Valige katsefunktsioonid, mida soovite proovida

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument 32006E0407

    Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2006/407/PESK tas- 7 ta’ Ġunju 2006 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/643/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ ta' l-Unjoni Ewropea f'Aceh (Indoneżja) (Missjoni ta' Monitoraġġ f'Aceh – AMM)

    ĠU L 158, 10.6.2006, lk 20—20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 294M, 25.10.2006, lk 199—199 (MT)

    Dokumendi õiguslik staatus Kehtetud, Kehtetuks muutumise kuupäev: 15/12/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2006/407/oj

    25.10.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    199


    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2006/407/PESK

    tas-7 ta’ Ġunju 2006

    li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/643/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ ta' l-Unjoni Ewropea f'Aceh (Indoneżja) (Missjoni ta' Monitoraġġ f'Aceh - AMM)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-27 ta' Frar 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġuta 2006/202/PESK li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/643/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ ta' l-Unjoni Ewropea f'Aceh, l-Indoneżja (Missjoni ta' Monitoraġġ f'Aceh -AMM) (1) għal-perjodu ta’ tlett xhur.

    (2)

    Fil-5 ta' Mejju 2006 l-Gvern ta' l-Indonesja stieden lill-UE testendi l-mandat ta' l-AMM għal perjodu ieħor ta' 3 xhur sal-15 ta' Settembru 2006. Il-Moviment Aceh Ħieles (GAM) ukoll indika l-appoġġ tiegħu għal tali estensjoni tal-missjoni.

    (3)

    Fil-11ta' Mejju 2006, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà tenna tenna l-appoġġ tiegħu għall-proċess ta' paċi f'Aceh u esprima l-appoġġ tiegħu għar-rakkomandazzjoni tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli sabiex il-mandat ta' l-AMM jiġi estiż b'perjodu ieħor ta' 3 xhur.

    (4)

    L-Azzjoni Konġunta 2005/643/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    L-Azzjoni Konġunta 2005/643/PESK hija emendata kif ġej:

    Fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 16, id-data għandha tinbidel bid-data li ġejja:

    “15 ta' Settembru 2006”.

    Artikolu 2

    L-ammont finanzjarju ta' referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa addizzjonali relatata mal-missjoni għall-perjodu mis-16 ta' Ġunju 2006 sal-15 ta' Settembru 2006 għandu jkun EUR 300 000.

    Artikolu 3

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 4

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, nhar is-7 ta’ Ġunju 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K.-H. GRASSER


    (1)  ĠU L 71, 10.3.2006, p. 57.


    Üles