Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0434

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta' Ġunju 2006 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Lussemburgu fl-2002 (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2410)

    ĠU L 173, 27.6.2006, p. 29–30 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 932–933 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/434/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    932


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-23 ta' Ġunju 2006

    li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Lussemburgu fl-2002

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2410)

    (It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)

    (2006/434/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 3 (3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Seħħew tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Lussemburgu fl-2002. Il-feġġ ta' din il-marda jista' jirrappreżenta riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità.

    (2)

    Biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda u biex tinqered kemm jista' jkun malajr, il-Komunità għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għan-nefqa eliġġibbli mġarrba mill-Istat Membru skond tal-miżuri ta' emerġenza meħuda biex tkun ikkumbattuta l-marda, kif previst fid-Deċiżjoni 90/424/KEE.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/491/KE tat-3 ta' Lulju 2003 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Lussemburgu fl-2002 (2) tat kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lil-Lussemburgu għan-nefqa mġarrba taħt il-miżuri ta' emerġenza għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer implimentata fl-2002.

    (4)

    Skond dik id-deċiżjoni, ingħata l-ewwel pagament ta' EUR 500 000.

    (5)

    Skond dik id-Deċiżjoni, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni Komunitarja għandu jkun ibbażat fuq l-applikazzjoni mressqa mil-Lussemburgu fis-17 ta' Lulju 2003, dokumenti li jistipulaw iċ-ċifri kkwotati fl-applikazzjoni, u r-riżultati tal-verifiki fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni. L-ammont stipulat fl-applikazzjoni mressqa mil-Lussemburgu kien ta' EUR 3 253 235, li għalih il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ma tistax tkun ogħla minn 50 % tan-nefqa eliġibbli totali.

    (6)

    Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għan-nefqa eliġibbli mġarrba fil-kuntest tal-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Lussemburgu fl-2002 għandha issa tiġi ffissata.

    (7)

    Ir-riżultati tal-verifiki mwettqa mill-Kummissjoni skond ir-regoli veterinarji tal-Komunità u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' l-appoġġ finanzjarju Komunitarju jfissru li l-ammont sħiħ tan-nefqa li tressaq ma jistax jiġi rrikonoxxut bħala eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja.

    (8)

    L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli ġew ikkomunikati lil-Lussemburgu f'ittra bid-data ta' l-4 ta' Novembru 2005.

    (9)

    Il-konklużjonijiet finali tal-Kummissjoni ntbagħtu lil-Lussemburgu fit-18 ta' Jannar 2006, u qiesu l-informazzjoni addizzjonali mibgħuta mil-Lussemburgu lill-Kummissjoni fil-15 ta' Diċembru 2005.

    (10)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikol 1

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Komunità għan-nefqa marbuta mal-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Lussemburgu fl-2002 skond id Deċiżjoni 2003/491/KE hija ffissata għal EUR 1 589 734.

    Billi diġà ngħata pagament ta' EUR 500 000 skond id-Deċiżjoni 2003/491/KE, għandu jitħallas bilanċ ta' EUR 1 089 734 lil-Lussemburgu.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta' Ġunju 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).

    (2)  ĠU L 168, 5.7.2003, p. 23.


    Top