This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0200
2006/200/EC: Commission Decision of 22 February 2006 amending Decision 97/296/EC drawing up the list of third countries from which the import of fishery products is authorised for human consumption, with respect to the United States of America (notified under document number C(2006) 496) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta' Frar 2006 li temenda d-Deċiżjoni 97/296/KE li tfassal lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd hija awtorizzata għall-konsum tal-bniedem, fir-rigward ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 496) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta' Frar 2006 li temenda d-Deċiżjoni 97/296/KE li tfassal lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd hija awtorizzata għall-konsum tal-bniedem, fir-rigward ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 496) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 71, 10.3.2006, p. 50–52
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 426–428
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 17/11/2006; Impliċitament imħassar minn 32006D0766
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31997D0296 | Sostituzzjoni | anness | 24/04/2006 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32006D0766 | 18/11/2006 |
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
426 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta' Frar 2006
li temenda d-Deċiżjoni 97/296/KE li tfassal lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd hija awtorizzata għall-konsum tal-bniedem, fir-rigward ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 496)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/200/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta' Ġunju 1995 dwar il-kundizzjonijiet biex isiru, għalperjodu proviżorju, listi proviżorji ta' stabbilimenti ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti ta' oriġini mill-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/296/KE tat-22 ta' April 1997 li tfassal lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd hija awtorizzata għall-konsum mill-bniedem (2) telenka l-pajjiżi u t-territorji li minnhom l-importazzjoni ta' prodotti mis-sajd għall-konsum mill-bniedem hija awtorizzata. Il-Parti I ta' l-Anness għal dik id-Deċiżjoni telenka l-pajjiżi u t-territorji koperti b'Deċiżjoni speċifika skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tistabilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għal-produzzjoni u t-tpoġġija fuq is-suq ta' prodotti tal-ħut (3), u t-taqsima II ta' dak l-Anness telenka l-pajjiżi u t-territorji li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 95/408/KE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni K(2006)495 finali (4), tistipula kundizzjonijiet speċifiċi ta' importazzjoni għal prodotti tas-sajd mill-Istati Uniti ta' l-Amerika. Dan il-pajjiż għalhekk għandu jitniżżel fil-lista fil-parti I ta' l-Anness għad-Deċiżjoni 97/296/KE. |
(3) |
Fl-interessi taċ-ċarezza, il-listi kkonċernati għandhom jinbidlu kompletament. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 97/296/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif suppost. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-istess jum bħad-Deċiżjoni K(2006)495 finali, li tistipula kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd mill-Istati Uniti ta' l-Amerika. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 97/296/KE jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-24 ta' April 2006.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, it-22 ta' Frar 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, tat-30.4.2004, p. 33. verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 195, tat-2.6.2004, p. 12).
(2) ĠU L 122, ta' l-14.5.1997, p. 21. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2005/501/KE (ĠU L 183, ta' l-14.7.2005, p. 109).
(3) ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 15. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE.
(4) Ara paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
“ANNESS
LISTA TA' PAJJIŻI U TERRITORJI LI MINNHOM L-IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TAS-SAJD MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM, TKUN XI TKUN IL-FORMA TAGĦHOM, HIJA AWTORIZZATA
I. Pajjiżi u territorji koperti minn deċiżjoni speċifika skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE
AE— EMIRATI GĦARAB MAQGĦUDA
AG— ANTIGWA u BARBUDA
AL— L-ALBANIJA
AN— L-ANTILLES OLANDIŻI
AR— L-ARĠENTINA
AU— L-AWSTRALJA
BD— IL-BANGLADEXX
BG— IL-BULGARIJA
BR— IL-BRAŻIL
BS— IL-BAĦAMAS
BZ— IL-BELIŻE
CA— IL-KANADA
CH— L-IŻVIZZERA
CI— IL-KOSTA TA' L-AVORJU
CL— IĊ-ĊILI
CN— IĊ-ĊINA
CO— IL-KOLOMBJA
CR— COSTA RICA
CS— IS-SERBJA u L-MONTENEGRO (1)
CU— KUBA
CV— KAP VERDE
DZ— L-ALĠERIJA
EC— L-EKWADOR
EG— L-EĠITTU
FK— IL-GŻEJJER FALKLAND
GA— IL-GABON
GD— GRENADA
GH— IL-GANA
GL— GREENLAND
GM— IL-GAMBJA
GN— IL-GINEA CONAKRY
GT— IL-GWATEMALA
GY— IL-GUJANA
HK— ĦONG KONG
HN— IL-ĦONDURAS
HR— IL-KROAZJA
ID— L-INDONEŻJA
IN— L-INDJA
IR— L-IRAN
JM— IL-ĠAMAJKA
JP— IL-ĠAPPUN
KE— IL-KENJA
KR— IL-KOREA TA' ISFEL
KZ— IL-KAŻAKSTAN
LK— IS-SRI LANKA
MA— IL-MAROKK
MG— IL-MADAGASKAR
MR— IL-MAWRITANJA
MU— IL-MAURITIUS
MV— IL-MALDIVES
MX— IL-MESSIKU
MY— IL-MALAŻJA
MZ— IL-MOŻAMBIK
NA— IN-NAMIBJA
NC— NEW CALEDONIA
NG— IN-NIĠERJA
NI— IN-NIKARAGWA
NZ— NEW ZEALAND
OM— L-OMAN
PA— IL-PANAMA
PE— IL-PERU
PG— PAPUA NEW GUINEA
PH— IL-FILIPPINI
PF— IL-POLINEŻJA FRANĊIŻA
PM— ST PIERRE U MIQUELON
PK— IL-PAKISTAN
RO— IR-RUMANIJA
RU— IR-RUSSJA
SA— L-ARABJA SAWDIJA
SC— IS-SEYCHELLES
SG— SINGAPOR
SN— IS-SENEGAL
SR— IS-SURINAM
SV— EL SALVADOR
TH— IT-TAJLANDJA
TN— IT-TUNIŻIJA
TR— IT-TURKIJA
TW— IT-TAJWAN
TZ— IT-TANŻANIJA
UG— L-UGANDA
US— L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA
UY— L-URUGWAJ
VE— IL-VENEZWELA
VN— IL-VJETNAM
YE— Il-JEMEN
YT— MAYOTTE
ZA— L-AFFRIKA TA' ISFEL
ZW— IŻ-ŻIMBABWE
II. Pajjiżi u territorji li jilħqu t-termini ta' l-Artiklu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE
AM— L-ARMENJA (2)
AO— L-ANGOLA
AZ— L-AŻERBAJĠAN (3)
BJ— Il-BENIN
BY— IL-BELARUS
CG— IR-REPUBBLIKA TAL-KONGO (4)
CM— IL-KAMERUN
ER— L-ERITREA
FJ— IL-FIĠI
IL— L-IŻRAEL
MM— MYANMAR
SB— IL-GŻEJJER SOLOMON
SH— ST HELENA
TG— IT-TOGO
(1) Ma tinkludix il-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999.
(2) Awtorizzat biss għall-importazzjoni ta' gambli ta' l-ilma ħelu ħajjin (Astacus leptodactylus) maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem.
(3) Awtorizzat biss għall-importazzjoni tal-kavjar.
(4) Awtorizzata biss għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd maqbuda, iffriżati u ppakkjati fl-ippakkjar aħħari tagħhom fuq il-baħar.”