u Ġestjoni tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u riskji oħra relatati mas-Sigurtà”, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Programm”, sabiex isir kontribut għall-appoġġ ta' l-isforzi ta' l-Istati Membri sabiex jipprevjenu, iħejju għal, u jipproteġu lill-persuni u l-infrastruttura kritika kontra riskji marbuta ma' attakki terroristiċi u riskji oħra relatati mas-sigurtà, bħala parti mill-Programm Ġenerali dwar is-Sigurtà u Salvagwardja tal-Libertajiet.
2. Il-Programm għandu jkopri l-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.
3. Din id-Deċiżjoni m' għandhiex tapplika għal kwistjonijiet li huma koperti mill-Istrument Finanzjarju ta' Protezzjoni Ċivili.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) |
“prevenzjoni u stat ta' tħejjija” tirreferi għal miżuri mmirati lejn il-prevenzjoni u/jew (i)t-tnaqqis ta' riskji marbuta mat-terroriżmu u riskji oħra relatati mas-sigurtà; |
(b) |
“maniġġar tal-konsegwenzi” tirreferi għall-koordinazzjoni ta' miżuri meħuda sabiex ikun hemm reazzjoni għal, u jiġi mnaqqas, l-impatt ta' l-effetti ta' inċident relatat mas-sigurtà, b'mod partikolari inċident li jirriżulta minn attakki terroristiċi sabiex tkun żgurata l-koordinazzjoni mingħajr xkiel ta' maniġġar ta' kriżijiet u azzjonijiet ta' sigurtà; |
(ċ) |
“infrastruttura kritika” tinkludi b'mod partikolari dawk ir-riżorsi fiżiċi, is-servizzi, il-faċilitajiet ta' teknoloġija ta' l-informatika, netwerks u assi ta' infrastruttura li, jekk imfixkla jew meqruda, ikollhom impatt serju fuq il-funzjonijiet kritiċi tas-soċjetà, inkluża l-katina tal-provvista, is-saħħa, is-sikurezza, is-sigurtà, il-benesseri ekonomiku u soċjali tal-persuni jew tal-funzjonament tal-Komunità jew l-Istati Membri tagħha. |
Artikolu 3
Għanijiet ġenerali
1. Dan il-Programm għandu jikkontribwixxi għall-appoġġ ta' l-isforzi ta' l-Istati Membri għall-prevenzjoni, it-tħejjija għal, u l-protezzjoni ta' persuni u infrastruttura kritika kontra attakki terroristiċi u inċidenti oħra relatati mas-sigurtà.
2. Il-Programm huwa maħsub sabiex jikkontribwixxi għall-iżgurar tal-protezzjoni f'oqsma bħall-kriżi, maniġġar, ambjent, is-saħħa pubblika, it-trasport, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u l-koeżjoni ekonomika u soċjali, fil-qasam tat-terroriżmu u riskji oħra relatati mas-sigurtà fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.
Artikolu 4
Għanijiet speċifiċi
1. Fi ħdan l-għanijiet ġenerali, u dment li ma jkunx kopert minn strumenti finanzjarji oħra, il-Programm għandu jistimula, jippromwovi u jiżviluppa miżuri dwar il-prevenzjoni, l-istat ta' tħejjija u l-maniġġar tal-konsegwenzi abbażi, fost l-oħrajn, ta' valutazzjonijiet komprensivi tat-theddid u tar-riskju, soġġetti għas-superviżjoni mill-Istati Membri u b'kont dovut għall-kompetenza Komunitarja eżistenti f'dik il-materja, u bil-għan tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis ta' riskji marbuta mat-terroriżmu u riskji oħra relatati mas-sigurtà.
2. Fir-rigward ta' prevenzjoni u stat ta' tħejjija ta' riskji konnessi mat-terroriżmu u riskji oħra relatati tas-sigurtà l-Programm jimmira għall-protezzjoni tan-nies u ta' l-infrastruttura kritika, b'mod partikolari billi:
(a) |
jistimula, jippromwovi, u jappoġġa valutazzjonijiet tar-riskju dwar infrastruttura kritika, sabiex titjieb is-sigurtà. |
(b) |
jistimula, jippromwovi, u jappoġġa l-iżvilupp ta' metodoloġiji għall-protezzjoni ta' infrastruttura kritika, b'mod partikolari metodoloġiji ta' valutazzjoni tar-riskju. |
(ċ) |
jippromwovi u jappoġġa miżuri operattivi kondiviżi għat-titjib tas-sigurtà f'katini tal-provvista transkonfinali, dment li r-regoli tal-kompetizzjoni fis-suq intern ma jkunux imfixkla. |
(d) |
jippromwovi u jappoġġa l-iżvilupp ta' standards tas-sigurtà, u skambju ta' ħila u esperjenza dwar protezzjoni tan-nies u ta' infrastruttura kritika; |
(e) |
jippromwovi u jappoġġa l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni mal-Komunità kollha dwar il-protezzjoni ta' infrastruttura kritika. |
3. Fir-rigward ta' maniġġar tal-konsegwenzi l-Programm għandu l-għan li:
(a) |
jistimula, jippromwovi u jappoġġa skambju ta' ħila u esperjenza, sabiex tiġi stabbilita l-aħjar prattika bil-ħsieb tal-koordinazzjoni ta' miżuri ta' rispons u sabiex tinkiseb kooperazzjoni bejn diversi atturi ta' maniġġar ta' kriżijiet u azzjonijiet ta' sigurtà; |
(b) |
jippromwovi eżerċizzji konġunti u xenarji prattiċi li jinkludu komponenti ta' sigurtà u sikurezza, sabiex isaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn atturi rilevanti fil-livell Ewropew ; |
Artikolu 5
Azzjonijiet Eliġibbli
1. Bil-ħsieb li jiġu persegwiti l-għanijiet ġenerali u speċifiċi mniżżla fl-Artikoli 3 u 4, il-programm għandu jipprovdi taħt il-kundizzjonijiet li jidhru fil-Programm ta' ħidma annwali appoġġ finanzjarju għat-tipi ta' azzjoni li ġejjin:
(a) |
proġetti mibdija u amministrati mill-Kummissjoni b'dimensjoni Ewropea; |
(b) |
proġetti transnazzjonali, li għandhom jinvolvu sħab f'mill-inqas żewġ Stati Membri, jew ta' l-inqas Stat Membru wieħed u pajjiż wieħed ieħor li jista' jkun pajjiż aderenti jew pajjiż kandidat; |
(ċ) |
proġetti nazzjonali fl-Istati Membri, li
|
2. B'mod partikolari, appoġġ finanzjarju jista' jkun ipprovdut għal
(a) |
azzjonijiet dwar kooperazzjoni u koordinazzjoni operattivi (tisħiħ tan-netwerking, kunfidenza u ftehim reċiproku, żvilupp ta' pjanijiet ta' kontinġenza, skambju u tixrid ta' informazzjoni, esperjenza u l-aħjar prattika) |
(b) |
attivitajiet analitiċi, ta' monitoraġġ, ta' evalwazzjoni u ta' verifika, |
(ċ) |
żvilupp u trasferiment ta' teknoloġija u metodoloġija, b'mod partikolari fir-rigward ta' kondiviżjoni ta' informazzjoni u interoperabbiltà, |
(d) |
taħriġ, skambju ta' persunal u esperti; u |
(e) |
attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u tixrid. |
Artikolu 6
Aċċess għall-Programm
1. Aċċess għall-Programm għandu jkun miftuħ għal korpi u organizzazzjonijiet b'personalità ġuridika stabbilti fl-Istati Membri. Korpi u organizzazzjonijiet li huma orjentati għall-profitt għandu jkollhom aċċess għall-għotjiet biss flimkien ma' organizzazzjonijiet bla profitt jew statali. Organizzazzjonijiet mhux governattivi jistgħu japplikaw għall-finanzjament tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 5(2) dment li jiżguraw livell suffiċjenti ta' konfidenzjalità.
2. Fir-rigward ta' proġetti transnazzjonali, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jieħdu sehem bħala sħab iżda ma jistgħux jissottomettu proġetti.
Artikolu 7
Tipi ta' intervent
1. Appoġġ finanzjarju Komunitarju jista' jieħu l-forom legali li ġejjin:
(a) |
għotjiet, |
(b) |
kuntratti ta' akkwist pubbliku. |
2. Għotjiet Komunitarji għandhom jingħataw wara sejħiet għal proposti, ħlief f'każijiet eċċezzjonali ta' emerġenza ssostanzjati kif dovut jew fejn il-karatteristiċi tal-benefiċjarju ma jħallu l-ebda għażla oħra għal azzjoni partikolari, u għandhom jiġu pprovduti permezz ta' għotjiet operattivi u għotjiet għal azzjonijiet.
Il-programm ta' ħidma annwali għandu jispeċifika r-rata minima tan-nefqa annwali li għandha tingħata għall-għotjiet. Din ir-rata minima għandha tkun mill-anqas ta' 65 %.
Ir-rata massima ta' kofinanzjament ta' l-ispejjeż tal-proġetti għandha tiġi speċifikata fil-programm ta' ħidma annwali.
3. Hija prevista nefqa għal miżuri ta' akkumpanjament, permezz ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku, f'liema każ fondi Komunitarji għandhom ikopru x-xiri ta' servizzi u merkanzija. Dan għandu jkopri, inter alia, nefqa fuq informazzjoni u komunikazzjoni, tħejjija, implimentazzjoni, monitoraġġ, ikkontrollar u evalwazzjoni ta' proġetti, linja politiċi, programmi u leġiżlazzjoni.
Artikolu 8
Miżuri implimentattivi
1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-appoġġ finanzjarju Komunitarju skond ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, minn issa 'l quddiem imsejjaħ ir-“Regolament Finanzjarju”.
2. Sabiex timplimenta l-Programm, il-Kummissjoni għandha, fil-limiti ta' l-għanijiet ġenerali definiti fl-Artikolu 3, tadotta programm ta' ħidma annwali, sa' l-aħħar ta' Settembru li jispeċifika l-għanijiet speċifiċi tagħha, il-prijoritajiet tematiċi, deskrizzjoni ta' miżuri ta' akkumpanjament previsti fl-Artikolu 7(3) u jekk ikun meħtieġ lista ta' azzjonijiet oħrajn.
Il-programm ta' ħidma annwali għall-2007 għandu jiġi adottat tliet xhur wara li jkollha effett din id-Deċiżjoni.
3. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jiġi adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(3).
4. Il-proċeduri ta' evalwazzjoni u ta' għoti relatati ma' għotjiet għal azzjonijiet għandhom jieħdu kont, inter alia, tal-kriterji li ġejjin:
(a) |
il-konformità mal-programm ta' ħidma annwali, l-għanijiet ġenerali kif speċifikat fl-Artikolu 3 u miżuri meħuda fl-oqsma differenti kif speċifikat fl-Artikoli 4 u 5; |
(b) |
il-kwalità ta' l-azzjoni proposta fir-rigward tal-konċepiment, l-organizzazzjoni u l-preżentazzjoni tagħha u r-riżultati mistennija minnha; |
(ċ) |
l-ammont mitlub għall-finanzjament Komunitarju u kemm hu xieraq meta jitqiesu r-riżultati mistennija; |
(d) |
l-impatt tar-riżultati mistennija fuq l-għanijiet ġenerali definiti fl-Artikolu 3 u fuq il-miżuri li ttieħdu fl-oqsma differenti kif speċifikat fl-Artikoli 4 u 5. |
5. Deċiżjonijiet relatati ma' azzjonijiet sottomessi taħt l-Artikolu 5(1)(a) għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura amministrattiva msemmija fl-Artikolu 9(3). Deċiżjonijiet relatati ma' azzjonijiet sottomessi taħt l-Artikolu 5(1)(b) u (ċ) għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2).
Deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal għotjiet li jinvolvu korpi jew organizzazjonijiet orjentati lejn il-profitt għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura amministrattiva msemmija fl-Artikolu 9(3).
Artikolu 9
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal 3 xhur.
4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
Artikolu 10
Komplementarjetà
1. Għandhom ikunu mfittxija sinerġiji, konsistenza u komplementarjetà ma' strumenti ta' l-Unjoni u Komunitarji oħra, inter alia mal-programmi speċifiċi ”Prevenzjoni ta' u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità” u ”Ġustizzja Kriminali”, is-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimonstrazzjoni, il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea u l-Istrument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili.
2. Il-Programm jista' jikkondividi riżorsi ma' strumenti oħra Komunitarji u ta' l-Unjoni, b'mod partikolari l-Programm dwar il-Prevenzjoni ta' u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità, sabiex jiġu implimentati azzjonijiet li jissodisfaw l-għanijiet kemm tal-Programm kif ukoll ta' strumenti oħra Komunitarji/ta' l-Unjoni.
3. Operazzjonijiet iffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni m' għandhomx jirċievu appoġġ finanzjarju għall-istess għan minn strumenti finanzjarji oħra Komunitarji jew ta' l-Unjoni. Għandu jkun żgurat li l-benefiċjarji tal-Programm għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar finanzjament irċevut mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea u minn sorsi oħra, kif ukoll informazzjoni dwar applikazzjonijiet kurrenti għal finanzjament.
Artikolu 11
Riżorsi tal-Baġit
Ir-riżorsi tal-baġit allokati għall-azzjonijiet previsti f'dan il-Programm għandhom jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju.
Artikolu 12
Monitoraġġ
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li għal kwalunkwe azzjoni ffinanzjata mill-Programm, il-benefiċjarju jissottometti rapporti tekniċi u finanzjarji dwar il-progress tal-ħidma u li rapport finali jiġi sottomess fi żmien tliet xhur mit-tlestija ta' l-azzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-forma u l-istruttura tar-rapporti.
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kuntratti u l-ftehim li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-Programm jipprevedu b'mod partikolari għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni (jew kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha), jekk meħtieġ permezz ta' kontrolli fuq il-post, inkluż kontrolli ta' kampjuni, u verifiki mill-Qorti ta' l-Awdituri.
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li għal perijodu ta' ħames snin wara l-aħħar pagament fir-rigward ta' kwalunkwe azzjoni, il-benefiċjarju ta' l-appoġġ finanzjarju Komunitarju għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni d-dokumenti kollha ta' appoġġ fir-rigward tan-nefqa fuq l-azzjoni.
4. Abbażi tar-riżultati tar-rapporti u l-kontrolli fuq il-post imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tiżgura, jekk meħtieġ, li l-iskala jew il-kondizzjonijiet ta' l-allokazzjoni ta' l-appoġġ finanzjarju approvati oriġinarjament kif ukoll l-iskeda ta' żmien għall-pagamenti jiġu aġġustati.
5. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kull pass ieħor meħtieġ biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu tajjeb u jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni u tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 13
Protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji Komunitarji
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta azzjonijiet iffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni preżenti jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji Komunitarji jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u permezz ta' l-irkupru ta' l-ammonti mħallsa mhux kif dovut u, jekk jiġu individwati irregolaritajiet, b'pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi, skond ir-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 2988/95, (Euratom, KE) Nru 2185/96, u (KE) Nru 1073/1999.
2. Għall-azzjonijiet Komunitarji ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni, ir-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 2988/95 u (Euratom, KE) Nru 2185/96 għandhom japplikaw għal kwalunkwe ksur ta' dispożizzjoni ta' liġi Komunitarja, inkluż ksur ta' obbligu kuntrattwali stipulat abbażi tal-Programm, li jirriżulta minn att jew omissjoni minn operatur ekonomiku, li għandu, jew ikollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew il-baġits amministrati minnha, b'punt ta' nefqa mhux ġustifikat.
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ammont ta' assistenza finanzjarja mogħti għal azzjoni jiġi mnaqqas, sospiż jew irkuprat, jekk issib irregolaritajiet, inkluż nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni jew id-deċiżjoni individwali jew il-kuntratt jew il-ftehim li jagħtu l-appoġġ finanzjarju in kwistjoni, jew jekk jirriżulta li, mingħajr ma tkun intalbet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, l-azzjoni tkun għaddiet minn tibdil li jmur kontra n-natura jew il-kondizzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-proġett.
4. Jekk il-limiti ta' żmien ma jkunux ġew osservati jew jekk parti biss mill-appoġġ finanzjarju allokat tkun iġġustifikata bil-progress li jkun sar bl-implimentazzjoni ta' azzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-benefiċjarju jiġi mitlub jissottometti osservazzjonijiet f'perijodu speċifikat. Jekk il-benefiċjarju ma jagħtix tweġiba sodisfaċenti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-appoġġ finanzjarju li jkun fadal jista' jiġi kkanċellat u li jiġi mitlub il-ħlas lura ta' somom diġà mħallsa.
5. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe pagament imħallas mhux kif dovut jitħallas lura lill-Kummissjoni. Għandhom jiżdiedu l-interessi ma' kwalunkwe somma mhux imħallsa lura f'waqtha taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 14
Evalwazzjoni
1. Il-Programm għandu jiġi mmonitorjat regolarment sabiex tkun segwita l-implimentazzjoni ta' attivitajiet imwettqa taħt dan.
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni regolari, indipendenti u esterna tal-Programm.
3. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill:
(a) |
preżentazzjoni annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Programm |
(b) |
rapport ta' evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-Programm sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2010; |
(ċ) |
komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni ta' dan il-Programm sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010; |
(d) |
rapport ta' evalwazzjoni ex post sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015. |
Artikolu 15
Pubblikazzjoni ta' proġetti
Kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Programm b'deskrizzjoni qasira ta' kull proġett.
Artikolu 16
Effett u applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007
Magħmul fi Brussel, 12 ta' Frar 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
F.-W. STEINMEIER
(1) Opinjoni mogħtija fl-14 ta' Diċembru 2006 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)
(2) ĠU L 297, 15.11.2001, p. 7.
(4) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
(5) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
(7) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(8) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3).
(9) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(10) ĠU C 65, 17.3.2006, p. 63.