EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0295

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' April 2006 li temenda l-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/438/KE fir-rigward ta' ħalib nej u prodotti bbażati fuq il-ħalib nej miċ-Ċili u taġġorna l-entrata f'dak l-Anness għall-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1546) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 108, 21.4.2006, p. 24–27 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 626–629 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2008; Impliċitament imħassar minn 32008D0338

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/295/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

626


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' April 2006

li temenda l-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/438/KE fir-rigward ta' ħalib nej u prodotti bbażati fuq il-ħalib nej miċ-Ċili u taġġorna l-entrata f'dak l-Anness għall-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1546)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/295/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem, (1)u b'mod partikolari l-Artikolu 8 (1) u (4) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali ta'oriġini ta' annimali maħsuba għall-konsum tal-bniedem, (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu.

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/438/KE tad-29 ta' April 2004 li tippreskrivi kondizzjonijiet ta' ċertifikazzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali u saħħa pubblika u veterinarji għad-dħul fil-Komunità ta' ħalib trattat bis-sħana, prodotti bbażati fuq il-ħalib u il-ħalib mhux maħdum maħsuba għall-konsum mill-bniedem (3) tistabbilixxi lista fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimpurtaw ħalib krud u prodotti bbażati fuq il-ħalib krud.

(2)

Wara missjoni ta' spezzjoni lejn iċ-Ċili minn esperti tal-Kummissjoni, is-servizzi veterinarji kompetenti taċ-Ċili ikkonferma li l-pajjiż terz m'għandux jiġi elenkat fl-2004/438/KE għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità tal-ħalib krud u prodotti bbażati fuq ħalib krud għal raġunijiet tekniċi u sanitarji.

(3)

Id-dħul taċ-Ċili għall-ħalib nej u prodotti bbażati fuq il-ħalib nej fil-kolonna A ta' l-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/438/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(4)

Barra minn hekk, huwa xieraq li nota f'qiegħ il-paġna tiġi aġġornata f'dak l-Anness għall-eks Repubblika tal-Maċedonja.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/438/KE għandha tiġi emendata kif jeħtieġ.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/438/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika minn 21 ta' April 2006.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta' April 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2002, p. 11.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).

(3)  ĠU L 154, 30.4.2004, p. 72. Verżjoni kkoreġuta ĠU L 92, 12.4.2005, p. 47.


ANNESS

“ANNESS I

‘+’

=

pajjiż mhux awtorizzat

‘0’

=

pajjiż mhux awtorizzat

Il-Kodiċi ISO tal-pajjiż terz

Pajjiżi terzi

Kolonna A

Kolonna B

Kolonna C

AD

Andorra

+

+

+

AL

L-Albanija

0

0

+

AN

L-Antilles Olandiżi:

0

0

+

AR

L-Arġentina

0

0

+

AU

L-Awstralja

0

+

+

BG

Il-Bulgarija

0

+

+

BR

Il-Brażil

0

0

+

BW

Il-Botswana

0

0

+

BY

Il-Belarus

0

0

+

BZ

Il-Beliże

0

0

+

BH

Il-Bożnja-Herżegovina

0

0

+

CA

Il-Kanada

+

+

+

CH

L-Iżvizzera

+

+

+

CL

Iċ-Ċili

0

+

+

CN

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

0

0

+

CO

Il-Kolumbja

0

0

+

CR

Il-Kosta Rika

0

0

+

CU

Kuba

0

0

+

DZ

L-Alġerija

0

0

+

ET

L-Etjopja

0

0

+

GL

Greenland

0

+

+

GT

Il-Gwatemala

0

0

+

HK

Ħong Kong

0

0

+

HN

Il-Ħonduras

0

0

+

HR

Il-Kroazja

0

+

+

IL

L-Iżrael

0

0

+

IN

L-Indja

0

0

+

IS

L-Iżlanda

+

+

+

KE

Il-Kenja

0

0

+

MA

Il-Marokk

0

0

+

MG

Il-Madagaskar

0

0

+

MK

L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (*)

0

+

+

MR

Il-Mawritanja

0

0

+

MU

Il-Mawrizju

0

0

+

MX

Il-Messiku

0

0

+

NA

In-Namibja

0

0

+

NI

In-Nikaragwa

0

0

+

NZ

In-New Zealand

+

+

+

PA

Il-Panama

0

0

+

PY

Paragwaj

0

0

+

RO

Ir-Rumanija

0

+

+

RU

Ir-Russja

0

0

+

SG

Singapor

0

0

+

SV

El Salvador

0

0

+

SZ

Is-Sważiland

0

0

+

TH

It-Tajlandja

0

0

+

TN

Tuniżija

0

0

+

TR

It-Turkija

0

0

+

UA

L-Ukrajna

0

0

+

US

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

+

+

+

UY

L-Urugwaj

0

0

+

ZA

L-Afrika t' Isfel

0

0

+

ZW

Iż-Żimbabwe

0

0

+


(*)  L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi proviżorju li bl-ebda mod ma jippreġudika n-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li għandu jsir ftehim dwaru wara l-konklużjoni tan-negozjati attwali dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.”


Top