This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0059
2006/59/EC: Commission Decision of 24 January 2006 authorising the placing on the market of rye bread with added phytosterols/phytostanols as novel foods or novel food ingredients under Regulation (EC) No 258/97 of the European Parliament and of the Council (notified under document number C(2006) 115) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 24 ta' Jannar 2006 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ħobż tas-segala miżjud bil-fitosteroli/fitostanoli bħala ikel ġdid jew ingredjent ġdid ta' l-ikel taħt ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 115) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 24 ta' Jannar 2006 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ħobż tas-segala miżjud bil-fitosteroli/fitostanoli bħala ikel ġdid jew ingredjent ġdid ta' l-ikel taħt ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 115) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 31, 3.2.2006, p. 21–23
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 115–117
(MT)
In force
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
115 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-24 ta' Jannar 2006
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ħobż tas-segala miżjud bil-fitosteroli/fitostanoli bħala ikel ġdid jew ingredjent ġdid ta' l-ikel taħt ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 115)
(It-testi Finlandiżi u Żvediżi biss huma awtentiċi)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2006/59/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat r-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 li jikkonċerna ikel ġdid u ingredjenti ta' l-ikel ġodda (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 ta' dan,
Billi:
(1) |
Fil-21 ta' Settembru 2000 Karl Fazer Ltd. talbet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Finlandja biex iqiegħdu ikel miżjuda bil-fitosteroli fis-suq bħala ikel ġdid jew ingredjent ġdid ta' l-ikel; |
(2) |
Fid-29 ta' Jannar 2001 l-awtoritajiet kompetenti tal-Finlandja ħarġu r-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħhom; |
(3) |
Fir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħhom, il-korp kompetenti Finlandiż dwar il-valutazzjoni tas-sigurtà ta' l-ikel wasal għall-konklużjoni li l-fitosteroli/fitostanoli huma tajbin għall-konsum mill-bniedem; |
(4) |
Il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lil kull Stat Membru fit-13 ta' Marzu 2001; |
(5) |
Fil-perjodu ta' 60 ġurnata stipulat fl-Artikolu 6 (4) tar-Regolament, tressqu oġġezzjonijiet raġunati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti f'konformità ma' dik id-dispożizzjoni; |
(6) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (SCF) fl-opinjoni tiegħu “Ħarsa ġenerali fuq l-effetti fit-tul ta' konsum elevat ta' fitosteroli minn ħafna għejun tad-dieta, b'mod partikolari għall-effetti fuq il-ß-carotene” tas-26 ta' Settembru 2002 indika li m'hemmx evidenza ta' benefiċċji addizzjonali minn konsum ta' iktar minn 3 g/jum u li l-konsum għoli jaf iwassal għal effetti mhux mixtieqa u li għalhekk kien ikun iktar prudenti li jiġi evitat il-konsum ta' l-isterol tal-pjanti li hu ta' aktar minn 3 g/jum; |
(7) |
Minbarra dan, l-SCF, fl-opinjoni tiegħu tal-5 ta' Marzu 2003 dwar applikazzjonijiet għal approvazzjoni ta' varjetà ta' ikel bl-isteroli tal-pjanti miżjuda, reġa' tenna t-tħassib tiegħu dwar l-effetti ta' konsum kumulattiv minn firxa wiesa' ta' ikel bil-fitosteroli miżjuda. Madankollu, fl-istess waqt, l-SCF ikkonferma b'rigward ta' l-applikazzjoni ta' l-Oy Karl Fazer Ab li ż-żieda tal-fitosteroli lil firxa wiesa' ta' prodotti tal-ħobż kien sigur; |
(8) |
Sabiex jindirizza dan it-tħassib dwar il-konsum kumulattiv tal-fitosteroli/fitostanoli minn prodotti differenti, l-Oy Karl Fazer Ab konsegwentement qabel li jirriduċi l-applikazzjoni oriġinali għal ħobż tas-segala |
(9) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 tal-31 ta' Marzu 2004 (2) li għandu x'jaqsam ma' l-ittikettjar ta' ikel u ingredjenti ta' l-ikel miżjud bil-fitosteroli, esteri tal-fitoseroli, fitostanoli u/jew esteri tal-fitostanoli jiżgura li l-konsumatur jirċievi l-informazzjoni neċessarja sabiex jevita l-konsum eċċessiv tal-fitosteroli addizzjonali; |
(10) |
Il-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali ma tax opinjoni favorevoli; il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta lill-Kunsill fit-22 ta' Awwissu 2005 skond l-Artikolu 5(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (3), bil-Kunsill obbligat jaġixxi fi żmien 3 xhur. |
(11) |
Madankollu, il-Kunsill ma rreaġixxiex fiż-żmien meħtieġ u għalhekk għandha tiġi adottata deċiżjoni mill-Kummissjoni. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ikel u ingredjenti ta' l-ikel kif deskritti fl-Anness 1 biż-żieda ta' fitosteroli/fitostanoli kif speċifikati fl-Anness 2 minn hawn 'il quddiem imsejħa l-prodotti, jistgħu jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità.
Artikolu 2
Il-prodotti ser jiġu ppreżentati b'tali mod li jkunu faċilment jistgħu jiġu maqsuma f' porzjonijiet li jkun fihom jew massimu ta' 3g (fil-każ ta' porzjon 1 kuljum) jew massimu ta' 1g (fil-każ ta' 3 porzjonijiet kuljum) ta' fitosteroli/fitostanoli miżjuda.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Oy Karl Fazer Ab, Fazerintie 6, FIN-00941 Helsinki.
Magħmula fi Brussell, l-24 ta' Jannar 2006.
Għall-Kummissjoni
Markus KYPRIANU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(3) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
ANNESS I
PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
Ħobż tas-segala bid-dqiq li fih ≥ 50 % segala (dqiq oħxon tas-segala, sħiħ jew il-qalba maqsuma tas-segala u laqx tas-segala) u ≤ 30 % qamħ; u b'≤ 4 % ta' zokkor miżjud iżda l-ebda xaħam miżjud.
ANNESS II
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA' FITOSTEROLI U FITOSTANOLI BIEX JIŻDIEDU MA' IKEL U INGREDJENTI TA' L-IKEL
Definizzjonijiet
Il-Fitosteroli u l-fitostanoli huma steroli u stanoli li huma estratti minn pjanti u li jistgħu jiġu ppreżentati bħala steroli u stanoli ħielsa jew esterifikati b'aċidu grass ta' l-ikel.
Kompożizzjoni (bi GC-FID jew metodu ekwivalenti):
|
< 80 % β-sitosterol |
|
< 15 % β-sitostanol |
|
< 40 % campesterol |
|
< 5 % campestanol |
|
< 30 % stigmasterol |
|
< 3 % brassicasterol |
|
< 3 % steroli/stanoli oħrajn |
Kompożizzjoni (bi GC-FID jew metodu ekwivalenti):
Il-fitosteroli u l-fitostanoli estratti minn sorsi għajr żejt veġetali tajjeb għall-ikel iridu jkunu ħielsa minn sustanzi li jikkontaminaw, l-aħjar assigurati permezz ta' purità ta' iktar minn 99 % ta' l-ingredjent tal-fitosterol/fitostanol.