Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0017(01)

    2006/888/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ l- 10 ta’ Novembru, 2006 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2006/17)

    ĠU L 348, 11.12.2006, p. 38–51 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2010; Imħassar b' 32010D0021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/888/oj

    11.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    38


    DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    ta’ l-10 ta’ Novembru, 2006

    dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew

    (BĊE/2006/17)

    (2006/888/KE)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 26.2,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni BĊEB/2002/11 tal-5 ta’ Diċembru, 2002, dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) (BĊE) teħtieġ emenda sinifikanti. Mill-1 ta’ Jannar, 2007, is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) se tuża l-metodu ekonomiku kif iddefinit fil-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 ta’ l-10 ta’ Novembru, 2006, dwar il-qafas legali għal rappurtar tal-kontabilità fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (2) biex jiġu rreġistrati tranżazzjonijiet tal-kambju, strumenti finanzjarji ddenominati f’valuta barranija u dovuti (accruals) relatati. Huwa mixtieq għal raġunijiet ta’ ċarezza biex isir recast tad-Deċiżjoni f’test waħdieni.

    (2)

    Id-Deċiżjonijiet BĊE/2002/11, BĊE/2005/12 u BĊE/2006/3 li huma sostitwiti b’din id-Deċiżjoni għandhom jiġu rrevokati.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    1.   Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-“Eurosistema” u l-“banek ċentrali nazzjonali” (BĊNi) għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 1 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.

    2.   Termini tekniċi oħra wżati f’din id-Deċiżjoni għandhom ikollhom l-istess tifsira bħal fl-Anness II mal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.

    Artikolu 2

    Skop ta’ applikazzjoni

    Ir-regoli stabbiliti f’din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw għall-kontijiet annwali tal-BĊE li jkopru l-karta tal-bilanċ, elementi rreġistrati fil-kotba tal-BĊE off-balance sheet, il-kont tal-qligħ u t-telf u n-noti għall-kontijiet annwali tal-BĊE.

    Artikolu 3

    Prinċipji tal-kontabilita fundamentali

    Il-prinċipji tal-kontabilità fundamentali ddefiniti fl-Artikolu 3 ta’ din il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 għandhom japplikaw ukoll għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 4

    Rikonoxximent ta’ l-attiv u l-passiv

    Attiv/passiv finanzjajru u xi tip ta’ attiv/passiv ieħor għandu jkun rikonoxxut biss fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE skond l-Artikolu 4 ta’ din il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.

    Artikolu 5

    Metodi ekonomiċi u metodi cash/settlement

    L-Artikolu 5 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 għandu japplika għal din id-Deċiżjoni.

    KAPITOLU II

    KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KARTA TAL-BILANĊ

    Artikolu 6

    Kompożizzjoni tal-karta tal-bilanċ

    Il-kompożizzjoni tal-karta tal-bilanċ għandha tkun ibbażata skond l-istruttura stabbilita fl-Anness I.

    Artikolu 7

    Provvediment għar-rata tal-kambju, għar-riskju tar-rata ta’ l-imgħax u għar-riskju tal-prezz tas-suq

    Filwaqt li jikkunsidra kif jixraq in-natura ta’ l-attivitajiet tal-BĊE, il-Kunsill Governattiv jista’ jistabbilixxi provvediment għar-rata tal-kambju, rata ta’ imgħax u riskji tal-prezz tad-deheb fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE. Il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi dwar id-daqs u l-użu tal-provvediment fuq il-bażi ta’ stima rraġunata tar-risk exposures tal-BĊE.

    Artikolu 8

    Regoli ta’ valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ

    1.   Rati u prezzijiet kurrenti tas-suq għandhom ikunu bbażati għal skopijiet ta’ valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ sakemm speċifikat mod ieħor fl-Anness I.

    2.   Ir-rivalutazzjoni tad-deheb, strumenti ta’ valuta barranija, sigurtàjiet u strumenti finanzjarji kemm on-balance-sheet u off-balance-sheet, għandhom ikunu mwettqa fi tmiem is-sena skond rati u prezzijiet mid-market.

    3.   Ma għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn prezz u differenzi ta’ rivalutazzjoni tal-valuta għad-deheb, imma għandha ssir kontabilità ta’ differenza waħdanija ta’ rivalutazzjoni tad-deheb, ibbażata fuq il-prezz f’euro għal kull unita ta’ piż tad-deheb iddefinita li joħroġ mir-rata tal-kambju ta’ l-euro/US dollar fid-data ta’ rivalutazzjoni. Ir-rivalutazzjoni għandha ssir fuq bażi valuta b’ valuta għal kambju fi flus barranin, inklużi tranżazzjonijiet on-balance-sheet u off-balance-sheet, u fuq bażi kowd b’ kowd i.e. l-istess ISIN numru/tip għal titoli, minbarra għal dawk it-titoli inklużi fl-element “Attiv finanzjarju ieħor”, li għandhom ikunu ttrattati bħala holdings separati.

    Artikolu 9

    Tranżazzjonijiet b'lura

    Il-kontabilità tat-tranżazzjonijiet b'lura għandha ssir skond l-Artikolu 8 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.

    Artikolu 10

    Strumenti azzjonarji negozzjabbli

    Il-kontabilità ta’ strumenti azzjonarji negozzjabbli għandha ssir skond l-Artikolu 9 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16. Il-punti kollha ta’ l-Artikolu 9(3) għandhom japplikaw għall-BĊE.

    KAPITOLU III

    RIKONOXXIMENT TAD-DĦUL

    Artikolu 11

    Rikonoxximent tad-dħul

    1.   L-Artikolu 11(1), (2), (3), (5) u (7) tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 għandu japplika għar-rikonoxximent tad-dħul.

    2.   Holdings f’kontijiet ta’ rivalutazzjoni speċjali stemming minn kontribuzzjonijiet skond l-Artikolu 49.2 ta’ l-Istatut fir-rigward tal-banek ċentrali ta’ Stati Membri li għalihom id-deroga tkun ġiet abrogata, għandhom jintużaw biex ipaċu telf mhux realizzat meta dawn jeċċedu qligħ ta’ qabel ta’ rivalutazzjoni rreġistrati fil-kont standard korrispondenti ta’ rivalutazzjoni kif stabbilit bl-Artikolu 11(1)(ċ) tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16, qabel ma dan it-telf jiġi paċut skond l-Artikolu 33.2 ta’ l-Istatut. Il-holdings f’kontijiet speċjali ta’ rivalutazzjoni għad-deheb, għall-valuti u għat-titoli għandhom jitnaqqsu pro rata fil-każ ta’ tnaqqis fil-holdings ta’ l-attiv rilevanti.

    Artikolu 12

    Spejjeż ta’ tranżazzjonijiet

    L-Artikolu 12 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 għandha tapplika għal din id-Deċiżjoni.

    KAPITOLU IV

    REGOLI TA’ KONTABILITA GĦAL STRUMENTI OFF-BALANCE-SHEET

    Artikolu 13

    Regoli Ġenerali

    L-Artikolu 13 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 għandhom japplikaw għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 14

    Tranżazzjonijiet bil-quddiem tal-kambju

    Il-kontabilità tat-tranżazzjonijiet bil-quddiem tal-kambju għandha ssir skond l-Artikolu 14 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.

    Artikolu 15

    Swaps tal-kambju

    Il-kontabilità ta’ l-iswaps tal-kambju għandha ssir skond l-Artikolu 15 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.

    Artikolu 16

    Futures tar-rata ta’ l-imgħax

    Il-kontabilità tal-futures tar-rata ta’ l-imgħax għandha ssir skond l-Artikolu 16 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.

    Artikolu 17

    Swaps tar-rata ta’ l-imgħax

    Il-kontabilita ta’ l-iswaps tar-rata ta’ l-imgħax għandha ssir skond l-Artikolu 17 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16. Telf mhux realizzat imqiegħed fil-kont tal-qligħ u t-telf fi tmiem is-sena għandhom ikunu amortizzati fi snin sussegwenti skond il-metodu straight-line.

    Artikolu 18

    Ftehim tar-rata bil-quddiem

    Il-kontabilita tal-ftehim tar-rata bil-quddiem għandha ssir skond l-Artikolu 18 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.

    Artikolu 19

    Tranżazzjonijiet bil-quddiem ta’ titoli

    Il-kontabilita tat-tranżazzjonijiet bil-quddiem ta’ titoli għandha ssir skond il-Metodu A fl-Artikolu 19(1) tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.

    Artikolu 20

    Options

    Il-kontabilita ta’ l-options għandha ssir skond l-Artikolu 20 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.

    KAPITOLU V

    KARTA TAL-BILANĊ U KONT TAL-QLIGĦ U T-TELF ANNWALI PPUBBLIKATI

    Artikolu 21

    Formati

    1.   Il-format għall-karta tal-bilanċ annwali tal-BĊE ippubblikata għandu jsegwi l-format fl-Anness II.

    2.   Il-format tal-kont tal-qligħ u t-telf ippubblikat tal-BĊE għandu jkun konformi ma’ l-Anness III.

    KAPITOLU VI

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 22

    Żvilupp, applikazzjoni u interpretazzjoni ta’ regoli

    1.   Il-Kumitat tad-dħul tal-Kontabilita u dħul Monetarju (AMICO) għandu jirrapporta lill-Kunsill Governattiv, permezz tal-Bord Eżekuttiv, dwar l-iżvilupp, l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-regoli ta’ rappurtar tal-kontabilita u finanzjarji tas-SEBĊ.

    2.   Fl-interpretazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jiġi kkunsidrat ukoll ix-xogħol preparatorju, il-prinċipji tal-kontabilita armonizzati bil-liġi tal-Komunita u l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilita aċċettati ġeneralment.

    3.   Jekk xi trattament ta’ kontabilita speċifiku m’huwiex ipprovdut f'din id-Deċiżjoni u fin-nuqqas ta’ xi deċiżjoni bil-kuntraju mill-Kunsill Governattiv, il-BĊE għandu jsegwi l-prinċipji ta’ valutazzjoni skond l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilita kif adottati mill-Unjoni Ewropea rilevanti għall-attivitajiet u l-kontijiet tal-BĊE.

    Artikolu 23

    Revoka

    Id-Deċiżjonijiet BĊE/2002/11, BĊE/2005/12, u BĊE/2006/3 qed jiġu rrevokati. Ir-referenzi għad-Deċizjonijiet irrevokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

    Artikolu 24

    Dispożizzjoni Finali

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar, 2007.

    Magħmula fi Frankfurt am Main, fl-10 ta’ Novembru, 2006.

    Il-President tal-BĊE

    Jean-Claude TRICHET


    (1)  ĠU L 58, 3.3.2003, p. 38. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni BĊE/2006/3 (ĠU L 89, 28.3.2006, p. 56).

    (2)  Għadha mhix ippubblikata.


    ANNESS I

    KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TA’ VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ

    Note: in-numerar għandu x’jaqsam mal-format tal-karta tal-bilanċ kif stabbilit fl-Anness II.

    ATTIV

    Element tal-Karta tal-Bilanċ

    Kategorizazzjoni tal-kontenut ta’ l-elementi tal-karta tal-bilanċ

    Prinċipju ta’ valutazzjoni

    1

    Deheb u ammonti riċevibbli tad-deheb

    Deheb fiżiku (jiġifieri ingotti, muniti, plates, nuggets in storage jew “under way”. f’ħażna jew “under way”. Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f’kontijiet gold sight (kontijiet mhux allokati), depożiti b’terminu u klejms biex jiġi rċevut deheb li jqumu mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: transazzjonijiet ta’ upgrading jew downgrading u gold location jew purity swaps fejn hemm differenza ta’ aktar minn jum ta’ negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta

    Valur tas-suq

    2

    Klejm fuq residenti barra ż-żona ta’ l-euro ddenominati f’valuta barranija

    Klejms fuq kontropartijiet residenti barra ż-żona ta’ l-euro inklużi istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona ta’ l-euro ddenominati f’valuta barranija

     

    2.1

    Ammonti riċevibbli mill-IMF

    (a)

    Drittijiet speċjali ta’ ġbid ta’ flus fi tranche riżervata (nett)

    Kwota nazzjonali mnaqqsa bil-bilanċi f’euro fid-dispożizzjoni ta’ l-IMF. Il-kont Nru 2 ta’ l-IMF (kont euro għal spejjeż amministrattivi) jista’ jkun inkluż f’din il-pożizzjoni jew taħt l-element “Passivi għal residenti barra ż-żona ta’ l-euro ddenominati f'euro”

    (a)

    Drittijiet ta’ ġbid ta’ flus ġewwa r-reserve tranche (net)

    Valur nominali, traduzzjoni skond ir-rata tas-suq tal-kambju fl-aħħar tas-sena

    (b)

    Drittijiet speċjali ta’ ġbid ta’ flus

    Holdings ta’ drittijiet speċjali ta’ ġbid ta’ flus (gross)

    (b)

    Drittijiet speċjali ta’ ġbid ta’ flus

    Valur nominali, traduzzjoni skond ir-rata tas-suq tal-kambju fl-aħħar tas-sena

    (c)

    Klejms oħrajn

    Ftehim ġenerali għal self (GAB), self skond ftehim sepċjali ta’ self, depożiti ġewwa l-qafas tal-Faċilità għat-Tkabbir u t-Tnaqqis tal-Faqar (PRGF)

    (c)

    Klejms oħrajn

    Valur nominali, traduzzjoni skond ir-rata tas-suq tal-kambju fl-aħħar tas-sena

    2.2

    Bilanċi ma’ banek u investimenti ta’ sigurtà, self estern u attiv estern ie ħor

    (a)

    Bilanċi ma’ banek barra ż-żona ta’ l-euro

    Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet b’lura repo

    (a)

    Bilanċi ma’ banek barra ż-żona ta’ l-euro

    Valur nominali, traduzzjoni skond ir-rata tas-suq tal-kambju

    (b)

    Investimenti ta’ titoli minbarra ishma azzjonarji, parteċipazzjonijiet u titoli oħra taħt asset item “Attiv finanzjarju ieħor” barra ż-żona ta’ l-euro

    Karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus negozjabbli, kollha maħruġa minn residenti barra ż-żona ta’ l-euro

    (b)

    Titoli negozjabbli

    Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju

    (c)

    Self estern (depożiti)

    Self to u titoli mhux negozjabbli minbarra ishma azzjonarji, parteċipazjonijiet u titoli oħra taħt l-element ta’ attiv “Attiv finanzjarju ieħor” maħruġa

    (c)

    Self estern

    Depożiti skond il-valur nominali, titoli mhux negozjabbli bil-prezz; it-tnejn tradotti skond ir-rata tas-suq tal-kambju

    (d)

    Attiv ieħor estern

    Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona ta’ l-euro

    (d)

    Attiv ieħor estern

    Valur nominali, traduzzjoni bir-rata tas-suq tal-kambju fl-aħħar tas-sena

    3

    Klejms fuq residenti taż-żona ta’ l-euro ddenominati f’valuta barranija

    (a)

    Titoli negozzjabbli

    Karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus negozjabbli li ma jkunux ishma b’valur proprjetarju, parteċipazzjonijiet u titoli oħrajn negozzjabbli taħt l-element ta’ l-attiv “Attiv ieħor finanzjarju”

    (a)

    Titoli negozzjabbli

    Prezz tas-suq u s-suq tal-kambju fl-aħħar tas-sena

    (b)

    Klejms oħrajn

    Titoli negozzjabbli mhux fis-suq li ma jkunux ishma b’valur proprjetarju, parteċipazzjonijiet u titoli oħrajn negozzjabbli taħt l-element ta’ l-attiv “Attiv ieħor finanzjarju”, self, depożiti, tranżazzjonijiet b’lura repo, self varju

    (b)

    Klejms oħrajn

    Depożiti b’valur nominali, titoli negozzjabbli mhux fis-suq kemm jiswa, it-tnejn tradotti bir-rata tas-suq tal-kambju fl-aħħar tas-sena

    4

    Klejms fuq residenti barra ż-żona ta’ l-euro ddenominati f’euro

     

     

    4.1

    Bilanċi ma’ banek, investimenti ta’ sigurtà u self

    (a)

    Bilanċi ma banek ‘il barra miż-żona ta’ l-euro

    Kontijiet kurrenti, Depożiti fissi, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet b’lura repo rigward il-ġestjoni ta’titoli negozzjabbli ddenominati f’euro

    (a)

    Bilanċi ma banek ‘il barra miż-żona ta’ l-euro

    Valur nominali

    (b)

    Investimenti f’titoli li ma jkunux ishma b’valur proprjetarju, parteċipazzjonijiet u titoli oħrajn negozzjabbli taħt l-element ta’ l-attiv “Attiv ieħor finanzjarju” ‘il barra miż-żona ta’ l-euro

    Karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus negozjabbli, kollha maħruġa minn residenti barra ż-żona ta’ l-euro

    (b)

    Titoli negozzjabbli fis-suq

    Prezz tas-suq fl-aħħar tas-sena

    (c)

    Self ‘il barra miż-żona ta’ l-euro

    Self lil u titoli negozzjabbli mhux fis-suq maħruġa minn residenti mhux taż-żona ta’ l-euro

    (c)

    Self ‘il barra miż-żona ta’ l-euro

    Depożiti b’valur nominali, titoli negozzjabbli mhux fis-suq kemm jiswew

    (d)

    Titoli negozzjabbli maħruġa minn entijiet ‘il barra miż-żona ta’ l-euro

    Titoli negozzjabbli maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali u internazzjonali eż.l-BIE, irrispettivament minn fejn jinsabu ġeografikament

    (d)

    Titoli negozzjabbli maħruġa minn entijiet ‘il barra miż-żona ta’ l-euro

    Prezz tas-suq fl-aħħar tas-sena

    4.2

    Klejms li jqumu mill-faċilità ta’ kreditu skond l-ERM II

    Self skond il-kondizzjonijiet ta’ l-ERM II

    Valur nominali

    5

    Self għal istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja ddenominati f’ euro

    Elementi 5.1 to 5.5: tranżazzjonijiet skond l-istrumenti rispettivi tal-politika monetarja deskritti fl-Anness I mal-linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 tal-31 t’Awwissu, 2000, dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema (1)

     

    5.1

    Operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid

    Tranżazzjonijiet b’lura li jipprovdu likwidita regolari fi frekwenza ta’ ġimgħa u normalment b’maturita ta’ ġimgħa

    Valur nominali jew prezz repo

    5.2

    Operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-ġdid għal żmien twil

    Tranżazzjonijiet b’lura li jipprovdu likwidita regolari fi frekwenza ta’ ġimgħa u normalment b’maturita ta’ tliet xhur

    Valur nominali jew prezz repo

    5.3

    Operazzjonijiet b‘lura ta’ irfinar

    Tranżazzjonijiet b’lura, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal skopijiet ta’ irfinar

    Valur nominali jew prezz repo

    5.4

    Operazzjonijiet b’lura strutturali

    Tranżazzjonijiet li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali ta’ l-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju

    Valur nominali jew prezz repo

    5.5

    Faċilità ta’ self marġinali

    Faċilità ta’ likwidita overnight b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel kontra attiv eliġibbli (standing facility)

    Valur nominali jew prezz repo

    5.6

    Krediti relatati ma’ margin calls

    Kreditu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżultaw minn żidiet fil-valur ta’ l-attiv sottostanti fir-rigward ta’ kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

    Valur nominali jew prezz

    6

    Klejms oħrajn f’istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro ddenominati f’euro

    Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo b’lura b’konnessjoni ma’ l-immaniġġjar ta’ portafolli ta’ titoli taħt l-asset item “Titoli ta’ residenti taż-żona ta’ l-euro ddenominati f’euro”, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni ta’ riżervi ta’ qabel ta’ valuta barranija taż-żona ta’ l-euro u kljems oħra. Kontijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro mhux domestiċi. Klejms oħrajn u operazzjonijiet mhux relatati ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema. Kwalunkwe klejms li jirriżultaw minn operazzjonijiet tal-politika monetarja inizjati minn xi BĊN qabel ma jissieħeb fil-Eurosistema

    Valur nominali jew prezz

    7

    Titoli ta’ residenti taż-żona ta’ l-euro ddenominati f’ euro

    Titoli negozjabbli minbarra ishma azzjonarji, parteċipazzjonijiet u titoli oħra taħt asset item “Attiv finanzjarju ieħor”: karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus miżmuma għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UME, iddenominati f’euro; ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE mixtrija ghal skopijiet ta’ irfinar

    Prezz tas-suq fl-aħħar tas-sena

    8

    Dejn ġenerali tal-gvern iddenominat fil-euro

    Klejms fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UME (titoli mhux negozjabbli, self)

    Depożiti/self b’valur nominali, titoli negozzjabbli mhux fis-suq kemm jiswa

    9

    Klejms Intra-Eurosistema

     

     

    9.1

    Klejms relatati ma’ promissory notes li jsostnu l-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE

    Element tal-karta tal-bilanċ ta’ xi BĊN biss

    Promissory notes maħruġa minn BĊNi, minħabba ftehim back-to-back b’konnessjoni ma’ ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE

    Valur nominali

    9.2

    Klejms relatati ma’ l-allokazzjoni tal-karti tal-flus euro ġewwa l-Eurosistema

    Klejms relatati mal-ħarġa tal-karti tal-flus tal-BĊE skond id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta’ Diċembru, 2001fuq il-ħuġ tal-karti tal-flus ta’ l-euro (2)

    Valur nominali

    9.3

    Klejms oħrajn ġewwa l-Eurosistema (netti)

    Il-pożizzjoni netta tas-sub-elementi li ġejjin:

     

    (a)

    klejms netti li jirriżultaw minn bilanċi ta’ kontijiet TARGET u kontijiet korrispondenti ta’ BĊNi i.e. iċ-ċifra netta tal-klejms u l-passiv – ara wkoll l-element tal-passiv “Passiv ieħor ġewwa l-Eurosistema (nett)”

    (a)

    Valur nominali

    (b)

    klejms oħrajn interni għall-Eurosistema li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus euro lill-BĊNi

    (b)

    Valur nominali

    10

    Elementi għall-ħlas

    Bilanċi tal-kont ta’ ħlas (klejms), inklużi il-float ta’ ċekkijiet fil-ġbir

    Valur nominali

    11

    Attiv ieħor

     

     

    11.1

    Muniti taż-żona ta’ l-euro

    Muniti ta’ l-euro

    Valur nominali

    11.2

    Attiv fiss tanġibbli u mhux tanġibbli

    Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software

    Prezz mnaqqsa bid-deprezzament

    Id-deprezzament huwa l-allokazzjoni sistematika ta’ l-ammont deprezzabbli ta’ element ta’ l-attiv matul il-ħajja utli tiegħu. Il-ħajja utli hija l-perjodu li matulu element ta’ l-attiv fiss huwa mistenni li jkun disponibbli għall-użu mill-enti. Ħajjiet ta’ elementi individwali fissi jistgħu jkunu rieżaminati fuq bażi sistematika, jekk l-aspettattivi huma differenti mill-istimi ta’ qabel. Elementi ta’ l-attiv ewelnin jistgħu jinkludu komponenti b’ħajjiet differenti ta’ l-użu. Il-ħajjiet ta’ dawn il-komponenti għandhom ikunu vvalutati individwalment.

    Il-kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq limitu (anqas minn EUR 10 000 mingħajr VAT: l-ebda kapitazlizzazzjoni)

    11.3

    Attiv ieħor finanzjarju

    Strumenti azzjonarji, interessi ta’ parteċipazzjoni w investimenti f’sussidjarji

    Titoli miżmuma bħala portafolli assenjati

    Attiv finanzjarju fiss

    Tranżazzjonijiet repo b’lura ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’konnessjoni ma’ l-immaniġġjar tal-portafolli ta’ titoli taħt dan l-element

    (a)

    Strumenti azzjonarji negozjabbli

    Valur tas-suq

    (b)

    Interessi ta’ parteċipazzjoni u ishma azzjonarji illikwidi

    Prezz suġġett għal impairment

    (c)

    Investiment f’sussidjarji jew interessi sinifikanti

    Valur ta’ l-attiv nett

    (d)

    Titoli negozjabbli

    Valur tas-suq

    (e)

    Titoli mhux negozjabbli

    Prezz

    (f)

    Attiv finanzjarju fiss

    Prezz suġġett għal impairment

    Ir-rigali/skontijiet huma amortizzati.

    Għal strumenti azzjonarji, ir-regoli ddettaljati huma stabbiliti fl-Artikolu 10 ta’ din id-Deċiżjoni

    11.4

    Differenzi ta’ rivalutazzjoni ta’ strumenti off-balance sheet

    Riżultati ta’ valutazzjoni ta’ forwards tal-kambju, swaps tal-kambju, swaps tar-rata ta’ l-imgħax, ftehim tar-rata bil-quddiem, tranżazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju ghad-data tal-ħlas

    Pożizzjoni netta bejn forward u spot, skond ir-rata tas-suq tal-kambju

    11.5

    Dovuti u spejjeż imħallsa minn qabel

    Dħul mhux dovut, imma assenjabbli lill-perijodu rrappurtat. Spejjeż u imgħax akkumulat imħallas imħallsa minn qabel (3)

    Valur nominali, kambju tradott skond ir-rata tas-suq

    11.6

    Oħrajn

    a)

    Advances, self, elementi oħra minuri. Self fuq bażi ta’ trust.

    a)

    Valur nominali/prezz

    b)

    Investimenti relatati ma’ depożiti f’deheb tal-konsumaturi.

    b)

    Valur tas-suq

    c)

    Attiv tal-pensjoni nett

    c)

    Skond l-Artikolu 22(3)

    12

    Telf għas-sena

     

    Valur nominali


    PASSIV

    Element tal-Karta tal-Bilanċ

    Kategorizzazzjoni tal-kontenut ta’ l-elementi tal-karta tal-bilanċ

    Prinċipju ta’ valutazzjoni

    1

    Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni

    Karti tal-flus euro maħruġin mill-BĊE, skond id-Deċiżjoni BĊE/2001/15

    Valur nominali

    2

    Passiv għal istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja ddenominat f’euro

    Elementi 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f’euro kif deskritt fl-Anness I mal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7

     

    2.1

    Kontijiet kurrenti (ikopru s-sistema ta’ riżervi minimi)

    Kontijiet fil-euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma inklużi fil-lista ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji suġġetti għar-riżervi minimi skond l-Istatut. Dan l-element jinkludi kontijiet l-aktar użati sabiex jinżammu riżervi minimi

    Valur nominali

    2.2

    Faċilità ta’ depożitu

    Depożiti overnight b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel (standing facility)

    Valur nominali

    2.3

    Depożiti fissi

    Ġbir għal skopijiet ta’ assorbiment ta’ likwidita minħabba operazzjonijiet ta’ irfinar

    Valur nominali

    2.4

    Irfinar ta’ operazzjonijiet b’lura

    Tranżazzjonijiet relatati mal-politika monetarja bil-għan ta’ assorbiment ta’ likwidita

    Valur nominali jew prezz repo

    2.5

    Depożiti dwar margin calls

    Depożiti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta’ attiv sottostanti fir-rigward tal-krediti ma’ dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

    Valur nominali

    3

    Passiv ieħor għal istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro iddenominat f’ euro

    Tranżazzjonijiet repo b’konnessjoni ma’ tranżazzjonijiet repo b’lura fl-istess ħin għall-immaniġġjar tal-portafolli ta’ titoli taħt asset item “Titoli għal residenti taż-żona ta’ l-euro iddenominati f' euro”. Operazzjonijiet oħra mhux relatati ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema. L-ebda kontijiet kurrenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu

    Valur nominali jew prezz repo

    4

    Ċertifikati ta’ debitu maħruġa tal-BĊE

    Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss.

    Ċertifikati ta’ debitu kif deskritt fl-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7.

    Karta ta’ l-iskont, maħruġa bil-għan ta’ l-assorbiment tal-likwidità

    Valur nominali

    5

    Passiv għal residenti oħra taż-żona ta’ l-euro iddenominat f’euro

     

     

    5.1

    Gvern ġenerali

    Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, depożiti mħallsa lura wara talba

    Valur nominali

    5.2

    Passiv ieħor

    Kontijiet kurrenti ta’ l-istaff, kumpaniji u kljenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji mniżżla bħala eżenti mill-obbligu li jkollhom riżervi minimi – ara element tal-passiv 2.1, etċ.; depożiti fissi, depożiti mħallsa lura wara talba

    Valur nominali

    6

    Passiv għal residenti barra ż-żona ta’ l-euro ddenominat f’euro

    Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, depożiti mħallsa lura meta mitluba, inklużi kontijiet miżmuma għal skopijiet ta’ ħlas u kontijiet miżmuma għal skopijiet ta’ immaniġġjar ta’ riżerva: ta’ banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inkluża l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej; kontijiet kurrenti ta’ depożitanti oħra. Tranżazzjonijiet repo b’konnesssjoni ma’ tranżazzjonijiet repo b’lura fl-istess ħin għall-immaniġġjar ta’ titoli ddenominati f’euro. Bilanċi ta’ kontijiet TARGET ta’ banek ċentrali ta’ Stati Membri li m’adottawx l-euro

    Valur nominali jew prezz repo

    7

    Passiv għal residenti taż-żona ta’ l-euro ddenominat f’valuta barranija

    Kontijiet kurrenti. Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; ġeneralment tranżazzjonijiet ta’ investiment li jużaw attiv f’valuta barranija jew deheb

    Valur nominali, traduzzjoni skond ir-rata tas-suq tal-kambju

    8

    Passiv għal residenti barra ż-żona ta’ l-euro ddenominat f’valuta barranija

     

     

    8.1

    Depożiti, bilanċi u passiv ieħor

    Kontijiet kurrenti. Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; ġeneralment tranżazzjonijiet ta’ investiment li jużaw attiv f’valuta barranija jew deheb

    Valur nominali, traduzzjoni bir-rata tas-suq tal-kambju fl-aħħar tas-sena

    8.2

    Passiv li jirriżulta mill-faċilità ta’ kreditu skond l-ERM II

    Self skond il-kundizzjonijiet ta’ l-ERM II

    Valur nominali, traduzzjoni bir-rata tas-suq tal-kambju fl-aħħar tas-sena

    9

    Kontroparti ta’ drittijiet speċjali ta’ ġbid allokat mill-IMF

    Element iddenominat f’SDR li juri l-ammont ta’ SDRs li kienu oriġinarjament allokati lill-pajjiż rispettiv/BĊN

    Valur nominali, traduzzjoni bir-rata tas-suq tal-kambju fl-aħħar tas-sena

    10

    Passiv intern għall-Eurosistema

     

     

    10.1

    Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin

    Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss iddenominat f’euro

    Valur nominali

    10.2

    Passiv ieħor ġewwa l-Eurosistema (nett)

    Pożizzjoni netta tas-sub-elementi li ġejjin

     

    (a)

    passiv nett li jirriżulta minn bilanċi tal-kontijiet TARGET u kontijiet korrispondenti ta’ BĊNi i.e. iċ-ċifra netta tal-klejms u l-passiv – ara wkoll asset item “Klejms oħrajn ġewwa l-Eurosistema (netti)”

    (a)

    Valur nominali

    (b)

    passiv ieħor intern għall-Eurosistema li jista’ jirriżulta, inkluż id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-BĊE fuq karti tal-flus euro lill-BĊNi

    (b)

    Valur nominali

    11

    Elementi għall-ħlas

    Bilanċi tal-kontijiet ta’ ħlas (passiv), inklużi l-float ta’ trasferimenti ġiro

    Valur nominali

    12

    Passiv ieħor

     

     

    12.1

    Differenzi ta’ rivalutazzjoni ta’ strumenti Off-balance sheet

    Riżultati ta’ valutazzjoni ta’ forwards tal-kambju, swaps tal-kambju, swaps tar-rata ta’ l-imgħax, ftehim tar-rata bil-quddiem, tranżazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju għad-data tal-ħlas

    Pożizzjoni netta bejn forward u spot, skond ir-rata tas-suq tal-kambju

    12.2

    Dovuti u dħul miġbura bil-quddiem

    Nefqa dovuta f’perijodu futur imma tirrelata mal-perijodu ta’ rappurtar. Dħul riċevut fil-perijodu rrappurtat imma jirrelata għal perijodu futur

    Valur nominali, kambju translated skond ir-rata tas-suq

    12.3

    Oħrajn

    (a)

    Kontijiet suspense tat-taxxa. Kreditu f’valuta barranija jew kontijiet b’kopertura ta’ garanzija. Tranżazzjonijiet repo ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’konnessjoni ma’ tranżazzjonijiet repo b’lura fl-istess ħin għall-immaniġġjar ta’ portafolli ta’ titoli taħt asset item “Attiv finanzjarju ieħor”. Depożiti ta’ bilfors minbarra depożiti ta’ riżerva. Elementi minuri oħra. elemeneti minuri oħra. Passiv fuq baż ta’ trust.

    (a)

    Valur nominali jew prezz (tar-repo)

    (b)

    Depożiti tad-deheb tal-konsumaturi.

    (b)

    Valur tas-suq

    (c)

    Passiv tal-pensjoni nett

    (c)

    Skond l-Artikolu 22(3)

    13

    Provvedimenti

    Għar-rata tal-kambju, għar-riskji tar-rata ta’ l-imgħax u tal-prezz tad-deheb, u għal skopijiet oħra e.ż. spejjeż futuri mistennija u kontribuzzjonijiet skond l-Artikolu 49.2 ta’ l-Istatut fir-rigward tal-banek ċentrali ta’ l-Istati Membri li d-derogi tagħhom tħassru

    Prezz/valur nominali

    14

    Kontijiet ta’ rivalutazzjoni

    (a)

    Kontijiet ta’ rivalutazzjoni relatati maċ-ċaqliq fil-prezz għad-deheb, għal kull tip ta’ titoli ddenominati f’euro, għal kull tip ta’ titoli ddenominati f’valuta barranija, għall-options; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq dwar ir-riskju tad-derivattivi tar-rata ta’ l-imgħax; kontijiet ta’ rivalutazzjoni relatati maċ-ċaqliq tar-rata tal-kambju għal kull pożizzjoni miżmuma netta tal-valuta, inklużi swaps/forwards tar-rata tal-kambju u SDRs

    (b)

    Kontijiet ta’ rivalutazzjoni speċjali li jiġi minn kontribuzzjonijiet skond l-Artikolu 49.2 ta’ l-Istatut fir-rigward tal-with respect banek ċentrali ta’ l-Istati Membri li d-derogi tagħhom tħassru - ara l-Artikolu 11(2)

    Differenza ta’ rivalutazzjoni bejn l-ispiża medja u l-valur tas-suq, kambju tradotta skond ir-rata tas-suq

    15

    Kapital u riżervi

     

     

    15.1

    Kapital

    Kapital imħallas

    Valur nominali

    15.2

    Riżervi

    Riżervi legali, skond l-Artikolu 33 ta’ l-Istatut u kontribuzzjonijiet skond l-Artikolu 49.2 ta’ l-Istatut fir-rigward ta’ banek ċentrali ta’ Stati Membri li d-derogi tagħhom tħassru

    Valur nominali

    16

    Qligħ għas-sena

     

    Valur nominali


    (1)  ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.

    (2)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 52.

    (3)  jiġifieri mgħax aggregat mixtri b’titolu.


    ANNESS II

    Karta tal-bilanċ al-BĊE

    (EUR miljun)

    Attiv

    Sena tar-rappurtar

    Sena ta’ qabel

    Passiv

    Sena ta’ rappurtar

    Sena ta’ qabel

    1

    Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb

    2

    Klejms fuq residenti mhux fiż-żona ta’ l-euro ddenominati f’valuta barranija

    2.1

    Ammonti riċevibbli mill-IMF

    2.2

    Bilanċi mal-banek u investimenti f’titoli, self estern u attiv ieħor estern

    3

    Klejms fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro ddenominati f’valuta barranija

    4

    Klejms fuq residenti mhux fiż-żona ta’ l-euro ddenominati f’euro

    4.1

    Bilanċi mal-banek, investimenti f’titoli and self

    4.2

    Klejms ġejjin minn faċilità ta’ kreditu skond l-ERM II

    5

    Self lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma’ operazzjonijiet ta’ politika monetarja ddenominat f’euro

    5.1

    Operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid

    5.2

    Operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-ġdid għal żmien twil

    5.3

    Operazzjonijiet b‘lura ta’ irfinar

    5.4

    Operazzjonijiet b’lura strutturali

    5.5

    Faċilità ta’ self marġinali

    5.6

    Krediti relatati ma’ margin calls

    6

    Klejms oħrajn f’istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro ddenominati f’euro

    7

    Titoli negozzjabbli ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro ddenominati f’euro

    8

    Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat f’euro

    9

    Klejms intra-Eurosistema

    9.1

    Klejms relatati ma’ promissory notes li jsostnu l-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE

    9.2

    Klejms relatati ma’ l-allokazzjoni tal-karti tal-flus euro ġewwa l-Eurosistema

    9.3

    Klejms oħrajn fl-Eurosistema (nett)

    10

    Elementi għall-ħlas

    11

    Attiv ieħor

    11.1

    Muniti taż-żona ta’ l-euro

    11.2

    Attiv fiss tanġibbli u mhux tanġibbli

    11.3

    Attiv ieħor finanzjarju

    11.4

    Differenzi ta’ rivalutazzjoni ta’ strumenti off-balance sheet

    11.5

    Dovuti u spejjeż imħallsa minn qabel

    11.6

    Oħrajn

    12

    Telf għas-sena

     

     

    1

    Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni

    2

    Passiv għal istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja ddenominat f’euro

    2.1

    Kontijiet kurrenti (ikopru s-sistema ta’ riżervi minimi)

    2.2

    Faċilità ta’ depożitu

    2.3

    Depożiti fissi

    2.4

    Irfinar ta’ operazzjonijiet b’lura

    2.5

    Depożiti dwar margin calls

    3

    Passiv ieħor għal istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro iddenominat f’ euro

    4

    Ċertifikati ta’ debitu maħruġa tal-BĊE

    5

    Passiv għal residenti oħra taż-żona ta’ l-euro iddenominat f’euro

    5.1

    Gvern ġenerali

    5.2

    Passiv ieħor

    6

    Passiv għal residenti barra ż-żona ta’ l-euro ddenominat f’euro

    7

    Passiv għal residenti taż-żona ta’ l-euro ddenominat f’valuta barranija

    8

    Passiv għal residenti barra ż-żona ta’ l-euro ddenominat f’valuta barranija

    8.1

    Depożiti, bilanċi u passiv ieħor

    8.2

    Passiv li jirriżulta mill-faċilità ta’ kreditu skond l-ERM II

    9

    Kontroparti ta’ drittijiet speċjali ta’ ġbid allokat mill-IMF

    10

    Passiv intern għall-Eurosistema

    10.1

    Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin

    10.2

    Passiv ieħor ġewwa l-Eurosistema (nett)

    11

    Elementi għall-ħlas

    12

    Passiv ieħor

    12.1

    Differenzi ta’ rivalutazzjoni ta’ strumenti Off-balance sheet

    12.2

    Dovuti u dħul miġbura bil-quddiem

    12.3

    Oħrajn

    13

    Provvedimenti

    14

    Kontijiet ta’ rivalutazzjoni

    15

    Kapital u riżervi

    15.1

    Kapital

    15.2

    Riżervi

    16

    Qligħ għas-sena

     

     

    Attiv totali

     

     

    Passiv totali

     

     


    (1)  Il-BĊE jista’ alternattivament jippubblika ammonti ta’ l-euro eżatti, jew ammonti miġjubin għad-dritt b’mod differenti


    ANNESS III

    KONT TAL-QLIGĦ U TAT-TELF TAL-BĊE IPPUBBLIKAT

    (EUR miljun)

    Kont tal-qligħ u t-telf għas-sena li tispiċċa fil-31 ta’ Diċembru …

    Sena tar-rappurtar

    Sena ta’ qabel

    1.1.1

    Dħul f’imgħax fuq attiv ta’ riżervi barranin

     

     

    1.1.2

    Dħul minn imgħax ġej mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus ta’ l-euro fl-Eurosistema

     

     

    1.1.3

    Dħul ieħor minn imgħax

     

     

    1.1

    Dħul f’imgħax

     

     

    1.2.1

    Remunerazzjoni ta’ talbiet tal-BCNi fir-rigward ta’ riservi barranin ittrasferiti

     

     

    1.2.2

    Spejjeż oħra minn imgħax

     

     

    1.2

    Spiża f’imgħax

     

     

    1

    Dħul nett minn imgħax

     

     

    2.1

    Qligħ u telf irrealizzat minn operazzjonijiet finanzjarji

     

     

    2.2

    Write-downs fuq attiv finanzjarju u pożizzjonijiet

     

     

    2.3

    Trasferiment minn/għal provvedimenti għal kambju barrani rati u riskji fil-prezz

     

     

    2

    Riżultat nett ta’ operazzjonijiet finanzjarji, write downs u provvedimenti ta’ riskju

     

     

    3.1

    Dħul minn drittijiet u kummissjonijiet

     

     

    3.2

    Spejjeż minn drittijiet u kummissjonijiet

     

     

    3

    Dħul/spejjeż netti minn drittijiet u kummissjonijiet (2)

     

     

    4

    Dħul minn ishma u interessi ta’ parteċipazzjoni

     

     

    5

    Dħul ieħor

     

     

    Dħul nett totali

     

     

    6

    Spejjeż ta’ l-istaff (3)

     

     

    7

    Spejjeż amministrativi (3)

     

     

    8

    Deprezzament ta’ attiv fiss tanġibbli u intanġibbli

     

     

    9

    Servizzi ta’ produzzjoni ta’ karti tal-flus (4)

     

     

    10

    Spejjeż oħra

     

     

    (Telf)/qligħ għas-sena

     

     


    (1)  Il-BĊE jsta’ alternattivament jippubblika ammonti eżatti ta’ euro, jew ammonti miġjubin għad-dritt b’mod differenti.

    (2)  It-tqassim bejn dħul u spejjeż jista’ jkun ipprovdut alternattivament fin-noti spjegattivi tal-kontijiet annwali.

    (3)  Inkluż provvedimenti amministrattivi.

    (4)  Dan l-element jintuża fil-każ ta’ produzzjoni esterna ta’ karti tal-flus (għall-ispiża ta’ servizzi pprovduti minn kumpanniji esterni inkarigati mill-produzzjoni tal-karti tal-flus f’isem il-banek ċentrali). Huwa rrakkonandat li l-ispejjeż magħmulin fir-rigward tal-ħarġa tal-karti tal-flus ta’ l-euro għandhom jittieħdu fil-kont tal-qligħ u t-telf kif ikun hemm il-fattura għalihom jew meta jsiru, ara wkoll il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.


    ANNESS IV

    TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

    Deċiżjoni BĊE/2002/11

    Din id-Deċiżjoni

    Artikolu 7

    Artikolu 7

    Artikolu 8

    Artikolu 8

    Artikolu 9

    Artikolu 9

    Artikolu 10

    Artikolu 10

    Artikolu 11

    Artikolu 11

    Artikolu 12

    Artikolu 12

    Artikolu 13

    Artikolu 13

    Artikolu 14

    Artikolu 14

    Artikolu 15

    Artikolu 15

    Artikolu 16

    Artikolu 16

    Artikolu 17

    Artikolu 17

    Artikolu 18

    Artikolu 18

    Artikolu 19

    Artikolu 20

    Artikolu 19

    Artikolu 21

    Artikolu 20

    Artikolu 22

    Artikolu 21

    Artikolu 23

    Artikolu 22

    Artikolu 24


    Top