Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1782

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2006 ta' l- 20 ta’ Novembru 2006 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 51/2006 u (KE) Nru 2270/2004, fir-rigward ta' opportunitajiet tas-sajd u kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta' ħut

ĠU L 345, 8.12.2006, p. 10–23 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1782/oj

8.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

10


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1782/2006

ta' l-20 ta’ Novembru 2006

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 51/2006 u (KE) Nru 2270/2004, fir-rigward ta' opportunitajiet tas-sajd u kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta' ħut

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2004 tas-26 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru ta' l-istokkijiet ta' merluzz (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 51/2006 (3) il-Kunsill stabbilixxa ghall-2006 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet marbuta ma' certi ħażniet ta' hut u gruppi ta' ħażniet ta' hut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, ghall-bastimenti tal-Komunità, fl-ilmijiet fejn huma mehtiega l-limitazzjonijiet tal-qbid.

(2)

Għandha tiġi introdotta projbizzjoni fuq is-sajd għal, iż-żamma abbord ta', it-trasbord ta', u l-ħatt l-art tal-Gabdoll u l-Kelb Abjad fl-ilmijiet kollha tal-KE, dawk li m'humiex tal-KE u ilmijiet internazzjonali fid-dawl ta' l-obbligi internazzjonali għall-konservazzjoni u l-ħarsien ta' dawn l-ispeċi, ibbażati, inter alia, fuq il-Konvenzjoni dwar Speċi Migratorji u l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċi ta' Fawna u Flora Salvaġġi fil-Periklu.

(3)

Fid-dawl tal-livelli attwali ta' qbid tal-merlangu fis-sajd industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana, parti sostanzjali tal-qabda sekondarja permessa ta' merlangu tista' ssir disponibbli għall-kwota ta' konsum mill-bniedem għall-merlangu fil-Baħar tat-Tramuntana mingħajr żieda fil-possibbiltajiet tat-total tal-qabda globali.

(4)

Mill-konsultazzjonijiet bejn il-Komunità u l-Iżlanda fl-20 ta' Frar 2006 intlaħaq arranġament dwar il-kwoti għall-bastimenti Iżlandiżi li għandhom jinqabdu mill-kwota Komunitarja allokata taħt il-Ftehim tagħha mal-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern lokali ta' Greenland sat-30 ta' April 2006, u għall-bastimenti Komunitarji li jistgħu jistadu għar-Redfish fiż-Żona Ekonomika Esklussiva ta' l-Iżlanda bejn Lulju u Diċembru. Dan l-arranġament għandu jiġi inkorporat fis-sistema legali Komunitarja.

(5)

Id-definizzjoni ta' “jiem preżenti f'żona” rigward l-isforz tas-sajd għall-bastimenti fil-kuntest ta' l-irkupru ta' ċerti stokkijiet għandha tiġi ċċarata sabiex tkun żgurata applikazzjoni korretta tal-limitazzjonijiet ta' l-isforz tas-sajd.

(6)

Għandha tiġi riveduta l-preżentazzjoni ta' l-użu ta' ċerti tipi ta' tagħmir tas-sajd mingħajr kondizzjonijiet speċjali rigward in-numru massimu ta' jiem li matulhom bastiment jista' jkun preżenti f'żona fil-kuntest ta' l-irkupru ta' ċerti stokkijiet.

(7)

Għandu jkun hemm inċentiv għall-bastimenti li joperaw taħt sistema ta' liċenzji li jiġu sospiżi awtomatikament sabiex jużaw tagħmir aktar selettiv fil-Baħar tat-Tramuntana. Dan għandu jiġi rifless fl-allokazzjoni tan-numru ta' jiem preżenti f'żona.

(8)

Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li meta jintuża aktar minn grupp wieħed ta' tagħmir tas-sajd matul is-sena, l-ebda tagħmir minnhom ma jkun jista' jintuża jekk in-numru totali ta' jiem fuq il-baħar diġà jkun jaqbeż in-numru ta' jiem stabbilit għal dak it-tagħmir.

(9)

Bastimenti li jistadu fil-kuntest ta' l-irkupru ta' l-istokkijiet tal-Lingwata fil-Kanal tal-Punent għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mid-deroga fir-rigward tan-numru massimu ta' jiem ta' sajd taħt kondizzjonijiet speċjali. Għaldaqstant dawk ir-regoli għandhom jiġu ċċarati.

(10)

Bil-modifika tad-definizzjoni tal-jiem preżenti f'żona hemm il-ħtieġa li tiġi ċċarata d-deroga li tapplika għall-ħtiġijiet ta' sinjalazzjoni tad-data rigward l-isforzi tas-sajd minn bastimenti li jistadu fil-kuntest ta' l-irkupru ta' l-istokkijiet tal-Lingwata fil-Kanal tal-Punent.

(11)

Il-Polonja hija intitolata għal kwota ta' aringi fiż-żoni I u II skond l-Anness XII mat-Trattat ta' Adeżjoni ta' l-2003. Il-limitazzjonijiet kwantitattivi ta' liċenzji u permessi għas-sajd għandhom jirriflettu dan.

(12)

Għandu jsir xi titjib fl-abbozzar.

(13)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2270/2004 (4) il-Kunsill iffissa għall-2005 u l-2006 l-possibbiltajiet tas-sajd miftuħa għall-bastimenti Komunitarji li jistadu għal ċerti stokkijiet ta' ħut ta' l-ilmijiet fondi.

(14)

Skond il-konsultazzjonijiet bejn il-Komunità u n-Norveġja fil-31 ta' Jannar 2006, u abbażi ta' parir xjentifiku, is-sajd għall-grenadier ta' mnieħru tond fiż-żona III, inklużi l-ilmijiet Norveġiżi, għandu jkun ristrett għall-qabda medja fil-perjodu mill-1996 sa l-2003. Din ir-restrizzjoni għandha tiġi inkorporata fir-Regolament (KE) Nru 2270/2004.

(15)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 51/2006 u (KE) Nru 2270/2004 għandhom għaldaqstant jiġu hekk emendati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi lir-Regolament (KE) Nru 51/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 51/2006 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 5:

“8.   Għandu jkun ipprojbit li bastimenti Komunitarji jistadu għal, iżommu abbord, jittrasbordaw u jħottu l-art l-ispeċi li ġejjin fl-ilmijiet Komunitarji u mhux Komunitarji kollha:

Gabdoll (Cetorinhus maximus),

Kelb abjad (Carcharodon carcharias).”;

2)

Fl-Artikolu 7(1), it-tieni inċiż għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“—

Anness IIB għandhom japplikaw għat-tmexxija ta' marlozz u ta' awwist fid-Diviżjonijiet VIIIc u IXa ta' l-ICES bl-eċċezzjoni tal-Golf ta' Cadiz.”;

3)

Fl-Artikolu 7(1), ir-raba' inċiż għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“—

Anness IID għandhom japplikaw għat-tmexxija ta' ħażniet ta' sallur fid-Diviżjonijiet IIa (ilmijiet tal-KE), IIIa u Subarea IV”;

4)

Fl-Artikolu 10, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Is-sajd mill-bastimenti Komunitarji fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Iżlanda għandu jkun limitat għaż-żona definita mil-linji dritti li jgħaqqdu sekwenzjalment il-koordinati li ġejjin:

Żona tal-Lbiċ

1.

63° 12'T u 23° 05'P minn 62° 00'T u 26° 00'P,

2.

62° 58'T u 22° 25'P,

3.

63° 06'T u 21° 30'P,

4.

63° 03'T u 21° 00'P minn hemm 180° 00'N;

Żona tax-Xlokk

1.

63° 14'T u 10° 40'P,

2.

63° 14'T u 11° 23'P,

3.

63° 35'T u 12° 21'P,

4.

64° 00'T u 12° 30'P,

5.

63° 53'T u 13° 30'P,

6.

63° 36'T u 14° 30'P,

7.

63° 10'T u 17° 00'P u minn hemm 180° 00'N.”;

5)

L-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 13

Awtorizzazzjoni

1.   Bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Barbados, tal-Gujana, tal-Ġappun, tal-Korea ta' Isfel, tan-Norveġja, tas-Surinam, ta' Trinidad u Tobago jew tal-Venezwela u bastimenti tas-sajd reġistrati fil-Gżejjer Faroe għandhom ikunu awtorizzati li jagħmlu qabdiet fl-ilmijiet tal-Komunità, fi ħdan il-limiti ta' qbid stabbiliti fl-Anness I u suġġetti għall-kondizzjonijiet previsti fl-Artikoli 14, 15 u 16 u 19 sa 25.

2.   Għandu jkun projbit li bastimenti ta' pajjiżi terzi jistadu għal, iżommu abbord, jittrasbordaw u jħottu l-art l-ispeċi li ġejjin fl-ilmijiet kollha Komunitarji:

Gabdoll (Cetorinhus maximus),

Kelb abjad (Carcharodon carcharias).”;

6)

L-Annessi IA, IB, IIA, IIB, IIC u IV għandhom jiġu emendati skond it-test li jinsab fl-Anness I ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi lir-Regolament (KE) Nru 2270/2004

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2270/2004 għandu jiġi emendat skond it-test li jidher fl-Anness II ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-20 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 70, 9.3.2004, p. 8.

(3)  ĠU L 16, 20.1.2006, p. 1, hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1642/2006 (ĠU L 308, 8.11.2006, p. 5).

(4)  ĠU L 396, 31.12.2004, p. 4, hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 742/2006 (ĠU L 130,  18.5.2006, p. 7).


ANNESS I

L-Annessi mar-Regolament (KE) Nru 51/2006 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness IA:

(a)

L-entrata dwar l-ispeċi tal-Gabdoll fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IV, VI u VII titħassar.

(b)

L-entrata dwar l-ispeċi tal-merlangu fiż-żoni IIa (l-ilmijiet tal-KE) u IV tiġi sostitwita b'li ġej:

“Speċi:

Merlangu

Merlangius merlangus

Żona:

IIa (ilmijiet tal-KE), IV

WHG/2AC4.

Belġju

594

 

 

Danimarka

2 568

 

TAC prekawzjonarju.

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

Ġermanja

668

 

 

Franza

3 860

 

 

Olanda

1 484

 

 

Żvezja

3

 

 

Renju Unit

10 243

 

 

KE

19 420

 (1)

 

Norveġja

2 380

 (2)

 

TAC

23 800

 

 

(2)

Fl-Anness IB:

(a)

L-entrata dwar l-ispeċi Kapelin fiż-żona V, XIV (l-ilmijiet ta' Greenland) għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Kapelin

Mallotus villosus

Żona:

V, XIV (l-ilmijiet ta' Greenland)

CAP/514GRN

Stati Membri kollha

0

 

 

KE

16 170

 (3)  (4)

 

TAC

Mhux relevanti

 

(b)

L-entrata dwar l-ispeċi Redfish fiż-żona Va (l-ilmijiet ta' l-Iżlanda) għandha tiġi sostitwita b'li ġej:

“Speċi:

Skorfon

Sebastes spp.

Żona

Va (l-ilmijiet ta' l-Islanda)

RED/05A-IS

Belġju

100

 (5)  (6)

 

Ġermanja

1 690

 (5)  (6)

 

Franza

50

 (5)  (6)

 

Renju Unit

1 160

 (5)  (6)

 

KE

3 000

 (5)  (6)

 

TAC

Mhux relevanti

 

3)

Fl-Anness IIA:

(a)

Il-punt 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.

Definizzjoni ta' jiem preżenti f'żona

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, jum preżenti f'żona għandu jkun kwalunkwe perjodu kontinwu ta' 24 siegħa (jew parti minnu) li matulu bastiment ikun preżenti fiż-żona ġeografika definita fil-punt 2 u jkun nieqes mill-port. Il-ħin li minnu jibda jitkejjel il-perjodu kontinwu hu għad-diskrezzjoni ta' l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment konċernat itajjar il-bandiera.”;

(b)

Il-Punt 8.1.(i) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(i)

Il-bastiment kellu jkun preżenti fiż-żona fis-sena 2003, 2004 jew 2005 bit-tagħmir tas-sajd imsemmi fil-punt 4.b abbord. Fl-2006 l-kwantitajiet ta' merluzz miżmuma abbord għandhom jirrappreżentaw inqas minn 5 % tat-total ta' l-ispeċi kollha li nħattu l-art mill-bastiment skond il-piż ħaj tal-ħut li nħatt l-art reġistrat fil-ġurnal ta' abbord Komunitarju. Matul perjodu ta' ġestjoni meta bastiment jkun qed jagħmel użu minn din id-dispożizzjoni, il-bastiment ma jista' fl-ebda mument iġorr abbord tagħmir tas-sajd għajr dak speċifikat fil-punti 4.b.iii. jew 4.b.iv.”;

(ċ)

It-Tabella I fil-Punt 13 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“TABELLA I

Numru massimu ta' jiem fl-2006 li fihom bastiment jista' jkun preżenti f'żona skond it-tagħmir tas-sajd

 

Żoni kif definiti fil-punt:

Grupp tat-tagħmir

Punt 4

Kondizzjoni speċjali

Punt 8

Denominazzjoni (1)

2.1.a

Kattegat

2.1.b

1 – Skaggerak

2 – II, IVa, b, ċ,

3 – VIId

2.1.ċ

VIIa

2.1.d

Via

1

2

3

4.a.i

 

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b'malji ta' qies ≥ 16 u < 32 mm

228 (2)

228 (2)

228

228

4.a.ii

 

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b’malji ta' qies ≥ 70 u < 90 mm

m.r.

m.r.

227

227

227

4.a.iii

 

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b' malji ta’ qies ≥90 u < 100 mm

103

103

227

227

227

4.a.iv

 

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b'malji ta' qies ≥ 100 u < 120 mm

103

103

114

91

4.a.v

 

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b’malji ta’ qies ≥ 120 mm

103

103

114

91

4.a.iii

8.1.(a)

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b’malji ta’ qies ≥ 90 u < 100 mm b'tieqa b'malji kwadri ta' 120 mm

137

137

227

227

227

4.a.iv

8.1.(a)

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b’malji ta’ qies ≥ 100 u < 120 mm b'tieqa b'malji kwadri ta' 120 mm

137

137

103

114

91

4.a.v

8.1.(a)

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b’malji ta’ qies ≥ 120 mm b’tieqa b'malji kwadri ta' 120 mm

137

137

103

114

91

4.a.v.

8.1.(j)

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b’malji ta’ qies ≥ 120 mm b’tieqa b'malji kwadri ta' 140 mm

149

149

115

126

103

4a.ii

8.1.(b)

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b’malji ta’ qies ≥ 70 u < 90 mm konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 2

Bla limitu

Bla limitu

Bla lim.

Bla lim.

4.a.iii

8.1.(b)

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b'malji ta' qies ta’ ≥ 90 u < 100 mm konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 2

Bla limitu

Bla limitu

Bla lim.

Bla lim.

4.a.iv

8.1.(ċ)

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b'malji ta' qies ≥ 100 u < 120 mm, it-track records għandhom jirrappreżentaw inqas minn 5 % ta’ merluzz

148

148

148

148

4.a.v

8.1.(ċ)

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b’malji ta’ qies ≥ 120 mm, it-track records għandhom jirrappreżentaw inqas minn 5 % ta' merluzz

160

160

160

160

4.a.iv

8.1.(k)

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b'malji ta' qies ≥ 100 u < 120 mm, it-track records għandhom jirrappreżentaw inqas minn 5 % ta’ merluzz u aktar minn 60 % ta' barbun tat-tbajja'

m.r.

m.r.

166

m.r.

4.a.v

8.1.(k)

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b'malji ta' qies ≥120 mm, it-track records għandhom jirrappreżentaw inqas minn 5 % ta’ merluzz u aktar minn 60 % ta' barbun tat-tbajja'

m.r.

m.r.

178

m.r.

4.a.v

8.1.(h)

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b'malji ta' qies ta’ ≥ 120 mm li joperaw taħt sistema ta’ sospensjoni awtomatika tal-liċenzji tas-sajd

115

115

126

103

4.a.ii

8.1.(d)

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b'malji ta' qies ≥70 u < 90 mm, it-track records għandhom jirrappreżentaw inqas minn 5 % ta’ merluzz, lingwata u barbun tat-tbajja'

280

280

280

280

4.a.iii

8.1.(d)

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b'malji ta' qies ≥ 90 u < 100 mm, it-track records għandhom jirrappreżentaw inqas minn 5 % ta’ merluzz, lingwata u barbun tat-tbajja'

Bla limitu

Bla lim.

280

280

280

4.a.iv

8.1.(d)

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b'malji ta' qies ≥ 100 u < 120 mm, it-track records għandhom jirrappreżentaw inqas minn 5 % ta’ merluzz, lingwata u barbun tat-tbajja'

Bla limitu

Bla limitu

Bla lim.

Bla lim.

4.a.v

8.1.(d)

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b'malji ta' qies >120 mm, it-track records għandhom jirrappreżentaw inqas minn 5 % ta’ merluzz, lingwata u barbun tat-tbajja'

Bla limitu

Bla limitu

Bla lim.

Bla lim.

4.a.v

8.1.(h)

8.1.(j)

Xbieki tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b'malji ta' qies ta’ > 120 mm b'tieqa b'malji kwadri ta' 140 mm li joperaw taħt sistema ta’ sospensjoni awtomatika tal-liċenzji tas-sajd

m.r.

m.r.

127

138

115

4.b.i

 

Xbieki tat-tkarkir bit-travu b'malji ta' qies≥80 u < 90 mm

m.r.

143 (2)

Bla lim.

143

143 (2)

4.b.ii

 

Xbieki tat-tkarkir bit-travu b'malji ta' qies ≥ 90 u < 100 mm

m.r.

143 (2)

Bla lim.

143

143 (2)

4.b.iii

 

Xbieki tat-tkarkir bit-travu b'malji ta' qies ≥ 100 u < 120 mm

m.r.

143

Bla lim.

143

143

4.b.iv

 

Xbieki tat-tkarkir bit-travu b'malji ta' qies ≥ 120 mm

m.r.

143

Bla lim.

143

143

4.b.iii

8.1.(ċ)

Xbieki tat-tkarkir bit-travu b'malji ta' qies ≥ 100 u < 120 mm, it-track records għandhom jirrappreżentaw inqas minn 5 % ta’ merluzz

m.r.

155

Bla lim.

155

155

4.b.iii

8.1.(i)

Xbieki tat-tkarkir bit-travu b'malji ta' qies ≥ 100 u < 120 mm għal bastimenti li użaw xbieki tat-tkarkir bit-travu fl-2003, l-2004 jew l-2005.

m.r.

155

Bla lim.

155

155

4.b.iv

8.1.(ċ)

Xbieki tat-tkarkir bit-travu b'malji ta' qies ≥120 mm, it-track records għandhom jirrappreżentaw inqas minn 5 % ta’ merluzz

m.r.

155

Bla lim.

155

155

4.b.iv

8.1.(i)

Xbieki tat-tkarkir bit-travu b'malji ta' qies ≥120mm għal bastimenti li użaw xbieki tat-tkarkir bit-travu fl-2003, l-2004 jew l-2005.

m.r.

155

Bla lim.

155

155

4.b.iv

8.1.(e)

Xbieki tat-tkarkir bit-travu b'malji ta' qies ≥ 120 mm, it-track records għandhom jirrappreżentaw inqas minn 5 % ta’ merluzz u aktar minn 60 % ta' barbun tat-tbajja'

m.r.

155

Bla lim.

155

155

4.ċ.i

4.ċ.ii

4.ċ.iii

4.d

 

Għeżul u għeżul tat-tħabbil b'malji ta' qies:

< 110 mm

≥ 110 mm u < 220 mm

≥ 220 mm

u pariti

140

140

140

140

4.ċ.iii

8.1.(f)

Għeżul u għeżul tat-tħabbil b’malji ta’ qies ≥ 220 mm, it-track records għandhom jirrappreżentaw inqas minn 5 % merluzz u aktar minn 5 % braben imperjali u petriċa kbira

162

140

162

140

140

140

4.d

8.1.(g)

Pariti b'malji ta' qies < 110 mm. Il-bastiment m’għandux ikun ilu barra mill-port għal aktar minn 24 siegħa.

140

140

205

140

140

4.e

 

Konzijiet

173

173

173

173

(d)

Il-punt 14.3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“14.3.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness u b'referenza ghaż-żoni definiti fil-punt 2 u l-gruppi ta' tagħmir tas-sajd definiti fil-punt 4, il-gruppi ta' trasferiment li ġejjin għandhom jiġu definiti:

(a)

il-grupp ta' tagħmir tas-sajd 4.a.i fi kwalunkwe żona;

(b)

il-gruppi ta' tagħmir tas-sajd 4.a.ii fi kwalunkwe żona u 4.a.iii fiz-Żona IV, Diviżjoni IIa (l-ilmijiet tal-KE) VIa, VIIa u VIId;

(ċ)

il-gruppi ta' tagħmir tas-sajd 4.a.iii fil-Kattegat u Skagerak, 4.a.iv u 4.a.v fi kwalunkwe żona;

(d)

il-gruppi ta' tagħmir tas-sajd 4.b.i, 4.b.ii, 4.b.iii, u 4.b.iv fi kwalunkwe żona;

(e)

il-gruppi ta' tagħmir tas-sajd 4.ċ.i, 4.ċ.ii, 4.ċ.iii u 4.d fi kwalunkwe żona;

(f)

il-grupp ta' tagħmir tas-sajd 4.e fi kwalunkwe żona.”;

(e)

Il-punt 14.6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“14.6.

Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar it-trasferimenti li jkunu saru. Bil-fini li din l-informazzjoni ssir disponibbli għall-Kummissjoni, jista' jiġi adottat format dettaljat ta' spreadsheet, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.”;

(f)

Il-punt 17.2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“17.2.

Meta l-kaptan ta' bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu jinnotifika l-użu ta' aktar minn grupp wieħed ta' tagħmir tas-sajd minn dawk definiti taħt il-punt 4, in-numru totali ta' jiem disponibbli matul is-sena m'għandux ikun aktar mill-medja aritmetika tal-jiem li jikkorrespondu għal kull tagħmir skond it-Tabella I, aġġustata 'l isfel għall-eqreb jum sħiħ.”;

(g)

Għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“17.2.a.

Jekk wieħed mill-gruppi ta' tagħmir innotifikat m'għandux limitazzjoni fin-numru ta' jiem, in-numru totali ta' jiem disponibbli matul is-sena għal dan il-grupp ta' tagħmir partikolari għandu jibqa' bla limitu.

17.2.b.

Fi kwalunkwe ħin, bastiment jista' juża wieħed mill-gruppi ta' tagħmir notifikati, u li għandhom numru limitat ta' jiem, suġġett għall-kondizzjoni li n-numru totali ta' jiem ta' sajd bi kwalunkwe wieħed mill-gruppi ta' tagħmir mill-bidu tas-sena għandu jkun:

(a)

mhux aktar min-numru ta' jiem disponibbli taħt il-punt 17.2,

u

(b)

mhux aktar min-numru ta' jiem li jkun allokat jekk dak it-tagħmir jintuża waħdu skond it-Tabella I.

17.2.ċ.

Kull meta Stat Membru jagħżel li jaqsam il-jiem f'perjodi ta' ġestjoni skond il-punt 9, il-kondizzjonijiet tal-punti 17.2, 17.2.a. u 17.2.b. għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kull perjodu ta' ġestjoni fil-futur. Jekk Stat Membru ikun għażel perjodu ta' ġestjoni ta' tul ta' sena, il-kondizzjonijiet tal-punti 17.2.a. u 17.2.b. m'għandhomx japplikaw.”

(h)

Il-Punt 17.4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“17.4

Għandhom jitwettqu ispezzjoni u sorveljanza fuq il-baħar u fil-port mill-awtoritajiet kompetenti għall-verifika ta' konformità mal-ħtiġijiet imsemmija fil-punt 17.3. Kwalunkwe bastiment li jinsab li ma jkunx konformi ma' dawn il-ħtiġijiet għandu b'effett immedjat jiġi pprojbit mill-użu ta' aktar minn grupp wieħed ta' tagħmir tas-sajd.”;

(i)

Il-punt 25 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“25.

Komunikazzjoni tad-data relevanti

25.1.

Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dispożizzjoni tagħha spreadsheet bid-data msemmija fil-punt 24 fil-format speċifikat fit-Tabelli II u III billi jibagħtuha fl-indirizz xieraq tal-posta elettronika, li għandu jiġi kkomunikat lill-Istati Membri mill-Kummissjoni.

25.2.

Jista' jiġi adottat format ġdid ta' spreadsheet biex tiddaħħal id-data msemmija fil-punt 24 għad-disponibbiltà tal-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.”;

4)

Fl-Anness IIB:

(a)

Il-punt 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Definizzjoni ta' jiem preżenti f'żona

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, jum preżenti f'żona għandu jkun kwalunkwe perjodu kontinwu ta' 24 siegħa (jew parti minnu) li matulu bastiment ikun preżenti fiż-żona ġeografika definita fil-punt 1 u jkun nieqes mill-port. Il-ħin li minnu jibda jitkejjel il-perjodu kontinwu hu għad-diskrezzjoni ta' l-Istat Membru li tiegħu il-bastiment konċernat itajjar il-bandiera.”;

(b)

Il-punt 12.4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“12.4.

L-ebda trasferiment ta' jiem bejn bastimenti li jibbenefikaw mill-allokazzjoni msemmija fil-punt 7.1 m'għandu jkun permess.”;

(ċ)

Il-punt 12.5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“12.5.

Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar it-trasferimenti li jkunu saru. Il-formati ta' spreadsheet għall-ġbir u t-trasmissjoni ta' l-informazzjoni msemmija fil-punt preżenti jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.”;

(d)

Il-punt 20 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“20.

Komunikazzjoni ta' data relevanti

20.1.

Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu għad-disponibbiltà tal-Kummissjoni spreadsheet bid-data msemmija fil-punt 19 fil-format speċifikat fit-Tabelli II u III billi jibagħtuha fl-indirizz tal-posta elettronika xieraq, li għandu jiġi kkomunikat lill-Istati Membri mill-Kummissjoni.

20.2.

Format ġdid ta' spreadsheet sabiex id-data msemmija fil-punt 19 issir disponibbli għall-Kummissjoni jista' jiġi adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.”;

5)

Fl-Anness IIĊ:

(a)

Il-punt 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.

Ambitu

1.1

Il-kondizzjonijiet stabbilit f’dan l-Anness għandhom japplikaw għal bastimenti tal-Komunità ta’ tul totali ta’ 10 metri jew aktar, li jġorru abbord kwalunkwe tagħmir definit fil-punt 3, u jistadu fid-Diviżjoni VIIe. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, referenza għas-sena 2006 tfisser il-perjodu mill-1 ta' Frar 2006 sal-31 ta' Jannar 2007.

1.2

Bastimenti li jistadu bi xbieki fissi akbar minn 120 mm u bi track records ta' inqas minn 300 kg f'piż ħaj ta' lingwata skond il-ġurnal ta' abbord tal-KE fl-2004 għandhom ikunu eżenti mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness bil-kondizzjoni li:

(a)

tali bastimenti jaqbdu inqas minn 300 kg f'piż ħaj ta' lingwata fl-2006,

u

(b)

tali bastimenti ma jittrasbordawx ħut fuq il-baħar lil bastiment ieħor,

u

(ċ)

kull Stat Membru konċernat jippreżenta rapport lill-Kummissjoni sal-31 ta' Lulju 2006 u l-31 ta' Jannar 2007 dwar it-track records ta' dawn il-bastimenti għall-qbid ta' lingwata fl-2004 u l-qabdiet ta' lingwata fl-2006.

Meta xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet ma tkunx sodisfatta, il-bastimenti konċernati m'għandhomx jibqgħu jiġu eżentati mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness b'effett immedjat.”;

(b)

Il-punt 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Definizzjoni ta' jiem preżenti f'żona

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, jum preżenti f'żona għandu jkun kwalunkwe perjodu ta' 24 siegħa (jew parti minnu) li matulu bastiment ikun preżenti fid-Diviżjoni VIIe u jkun nieqes mill-port. Il-ħin li minnu jibda jitkejjel il-perjodu kontinwu ikun għad-diskrezzjoni ta' l-Istat Membru li tiegħu il-bastiment konċernat itajjar il-bandiera.”;

(ċ)

Il-punt 7. għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“7.

Numru massimu ta’ jiem

7.1

In-numru massimu ta’ jiem fis-sena li fihom bastiment jista’ jkun preżenti fiż-żona waqt li jkun iġorr abbord u jagħmel użu minn kwalunkwe tagħmir tas-sajd imsemmi fil-punt 3 huwa muri fit-Tabella I.

7.2

In-numru ta’ jiem fis-sena li fihom bastiment ikun preżenti fiż-żona kollha koperta b’dan l-Anness u l-Anness IIA m’għandux jaqbeż in-numru muri fit-Tabella I ta’ dan l-Anness. Madankollu n-numru ta’ jiem li fihom il-bastiment ikun preżenti fiż-żoni koperti bl-Anness IIA għandu jkun konformi man-numru massimu ffissat skond l-Anness IIA.”;

(d)

Il-punt 11 jiġi mħassar;

(e)

It-Tabella I għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“TABELLA I

Numru massimu ta' jiem fis-sena li matulhom bastiment jista' jkun preżenti fiż-żona skond it-tagħmir tas-sajd

Grupp ta’ tagħmir punt 3

Denominazzjoni (3)

Kanal tal-Punent

3.a.

Xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji ta’ qies ≥ 80 mm

216

3.b.

Xbieki fissi b’malji ta’ qies < 220 mm

216

(f)

Il-punt 12.4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“12.4.

Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu rapporti dwar it-trasferimenti li jkunu saru. Format dettaljat ta' spreadsheet sabiex dawn ir-rapporti jsiru disponibbli għall-Kummissjoni jista' jiġi adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.”;

(g)

Il-punt 17 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“17.

Messaġġi dwar sforz tas-sajd

L-Artikoli 19b, 19ċ, 19d, 19e u 19k tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 għandhom japplikaw għall-bastimenti li jġorru abbord it-tagħmir tas-sajd definit fil-punt 3 u li jitħaddem fiż-żona definita fil-punt 1. Bastimenti mgħammra b’sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti skond l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2244/2003 għandhom jiġu esklużi minn dawn il-ħtiġijiet ta’ sinjalazzjoni.”;

(h)

Il-punt 28 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“28.

Komunikazzjoni ta' data relevanti

28.1.

Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandu jipprovdu għad-dispożizzjoni tagħha spreadsheet bid-data msemmija fil-punt 27 fil-format speċifikat fit-Tabelli II u III billi jibagħtuha fl-indirizz tal-posta elettronika xieraq, li għandu jiġi kkomunikat lill-Istati Membri mill-Kummissjoni.

28.2.

Format ġdid ta' spreadsheet sabiex id-data msemmija fil-punt 27 issir disponibbli għall-Kummissjoni jista' jiġi adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.”;

6)

Fl-Anness IV, il-Parti I għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“PARTI I   Limitazzjonijiet kwantitattivi ta' liċenzji u permessi tas-sajd għal bastimenti Komunitarji li jistadu f'ilmijiet ta' pajjiż terz

Żona ta' Sajd

Sajd

Numru ta' liċenzji

Allokazzjoni ta’ liċenzji fost l-Istati Membri

Numru massimu ta' bastimenti preżenti fi kwalunkwe ħin

Ilmijiet Norveġiżi u żona tas-sajd madwar Jan Mayen

Aringi, Tramuntana ta' 62° 00'T

77

DK: 26, DE: 5, FR: 1, IRL: 7, NL: 9, SW: 10, UK: 17, PL: 1

55

Speċi li jgħixu qrib qiegħ il-baħar, Tramuntana ta' 62° 00'T

80

FR: 18, PT: 9, DE: 16, ES: 20, UK: 14, IRL: 1

50

Kavall, Nofsinhar ta' 62° 00'T, sajd bit-tantarun

11

DE: 1 (4), DK: 26 (4), FR: 2 (4), NL: 1 (4)

mhux relevanti

Kavall, Nofsinhar ta' 62° 00'T, sajd b'xibka tat-tkarkir

19

mhux relevanti

Kavall, Tramuntana ta' 62° 00'T, sajd bit-tantarun

11 (5)

DK: 11

mhux relevanti

Speċi industrijali, Nofsinhar ta' 62° 00'T

480

DK: 450, UK: 30

150

Ilmijiet tal-Gżejjer Faroe

Is-sajd kollu bix-xibka tat-tkarkir b'bastimenti ta' mhux iktar minn 180 pied fiż-żona bejn 12 u 21 mil mill-linji bażi tal-Gżejjer Faroe

26

BE: 0, DE: 4, FR: 4, UK: 18

13

Sajd dirett għall-merluzz u l-bakkaljaw b'xibka minima ta' 135 mm, ristrett għaż-żona tan-nofsinhar ta' 62° 28'T u l-lvant ta' 6° 30'P.

8 (6)

 

4

Tkarkir barra l-21 mil mill-linja bażi tal-Gżejjer Faroe. Fil-perjodi mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Mejju u l-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, dawn il-bastimenti jistgħu joperaw fiż-żona bejn 61° 20'T u 62° 00'T u bejn 12 u 21 mil mill-linji bażi.

70

BE: 0, DE: 10, FR: 40, UK: 20

26

Sajd bix-xibka tat-tkarkir għal-linarda b'xibka minima ta' 100 mm fiż-żona fin-nofsinhar ta' 61° 30'T u fil-punent ta' 9° 00'P u fiż-żona bejn 7° 00'P u 9° 00'P fin-nofsinhar ta' 60° 30'T u fiż-żona lbiċ minn linja bejn 60° 30'T, 7° 00'P u 60° 00'T, 6° 00'P.

70

DE: 8 (7), FR: 12 (7), UK: 0 (7)

20 (8)

Sajd dirett bix-xibka ta' tkarkir għall-merluzz b'xibka ta' qies minimu ta' 120 mm u bil-possibbiltà li jintużaw ċingi tondi madwar il-codend.

70

 

22 (8)

Sajd għall-putassu. In-numru totali ta' liċenzji jista' jiżdied b'erba' bastimenti li jiffurmaw pari, jekk l-awtoritajiet tal-Gżejjer Faroe jintroduċu regoli speċjali ta' aċċess għal żona msejjħa ‘żona prinċipali tas-sajd għall-putassu’

34

DE: 3, DK: 19, FR: 2, UK: 5, NL: 5

20

Sajd bil-lenza

10

UK: 10

6

Sajd għall-kavall

12

DK: 12

12

Sajd għall-aringi fit-tramuntana ta' 62°T

21

DE: 1, DK: 7, FR: 0, UK: 5, IRL: 2, NL: 3, SW: 3

21

Ilmijiet tal-Federazzjoni Russa

Is-sajd kollu

pm

 

pm

Sajd għall-merluzz

7 (9)

 

pm

Sajd għas-sardina ħadra

pm

 

pm"


(1)  Eskluża l-istima ta’ 2 000 tunnellata ta’ qbid sekondarju industrijali.

(2)  Jistgħu jittieħdu f'ilmijiet tal-KE. Qbid meħud f'din il-kwota għandu jitnaqqas mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja.

Kondizzjonijiet speċjali:

Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jittieħdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt miż-żoni speċifikati.

 

Ilmijiet tan-Norveġja (WHG/*04N-)

KE

14 512 ”

(3)  Li minnhom 16 170 tunnellata huma allokati lill-Iżlanda.

(4)  Għandu jiġi mistad qabel it-30 ta' April 2006.”

(5)  Inklużi qabdiet sekondarji inevitabbli (il-merluzz mhux permess).

(6)  Li għandhom jiġu mistada bejn Lulju u Diċembru.”

(1)  Id-denominazzjonijiet fil-punti 4 u 8 biss huma użati.

(2)  Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 850/98 fejn jeżistu restrizzjonijiet.

m.r. tfisser mhux relevanti”;

(3)  Id-denominazzjonijiet fil-punt 3 biss.”

(4)  Din l-allokazzjoni hija valida għas-sajd bit-tartarun u bix-xibka tat-tkarkir.

(5)  Għandha ssir għażla mill-11-il liċenzja għas-sajd bit-tartarun borża għal kavalli fin-Nofsinhar ta’ 62° 00'N.

(6)  Wara r-Rekord Miftiehem ta' l-1999, iċ-ċifri għas-Sajd dirett għall-merluzz u l-bakkaljaw huma inklużi fiċ-ċifri għal ‘Is-sajd kollu bix-xibka b'bastimenti ta' mhux iktar minn 180 pied fiż-żona bejn 12 u 21 mil mill-linji bażi tal-Gżejjer Faroe’.

(7)  Dawn iċ-ċifri jirreferu għan-numru massimu ta' bastimenti preżenti fi kwalunkwe ħin.

(8)  Dawn iċ-ċifri huma inklużi fiċ-ċifri għal ’Sajd bit-tkarkir aktar minn 21 mil 'il-barra mil-linji ta' bażi tal-Gżejjer Faroe’.

(9)  Japplika biss għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Latvja.”


ANNESS II

Fil-Parti 2 ta' l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2270/2004 l-entrata li tikkonċerna l-ispeċi grenadier ta' mnieħru tond fiż-żona III għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Grenadier ta' mnieħru tond

Coryphaenoides rupestris

Żona: III

Danimarka

2612

 

Ġermanja

15

 

Żvezja

134

 

KE

2 761 ”

 


Top