This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1183R(01)
1183/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2006 tal- 24 ta’ Lulju 2006 dwar l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta' karkassi ta' annimali bovini adulti (verżjoni kodifikata) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 M, tat-13 ta' Diċembru 2008 )
1183/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2006 tal- 24 ta’ Lulju 2006 dwar l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta' karkassi ta' annimali bovini adulti (verżjoni kodifikata) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 M, tat-13 ta' Diċembru 2008 )
ĠU L 64M, 10.3.2009, p. 137–142
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1183/corrigendum/2009-03-10/oj
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrigendum to | 32006R1183 | (MT) |
10.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/137 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2006 tal-24 ta’ Lulju 2006 dwar l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta' karkassi ta' annimali bovini adulti (verżjoni kodifikata)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 M, tat-13 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2006 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1183/2006
tal-24 ta’ Lulju 2006
dwar l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta' karkassi ta' annimali bovini adulti
(verżjoni kodifikata)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1208/81 tat-28 ta' April 1981 li jiddetermina l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta' karkassi ta' annimali adulti bovini (3) ġie emendat sostanzjalment (4). Għal aktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Skala gradata Komunitarja għall-klassifika ta' karkassi ta' annimali adulti bovini għandha tiġi applikata biex jiġu rreġistrati l-prezzijiet u għall-intervent fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella. |
(3) |
Il-klassifika ta' karkassi ta' annimali adulti bovini għandha ssir abbażi ta' konformazzjoni u l-grad ta' kopertura ta' xaħam. Il-kombinazzjoni ta' dawn iż-żewġ kriterji tippermeti li l-karkassi jinqasmu fi klassijiet. Il-karkassi hekk klassifikati għandhom ikunu identifikati. |
(4) |
Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament fil-Komunità, għandha ssir tħejjija minn qabel għall-kontrolli fuq il-post minn kumitat ta' spezzjoni Komunitarju, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jipprevedi skala ta' klassifika Komunitarja ta' karkassi ta' annimali bovini adulti.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“karkassa”: il-ġisem sħiħ ta' annimal maqtul kif preżentat wara t-tneħħija tad-demm, ta' l-interjuri u l-ġilda, ppreżentat:
|
(b) |
“nofs karkassa”: il-prodott miksub bis-separazzjoni tal-karkassa msemmija fil-punt (a) b'mod simetriku min-nofs ta' kull vertebra ċervikali, dorsali, lombari u sagrali u min-nofs ta' l-isternu u s-simfisi iskjopubiku. |
Artikolu 3
Għall-fini li jiġu stabbiliti l-prezzijiet tas-suq, il-karkassa għandha tiġi ppreżentata mingħajr it-tneħħija tax-xaħam estern, bl-għonq li jinqata' skond il-ħtiġiet veterinarji:
— |
mingħajr kliewi, xaħam tal-kliewi, jew xaħam pelviku, |
— |
mingħajr il-falda l-irqiqa jew il-falda l-ħoxna, |
— |
mingħajr id-denb, |
— |
mingħajr is-sinsla, |
— |
mingħajr xaħam ta' l-iskrotu, |
— |
mingħajr xaħam fuq in-naħa ta' ġewwa tal-parti ta' fuq, |
— |
mingħajr il-vina ġugulari u x-xaħam ta' magħha. |
Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jaċċettaw preżentazzjonijiet differenti meta l-preżentazzjoni ta' referenza ma tintużax..
F'tali każijiet, l-aġġustamenti meħtieġa biex isir progress minn dawk il-preżentazzjonijiet għall-preżentazzjonijiet ta' referenza għandhom jiġu determinati skond il-proċedura msemmijfa fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (5).
Artikolu 4
1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' intervent li japplikaw, il-karkassi ta' annimali adulti bovini għandhom jinqasmu fil-kategoriji li ġejjin:
A. |
karkassi ta' annimali maskili żgħar mhux kastrati ta' eta' anqas minn sentejn; |
B. |
karkassi ta' annimali maskili mhux kastrati oħrajn; |
Ċ. |
karkassi ta' annimali maskili kastrati; |
D. |
karakssi ta' annimali femminili li welldu; |
E. |
karakssi ta' annimali femminili oħrajn. |
Għandhom jiġu stabbiliti kriterji għad-differenzjar bejn il-kategoriji tal-karkassi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.
2. Il-karkassi ta' l-annimali bovini adulti għandhom jiġi klassifikati b'valutazzjoni suċċessiva ta':
(a) |
konformazzjoni, kif definita fl-Anness I; |
(b) |
kopertura ta' xaħam, kif definita fl-Anness II, |
3. Il-klassi ta' konformazzjoni indikata fl-Anness I bl-ittra S tista' tintuża mill-Istati biex tingħata konsiderazzjoni, permezz ta' l-introduzzjoni fakultiva ta' klassi ta' konformazzjoni superjuri għall-klassijiet eżistenti (karkassi b'muskulatura doppja), lill-karatterisitiċi jew l-iżvilupp mistenni ta' forma partikolari ta' produzzjoni.
L-Istati Membri li għandhom l-intenzjoni li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri oħrajn kif meħtieġ.
4. L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati biex jissudividu kull waħda mill-klassijiet previsti fl-Annessi I u II f'massimu ta' tliet subklassijiet.
Artikolu 5
1. Il-karkassi u n-nofs-karkassi għandhom jiġu klassifikati malajr kemm jista' jkun wara l-qatla u tali klassifika għandha titwettaq fil-biċċerija proprja.
2. Il-karakassi u n-nofs-karkassi klassifikati għandhom jiġu identifikati.
3. Qabel l-identifikazzjoni bl-immarkar, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati biex ix-xaħam estern jitneħħa mill-karkassi jew min-nofs karkassi, jekk dan huwa ġustifikat mill-kopertura tax-xaħam.
Il-kondizzjonijiet li fihom tiġi applikata t-tneħħija tax-xaħam estern għandhom jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.
Artikolu 6
1. Spezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu minn kumitat ta' spezzjoni Komunitarju magħmul minn esperti mill-Kummissjoni u esperti maħturin mill-Istati Membri. Dan il-Kumitat għandu jirrapporta lura lill-Kummissjoni dwar l-ispezzjonijiet imwettqin.
Il-Kummissjoni għandha, jekk adatt, tieħu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li l-klassifika titwettaq f'manjiera uniformi.
Dawk l-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu f'isem il-Komunità, li għandha tkun responsabbli għall-ispejjeż li jirriżultaw.
2. Ir-regoli dettaljati biex jiġi applikat il-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet addizzjonali li jispeċifikaw id-definizzjoni tal-klassijiet ta' konformazzjoni u l-kopertura tax-xaħam għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.
Artikolu 8
Ir-Regolament (KEE) Nru 1208/81 għandu jiġi revokat.
Referenzi għar-Regolament revokat għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.
Artikolu 9
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Maghmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
M. PEKKARINEN
ANNESS I
KONFORMAZZJONI
Żvilupp ta' profili tal-karkassa, b'mod partikolari l-partijiet essenzjali (it-tondjatura, id-dahar, l-ispalla)
Klassi ta' konformazzjoni |
Deskrizzjoni |
S Superjuri |
Il-profili kollha estremament konvessi; żvilupp eċċezzjonali tal-muskoli (karkassi b'muskulatura doppja) |
E Eċċellenti |
Il-profili kollha konvessi għal super-konvessi; żvilupp eċċezzjonali tal-muskoli |
U Tajjeb ħafna |
Il-profili ġeneralment konvessi, żvilupp tajjeb ħafna tal-muskoli |
R Tajjeb |
Il-profili ġeneralment dritti, żvilupp tajjeb tal-muskoli |
O Mhux ħażin |
Il-profili dritti għal konkavi; żvilupp medju tal-muskoli |
P Ħażin |
Il-profili kollha konkavi għal konkavi ħafna; żvilupp dgħajjef tal-muskoli |
ANNESS II
GRAD TA' KOPERTURA TA' XAĦAM
Ammont ta' xaħam fuq barra tal-karkassa u fil-kavità toraċika
Klassi ta' kopertura ta' xaħam |
Deskrizzjoni |
1 baxxa |
Minn xejn sa kopertura baxxa ta' xaħam |
2 ftit |
Kopertura ħafifa ta' xaħam, laħam viżibbli kważi kullimkien |
3 medja |
Laħam, bl-eċċezzjoni tat-tondjatura u l-ispalla, kważi kullimkien kopert bix-xaħam, depożiti ħfief ta' xaħam fil-kavità toraċika |
4 għolja |
Laħam kopert bix-xaħam, imma fit-tondjatura u l-ispalla għadu parzjalment viżibbli, xi depożiti distinti ta' xaħam fil-kavità toraċika |
5 għolja ħafna |
Il-karkassa kollha koperta bix-xaħam; depożiti kbar ta' xaħam fil-kavità toraċika |
ANNESS III
Regolament revokat ma’ l-emenda tiegħu
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1208/81 |
|
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1026/91 |
ANNESS IV
Tabella ta’ korrelazzjoni
Regolament (KEE) Nru 1208/81 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2 |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 3 |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 3(2), l-ewwel subparagafu |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 3(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikolu 4(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5, l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikolu 6(1), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikolu 5, ir-raba' paragrafu: |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 6, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 7 |
Artikolu 6, it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 8 |
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
Annessi I u II |
Annessi I u II |
— |
Anness III |
— |
Anness IV |
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 65, 17.3.2006, p. 50.
(3) ĠU L 123, 7.5.1981, p. 3. Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1026/91 (ĠU L 106, 26.4.1991, p. 2).
(4) Ara l-Anness III.
(5) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).