Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0531

    Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 24 ta' Lulju 2006 li taħtar Deputat Direttur ta' l-Europol

    ĠU L 212, 2.8.2006, p. 15–15 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 189–189 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/531/oj

    16.3.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    189


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    ta' l-24 ta' Lulju 2006

    li taħtar Deputat Direttur ta' l-Europol

    (2006/531/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta' l-Europol) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(2) tagħha,

    Waqt li jaġixxi bħala l-awtorità bis-setgħa li taħtar id-Deputati Diretturi ta' l-Europol,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv,

    BILLI:

    (1)

    Minħabba r-riżenja ta' Deputat Direttur ta' l-Europol, hu meħtieġ li jinħatar Deputat Direttur.

    (2)

    Ir-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-impjegati ta' l-Europol (2), u b'mod partikolari l-Appendiċi 8 tagħhom, jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċjali dwar il-proċedura għall-għażla tad-Direttur jew ta' Deputat Direttur ta' l-Europol.

    (3)

    Il-Bord Amministrattiv ippreżenta lill-Kunsill b'lista qasira ta' applikanti adattati għall-ħatra, flimkien mal-fajl sħiħ ta' kull wieħed minn dawk l-applikanti, kif ukoll il-lista sħiħa ta' l-applikanti.

    (4)

    Abbażi ta' l-informazzjoni rilevanti kollha fornuta mill-Bord Amministrattiv, il-Kunsill jixtieq jaħtar lill-applikant li, skond il-Kunsill, jissodisfa l-ħtiġiet kollha tal-pożizzjoni vakanti ta' Deputat Direttur,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sur Michel QUILLÉ hu b'dan maħtur Deputat Direttur ta' l-Europol mill-1 ta' Settembru 2006 sal-31 ta' Awissu 2010.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussel, 24 ta' Lulju 2006.

    Mill-Kunsill

    Il-President

    K. RAJAMÄKI


    (1)  ĠU C 316 tas-27.11.1995, p. 2.

    (2)  Ara l-Att tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi r-regolamenti tal-persunal applikabbli għall-impjegati ta' l-Europol (ĠU C 26 tat-30.1.1999, p. 23) kif emendati bl-Att tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2002 (ĠU C 24 tal-31.1.2003, p. 1).


    Top