This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0255
Commission Regulation (EC) No 255/2005 of 15 February 2005 concerning the permanent authorisations of certain additives in feedingstuffsText with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni Nru 255/2005 tal- 15 ta' Frar 2005 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf Test b’relevanza għaż-ŻEE.
Regolament tal-Kummissjoni Nru 255/2005 tal- 15 ta' Frar 2005 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf Test b’relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 45, 16.2.2005, p. 3–9
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 140–146
(MT)
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32011R0171 | Emenda | anness II | 16/03/2011 | |
Modified by | 32015R1053 | Emenda | anness I | 22/07/2015 | |
Modified by | 32015R1399 | Tħassir | anness I Test | 07/09/2015 | |
Modified by | 32017R1145 | Tħassir | anness II Test | 19/07/2017 | |
Modified by | 32017R1896 | Tħassir | anness II Test | 07/11/2017 |
6.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
140 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI Nru 255/2005
tal-15 ta' Frar 2005
dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar addittivi fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-ikel ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi għall-użu fl-ikel ta' l-annimali fl-Unjoni Ewropea. |
(2) |
L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula il-miżuri transitorji għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf sottomessi skond id-Direttiva 70/524 qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi elenkati fl-annessi ta’ dan ir-Regolament ġew sottomessi qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Il-kummenti inizzjali ta’ l-Istati Membri dwar dawn l-applikazzjonijiet li nħarġu taħt l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE ġew mgħoddija lill-Kummissjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Tali applikazzjonijiet għaldaqstant għandhom jibqgħu jiġu ttrattati skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE. |
(5) |
L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu tal-Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) ġie awtorizzat b’mod provviżorju, għall-ewwel darba, għall-annimali li jiġu msemmna, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1411/1999 (3). |
(6) |
L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu ta’ l-Enterococcus faecium (DSM 10663/NCIMB 10415) ġie awtorizzat b’mod provviżorju, għall-ewwel darba, għall-għoġiela bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1636/1999 (4). |
(7) |
Ġiet sottomessa data ġdida favur dawn l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dawk iż-żewġ preparazzjonijiet tal-mikro-organizmi speċifikati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni huma soddisfatti. |
(8) |
L-użu tal-preparazzjoni ta’ l-enzimi endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotti mill-Aspergillus niger (NRRL 25541) ġew awtorizzati b’mod provviżorju għall-ewwel darba, għat-Tiġieġ għall-bajd, bir-Regolament (KE) Nru 1436/98 (5). |
(9) |
Ġiet sottomessa data ġdida favur l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ din il-preparazzjoni ta’ l-enzimi. |
(10) |
L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tat opinjoni fl-14 ta’ Settembru 2004 dwar l-effikaċja ta’ l-użu ta' din il-preparazzjoni għat-Tiġieġ għall-bajd. |
(11) |
L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni huma soddisfatti. |
(12) |
L-użu tal-preparazzjoni ta’ 6-phytase prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 11857) ġie awtorizzat b’mod provviżorju, għall-ewwel darba, għall-flieles li jiġu msemmna, Tiġieġ għall-bajd, dundjani li jiġu msemmna, ħnieżer żgħar u majjali li jiġu msemmna bir-Regolament tal-Kummisjsoni (KE) Nru 1353/2000 (6) u għall-ħnieżer nisa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 261/2003 (7). L-użu tal-preparazzjoni ta’ l-enzimi ġie awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien għal dawn il-kategoriji ta’ annimali bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1465/2004 (8). |
(13) |
Ġiet sottomessa data ġdida favur l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingġajr limitu ta' żmien ta’ preparazzjoni ta’ l-istess preparazzjoni ta’ enzimi prodotta mill-istess varjetà DSM 14223 ta’ l-Aspergillus oryzae għall-istess kategoriji ta’ annimali. |
(14) |
L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tat opinjoni dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni meta tkun prodotta mill-varjetà DSM 14223 ta’ l-Aspergillus oryzae flok il-varjetà DSM 11857 li tikkonkludi li din il-preparazjoni ma tippreżenta l-ebda riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-kategoriji ta’ l-annimali speċifikati jew ta’ l-ambjent, taħt il-kundizzjonijiet elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
(15) |
L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien għal tali preparazzjoni ġew soddisfatti. |
(16) |
L-użu tal-preparazzjoni ta' l-enzimi ta’ l-endo-1,4-beta-xylanase prodott mill-Aspergillus niger (CBS 270.95) ġie awtorizzat b’mod provviżorju, għall-ewwel darba, għall-flieles li jiġu msemmna, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98 u, għad-dundjani li jiġu msemmna, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 654/2000 (9). |
(17) |
Ġiet sotomessa data ġdida favur l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ din il-preparazzjoni ta’ l-enzimi. |
(18) |
L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni huma soddisfatti. |
(19) |
Għaldaqstant, l-użu ta’ dawk it-tliet preparazzjonijiet ta’ l-enzimi kif speċifikati fl-Anness II għandhom jiġu awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien. |
(20) |
L-evalwazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom jiġu mitluba sabiex jiġu protetti l-ħaddiema mill-espożizzjoni għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Tali protezzjoni għandha tiġi żgurata bl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjub fis-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (10) |
(21) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali. |
ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjonijiet li jiffurmaw parti mill-grupp “Mikro-organiżmi” qed jiġu awtorizzati biex jintużaw mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittivi fl-ikel ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I.
Artikolu 2
Il-preparazzjonijiet li jiffurmaw parti mill-grupp “Enzimi” qed jiġu awtorizzati biex jintużaw mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittivi fl-ikel ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha
Magħmul fi Brussel, nhar il-15 ta' Frar 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).
(2) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(3) ĠU L 164, 30.6.1999, p. 56.
(4) ĠU L 194, 27.7.1999, p. 17.
(5) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 15.
(6) ĠU L 155, 28.6.2000, p. 15.
(7) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 12.
(8) ĠU L 270, 18.8.2004, p. 11.
(9) ĠU L 79, 30.3.2000, p. 26.
(10) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.
ANNESS I
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut massimu |
Kontenut massimu |
Disposizzjonijiet oħrajn |
Tmiem tal-perijodu ta’ awtorizzazzjoni |
CFU/kg ta’ l-għalf komplut |
||||||||
Mikro-organiżmi |
||||||||
“E 1701 |
Bacillus cereus var. Toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012 |
Preparazzjoni tal-Bacillus cereus var. Toyoi li fih minimu ta’: 1 × 1010 CFU/g addittiv |
Annimali għas-simna |
— |
0,2 × 109 |
0,2 × 109 |
Fid-direzzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-addittiv u l-mixxela ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, iż-żmien li tista’ toqgħod fil-ħażna u l-istabbiltà fit-temperatura ta’ l-għalf. Il-kwantità ta’ Bacillus cereus var. Toyoi fir-razzjoni ta’ kuljum ma’ tistax taqbeż il-1 x 109 CFU għal kull 100 kg ta’ piż tal-ġisem. Żid 0,2 × 109 CFU għal kull 100 kg addizzjonali ta’ piż tal-ġisem. |
Mingħajr limitu taż-żmien |
E 1707 |
Enterococcus faecium DSM 10663/NCIMB 10415 |
Preparazzjoni ta’ l-Enterococcus faecium li fih minimu ta’: Fi trab jew f’forma imrammla: 3,5 × 1010 CFU/g addittiv Fil-forma miksija: 2,0 × 1010 CFU/g addittiv Fil-forma likwida: 1 × 1010 CFU/ml addittiv |
Għoġġiela |
6 xhur |
1 × 109 |
1 × 1010 |
Fid-direzzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-addittiv u l-mixxela ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, iż-żmien li tista’ toqgħod fil-ħażna u l-istabbiltà fit-temperatura ta’ l-għalf. |
Mingħajr limitu taż-żmien” |
ANNESS II
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut massimu |
Kontenut massimu |
Disposizzjonijiet oħrajn |
Tmiem tal-perijodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplut |
||||||||||||||
Enzimi |
||||||||||||||
“E 1601 |
Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 |
Preparazzjoni ta’ l-endo-1,3(4)-beta-glucanase u l-endo-1,4-beta-xylanase prodott bl-Aspergillus niger (NRRL 25541) b’attività minima ta’: Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 1 100 U (1)/g Endo-1,4-beta-xylanase: 1 600 U (2)/g |
Tiġieġ għall-bajd |
— |
endo-1,3(4)-beta-glucanase: 138 U |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||
Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 |
endo-1,4-beta-xylanase: 200 U |
— |
||||||||||||
E 1614 (i) |
6-phytase EC 3.1.3.26 |
Preparazzjoni ta’ 6-phytase prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 14223) li fiha attività minima ta’: Forma solida: 5 000 FYT (3)/g 2500 FYT (3)/g Fil-forma likwida: 20 000 FYT/ml |
Flieles għas-simna |
— |
250 FYT |
— |
|
Mingħajr limitu taż-żmien |
||||||
Tiġieġ għall-bajd |
— |
300 FYT |
— |
|
Mingħajr limitu taż-żmien |
|||||||||
Dundjani għas-simna |
— |
250 FYT |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
|||||||||
Ħannus |
— |
250 FYT |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
|||||||||
Ħnieżer għas-simna |
— |
250 FYT |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
|||||||||
Ħnieżer nisa |
— |
750 FYT |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
|||||||||
E 1618 |
Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 |
Preparazzjonijiet ta’ l- endo-1,4-beta-xylanase prodott mill-Aspergillus niger (CBS 270.95) b’minimu ta’ attività: Fil-forma solida: 28 000 EXU (4)/g Fil-forma likwida: 14 000 EXU/ml |
Flieles għas-simna |
— |
2 800 EXU |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||
Dundjani għas-simna |
— |
5 600 EXU |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
(1) 1 U huwa l-ammont ta’ enzimi li jilliberaw mikromolekola waħda ta’ tnaqqis ta’ zokkor (ekwivalenti ta’ glukożju) mill-oat beta-glucan kull minuta f’livell ta’ pH ta' 4,0 u fi 30 °C.
(2) 1 U huwa l-ammont ta’ enzimi li jilliberaw mikromolekola waħda ta’ tnaqqis ta’ zokkor (ekwivalenti tal-xylose) minn xylan tax-xgħir kull minuta f’livell ta’ pH 4,0 u 30 °C.
(3) 1 FYT huwa l-ammont ta’ enzimi li jiġu liberati minn mikromolekola waħda ta’ fostfat mhux organiku kull minuta mill-phytate tas-sodju f’livell ta’ pH 5,5 u fi 37 °C.
(4) 1 EXU huwa l-ammont ta’ enzimi li jilliberaw mikromolekola waħda ta’ zokkor (ekwivalenti tal-xylose) minn arabinoxylan kull minuta f’livell ta’ pH 3,5 u 55 °C.”