Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0509

    Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 11 ta’ Lulju 2006 li taħtar membru supplenti Ċek fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 200, 22.7.2006, p. 5–5 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 94–94 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/509/oj

    16.3.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    94


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-11 ta’ Lulju 2006

    li taħtar membru supplenti Ċek fil-Kumitat tar-Reġjuni

    (2006/509/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ċek,

    Billi:

    (1)

    Fl-24 ta' Jannar 2006 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010.

    (2)

    Sar vakanti post ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni wara r-riżenja tas-Sur Ivan KOSATÍK,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sur Pavel HORÁK, Deputat President tar-Reġjun ta' Olomouc, huwa b'dan maħtur bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni minflok tas-Sur Ivan KOSATÍK għall-perjodu li jifdal tal-mandat tiegħu, li huwa sal-25 ta' Jannar 2010.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussel, 11 ta’ Lulju 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. HEINÄLUOMA


    (1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


    Top