Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0023

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 20 ta' Jannar 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/710/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' suspett ta' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja fir-Rumanija (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 61) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 17, 21.1.2006, p. 27–29 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 53–55 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/23(1)/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

53


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-20 ta' Jannar 2006

li temenda d-Deċiżjoni 2005/710/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' suspett ta' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja fir-Rumanija

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 61)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/23/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 18(7) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza tat-tjur hija marda virali infettiva fit-tjur ta' l-irziezet u għasafar oħra, li tikkawża mwiet u disturbi li malajr jistgħu jiksbu daqs epiżootiku li kapaċi jkunu ta' theddida serja għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali u li jnaqqsu sew il-profittabbiltà tat-trobbija tat-tjur ta' l-irziezet. Hemm riskju li l-aġent tal-marda jista' jiddaħħal permezz tal-kummerċ internazzjonali fit-tjur ħajjin u fil-prodotti tat-tjur.

(2)

Fit-12 ta' Ottubru 2005, ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni bl-iżolament ta' virus ta' l-influwenza A tas-sottotip H5N1 tar-razza Ażjatika miġbur minn każ kliniku fit-tjur ta' l-irziezet. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/710/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' suspett ta' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja fir-Rumanija (3) ġiet għalhekk adottata.

(3)

Ir-Rumanija applikat miżuri stretti għall-kontroll tal-mard u bagħtet aktar informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tal-marda. Din l-informazzjoni tiġġustifika s-sospensjoni ta' l-importazzjoni lil dawk il-partijiet tat-territorju tar-Rumanija li huma milquta u f'riskju.

(4)

Id-Deċiżjoni 2005/710/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/710/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni ta'

a)

tjur ħaj, ratiti, tjur tal-kaċċa u bir-rix sew imrobbi kif ukoll selvaġġ, u bajd għat-tifqis li jkun ġej mill-parti tat-territorju tar-Rumanija msemmija fil-Parti A ta' l-Anness; u

b)

il-prodotti li ġejjin mill-parti tat-territorju tar-Rumanija msemmija fil-Parti B ta' l-Anness:

laħam frisk tat-tjur, ratiti u tjur tal-kaċċa u bir-rix sew selvaġġi u sew imrobbija,

preparati tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu fi, jew li fihom, laħam ta' dawn l-ispeċijiet,

ikel għall-annimali tad-dar mhux imsajjar u materjal mhux ipproċessat għall-għalf li fih kwalunkwe parti minn dawn l-ispeċijiet,

bajd għall-konsum mill-bniedem,

trofej tal-kaċċa mhux ipproċessati meħuda minn kwalunkwe għasfur, u

rix mhux ipproċessat u partijiet tar-rix.

2.   B'deroga minn paragrafu 1 (b), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti koperti mill-paragrafu 1 (b), l-ewwel sat-tielet inċiż, li jkunu nkisbu minn annimali maqtula qabel l-1 ta' Awissu 2005.

3.   Fiċ-ċertifikati veterinarji/fid-dokumenti kummerċjali li jakkumpanjaw il-konsenji tal-prodotti li jissemmew fil-paragrafu 2, il-kelmiet li ġejjin, kif japplikaw b'mod xieraq għall-ispeċi, għandhom jiġu inklużi:

‘Laħam frisk tat-tjur/laħam frisk tar-ratiti/laħam frisk ta' tjur selvaġġi tal-kaċċa u bir-rix/laħam frisk ta' tjur tal-kaċċa u bir-rix imrobbi/prodott tal-laħam li jikkonsisti minn, jew li fih, laħam tat-tjur, ratiti, tjur tal-kaċċa u bir-rix selvaġġi jew imrobbija/ikel għall-annimali tad-dar mhux imsajjar u materjal mhux ipproċessat għall-għalf li fih kwalunkwe parti mit-tjur, ratiti, tjur tal-kaċċa u bir-rix selvaġġi jew imrobbija (*) miksuba minn għasafar maqtula qabel l-1 ta' Awissu 2005 u skond l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/710/KE.

4.   B'deroga mill-paragrafu 1 (b), it-tieni inċiż, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam li jikkonsistu fi, jew li fihom, laħam tat-tjur, ratiti, tjur tal-kaċċa u bir-rix selvaġġi jew imrobbija bil-kundizzjoni li l-laħam ta' dawn l-ispeċijiet ikun għadda minn talanqas wieħed mill-proċessi msemmija taħt il-punti B, C jew D fil-Parti IV ta' l-Anness II mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/432/KE.”

(*)  Ingassa kif xieraq.’"

2.

Jiżdied l-Anness li t-test tiegħu huwa inkluż fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom minnufih jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri. Għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni bihom.

Artikolu 3

Din id-Deċiżoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Jannar 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(2)  ĠU L 24, 31.1.1998, p. 9. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1).

(3)  OJ L 269, 14.10.2005, p. 42.


ANNESS

“ANNESS

Parti mit-territorju tar-Rumanija msemmi fl-Artikolu 1 (a) u (b) rispettivament:

Parti A

Kodiċi ISO tal-pajjiż

Isem il-Pajjiż

Deskrizzjoni ta' parti mit-territorju

RO

Ir-Rumanija

It-territorju kollu tar-Rumanija

Parti B

Kodiċi ISO tal-pajjiż

Isem il-Pajjiż

Deskrizzjoni ta' parti mit-territorju

RO

Ir-Rumanija

Fir-Rumanija l-kontei ta'

Tulcea

Constanta

Galati

Braila

Ialomita

Calarasi”


Top