EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0937

2005/937/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta' Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn it- 18 ta' Jannar 2005 u s- 17 ta' Jannar 2011 , l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tas-Seychelles

ĠU L 348, 30.12.2005, p. 1–2 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/937/oj

Related international agreement
Related international agreement

30.12.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L NaN/1


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Diċembru 2005

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn it-18 ta' Jannar 2005 u s-17 ta' Jannar 2011, l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tas-Seychelles

(2005/937/CE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu flimkien ma' l-Artikolu 300(2),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Komunità u s-Seychelles innegozjaw sabiex jiddeterminaw il-modifiki jew żidiet li jiġu introdotti fil-Protokoll anness mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tas-Seychelles (1) fit-tmiem tal-perjodu ta' applikazzjoni tal-Protokoll fis-seħħ.

(2)

Bħala riżultat ta' dawn in-negozjati, ġie inizjalat Protokoll ġdid fit-23 ta' Settembru 2004.

(3)

Konformement ma' dan il-Protokoll, is-sajjieda tal-Komunità jibbenefikaw minn opportunitajiet ta' sajd fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika tas-Seychelles għall-perjodu bejn it-18 ta' Jannar 2005 u s-17 ta' Jannar 2011.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni ta' l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Komunità huwa indispensabbli li l-Protokoll il-ġdid jiġi applikat mill-aktar fis possibbli. Għal din ir-raġuni, iż-żewġ Partijiet inizjalaw Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri li jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja mit-18 ta' Jannar 2005 tal-Protokoll inizjalat. Il-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri, għandu jiġi approvat suġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll mill-Kunsill.

(5)

Jeħtieġ li jiġi definit il-mod li bih jitqassmu l-opportunitajiet ta' sajd fost l-Istati Membri, fuq il-bażi tat-tqassim tradizzjonali ta' l-opportunitajiet ta' sajd taħt il-Ftehim dwar is-sajd,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn it-18 ta' Jannar 2005 u s-17 ta' Jannar 2011, l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tas-Seychelles huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri u t-test tal-Protokoll huma mehmuża mad-Deċiżjoni preżenti.

Artikolu 2

L-opportunitajiet ta' sajd iffissati mill-Protokoll huma mqassma fost l-Istati Membri skond is-sistema segwenti:

bastimenti tal-qbid tat-tonn bit-tartarun:

Spanja:

Franza:

Italja:

22 bastiment

17-il bastiment

1 bastiment

bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ:

Spanja:

Franza:

Portugall:

2 bastimenti

5 bastimenti,

5 bastimenti.

Jekk it-talbiet għal liċenzji minn dawn l-Istati Membri ma jkoprux l-opportunitajiet kollha ta' sajd iffissati mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra talbiet għal liċenzji minn kwalunkwe Stat Membru ieħor.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim bl-effett li tintrabat il-Komunità.

Magħmula fi Brussell, fit-8 ta' Diċembru 2005

Għall-Kunsill

Il-President

J. HUTTON


(1)  ĠU L 119, 7.5.1987, p. 26.


ANNESS

KONDIZZJONIJIET GĦALL-EŻERĊIZZJU TA' L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD FL-IBĦRA TAS-SEYCHELLES MILL-BASTIMENTI TAL-KOMUNITÀ

KAPITOLU I

FORMALITAJIET APPLIKABBLI GĦAT-TALBA U L-GĦOTI TA' LIĊENZJI

TAQSIMA 1

Għoti tal-liċenzji

1.

Il-bastimenti Komunitarji eliġibbli biss jistgħu jingħataw liċenzja tas-sajd fl-ibħra tas-Seychelles skond il-Protokoll li jistabbilixxi, għall-perjodu mit-18 ta' Jannar 2005 sas-17 ta' Jannar 2011, l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tas-Seychelles

2.

Sabiex bastiment ikun eliġibbli, la l-proprjetarju, la l-kaptan u lanqas il-bastiment stess ma għandhom ikunu projbiti milli jwettqu attività tas-sajd fis-Seychelles. Għandhom ikunu f'sitwazzjoni ta' regolarità fil-konfront ta' l-awtoritajiet amministrattivi tas-Seychelles, fis-sens li għandhom ikunu wettqu l-obbligi preċedenti kollha marbuta ma' l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fis-Seychelles fil-kuntest ta' kull ftehim tas-sajd konkluż mal-Komunità.

3.

Kull bastiment Komunitarju li jitlob liċenzja tas-sajd għandu jkun rappreżentat minn aġent residenti fis-Seychelles. L-isem u l-indirizz ta' dan ir-rappreżentant għandhom ikunu indikati fuq l-applikazzjoni għal-liċenzja.

4.

L-awtoritajiet kompetenti Komunitarji għandhom jippreżentaw lis-SFA (Seychelles Fishing Authority) applikazzjoni għal kull bastiment li jixtieq jistad taħt dan il-Ftehim, mill-anqas 20 ġurnata qabel id-data tal-bidu tal-perjodu ta' validità mitlub. Madankollu, il-proprjetarji tal-bastimenti li ma ppreżentawx applikazzjoni għal liċenzja qabel il-perjodu ta' validità jistgħu jagħmlu dan matul il-perjodu ta' validità, mhux aktar minn 20 jum qabel il-bidu ta' l-attivitajiet tas-sajd. F'każijiet bħal dawn, il-proprjetarji tal-bastimenti għandhom jagħmlu l-ħlasijiet dovuti għas-sena kollha.

5.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu preżentati lill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles fuq formola li mudell tagħha huwa espost fl-Appendiċi 1.

6.

Kull applikazzjoni għal liċenzja għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti segwenti:

prova li jkun sar il-ħlas għall-perjodu ta' validità mitlub,

kwalunkwe dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skond id-disposizzjonijiet partikolari applikabbli għat-tip ta' bastiment skond dan il-Protokoll.

7.

Il-ħlas għandu jsir fil-kont indikat mill-awtoritajiet tas-Seychelles.

8.

Il-ħlas għandu jinkludi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha bl-eċċezzjoni tat-taxxi tal-port u l-ispejjeż għall-għoti ta' servizzi.

9.

Il-liċenzji għall-bastimenti kollha għandhom jingħataw, fi żmien 15-il jum mir-riċezzjoni tad-dokumentazzjoni kollha prevista fil-punt 6 hawn fuq, mill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles.

Għandha tintbagħat kopja lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea kompetenti għas-Seychelles.

10.

Il-liċenzja għandha tingħata f'isem bastiment speċifiku u ma għandhiex tkun trasferibbli.

11.

Madankollu, fuq talba tal-Komunità Ewropea u fejn jiġi ppruvat każ ta' force majeure, il-liċenzja ta' bastiment għandha tiġi sostitwita, għall-bqija tal-perjodu tal-validità tagħha, b'liċenzja ġdida f'isem bastiment ieħor li jkollu karatteristiċi simili għal dawk tal-bastiment sostitwit, mingħajr ma jkollu jsir ħlas ġdid. Iżda jekk it-tunnellaġġ gross reġistrat (GRT) tal-bastiment sostituttiv ikun ogħla minn dak tal-bastiment li jkollu jiġi sostwit, id-differenza fil-ħlas għandha titħallas pro rata temporis.

12.

Il-proprjetarju tal-bastiment li jiġi sostitwit, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jagħti lura l-liċenzja annullata lill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles permezz ta' l-intermedju tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea kompetenti għas-Seychelles.

13.

Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-liċenzja l-ġdida għandha tkun dik meta l-liċenzja annullata tingħata lura lill-awtoritajiet tas-Seychelles mill-proprjetarju. Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea kompetenti għas-Seychelles għandha tiġi infurmata bit-trasferiment tal-liċenzja.

14.

Il-liċenzja għandha tinżamm abbord il-bastiment f'kull mument, mingħajr preġudizzju għall-punt 2 tal-Kapitolu VII ta' dan l-Anness.

TAQSIMA 2

Kondizzjonijiet tal-liċenzja – ħlasijiet, u ħlasijiet bil-quddiem

1.

Il-liċenzji għandhom ikollhom validità ta' sena u għandhom ikunu rinnovabbli.

2.

Il-ħlas għandu jkun ta' EUR 25 għal kull tunnellata metrika maqbuda fl-ibħra tas-Seychelles.

3.

Il-liċenzji għandhom jingħataw malli jsiru l-ħlasijiet fissi segwenti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:

EUR 15 000 għal kull bastiment tal-qbid tat-tonn bit-tartarun, ekwivalenti għall-ħlasijiet dovuti għal 600 tunnellata metrika ta' tonn u ta' speċi li jixbhu lit-tonn maqbuda kull sena fl-ibħra tas-Seychelles,

EUR 3 000 għal kull bastiment tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ ta' aktar minn 150 GRT, ekwivalenti għall-ħlasijiet dovuti għal 120 tunnellata metrika ta' tonn u ta' speċi li jixbhu lit-tonn maqbuda kull sena fl-ibħra tas-Seychelles,

EUR 2 250 għal kull bastiment tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ ta' massimu 150 GRT jew inqas, ekwivalenti għall-ħlasijiet dovuti għal 90 tunnellata metrika ta' tonn u ta' speċi li jixbhu lit-tonn maqbuda kull sena fl-ibħra tas-Seychelles.

4.

L-SFA għandha tħejji prospett tal-ħlasijiet dovuti rigward is-sena kalendarja li tkun għaddiet, fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet mill-bastimenti Komunitarji u ta' kull informazzjoni oħra fil-pussess ta' l-SFA.

5.

Il-prospett għandu jintbagħat lill-Kummissjoni qabel il-31 ta' Marzu tas-sena kurrenti. Il-Kummissjoni għandha tibagħtu qabel il-15 ta' April simultanjament lill-proprjetarji tal-bastimenti u lill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri konċernati.

6.

Fejn il-proprjetarji tal-bastimenti ma jaqblux mal-prospett imressaq mill-SFA, jistgħu jikkonsultaw lill-istituti xjentifiċi kompetenti sabiex jivverifikaw l-istatistiċi tal-qabdiet bħall-IRD (Institut de Recherche pour le Développement), l-IEO (Instituto Español de Oceanografia) u l-IPIMAR (Instituto de Investigação das Pescas e do Mar), u wara dan jiddiskutu flimkien ma' l-awtoritajiet tas-Seychelles sabiex jistabbilixxu l-prospett finali qabel il-31 ta' Mejju tas-sena kurrenti. Jekk il-proprjetarji tal-bastimenti jonqsu milli jagħmlu osservazzjonijiet sa dik id-data, il-prospett imressaq mill-SFA għandu jitqies bħala definittiv.

7.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-prospett finali relattiv għall-flotta tagħhom stess.

8.

Il-propjetarji tal-bastimenti għandhom jagħmlu kwalunkwe ħlas addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju ta' l-istess sena fil-kont bankarju indikat mill-awtoritajiet tas-Seychelles skond l-Artikolu 2(6) tal-Protokoll.

9.

Jekk il-prospett definittiv ikun inqas mill-ammont tal-ħlas bil-quddiem previst fil-punt 3, il-bilanċ ma għandux jiġi rimborsat lill-proprjetarju.

KAPITOLU II

ŻONI TAS-SAJD

Sabiex ma ssirx ħsara lis-sajd ta' skala żgħira fl-ibħra tas-Seychelles, il-bastimenti Komunitarji mhumiex awtorizzati jistadu ġewwa ż-żoni definiti fil-liġi tas-Seychelles u lanqas ġewwa raġġ ta' tliet mili nawtiċi madwar l-installazzjonijiet tat-tagħmir ta' konċentrazzjoni tal-ħut (Fish Aggregation Devices) installati mill-awtoritajiet tas-Seychelles u li l-pożizzjonijiet ġeografiċi tagħhom ikunu ġew mgħarrfa lir-rappreżentanti jew lill-aġenti tal-proprjetarji tal-bastimenti.

KAPITOLU III

SISTEMA TA' DIKJARAZZJONI TAL-QBID

1.

Il-perjodu ta' vjaġġ tas-sajd ta' bastiment Komunitarju għall-finjiet ta' dan l-Anness għandu jkun definit kif ġej:

jew il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fl-ibħra tas-Seychelles u l-ħruġ minnhom;

jew il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fl-ibħra tas-Seychelles u trasbord;

jew il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fl-ibħra tas-Seychelles u l-iżbark fis-Seychelles.

2.

Il-bastimenti kollha awtorizzati sabiex jistadu fl-ibħra tas-Seychelles taħt il-Ftehim għandhom ikunu obbligati li jikkomunikaw il-qabda tagħhom lill-awtorità kompetenti tas-Seychelles, konformement mal-modalitajiet segwenti:

2.1.

Il-bastimenti Komunitarji awtorizzati sabiex jistadu fl-ibħra tas-Seychelles għandhom jimlew formola tas-sajd kif stabbilit fl-Appendiċi 2 u 3, għal kull vjaġġ tas-sajd li jagħmlu fl-ibħra tas-Seychelles. Il-formoli tas-sajd għandhom jimtlew anke fin-nuqqas ta' qabdiet.

2.2.

Għal dak li jirrigwarda l-preżentazzjoni tal-formoli tas-sajd previsti fil-punti 2.1 u 2.3, il-bastimenti Komunitarji għandhom:

fil-każ li jidħlu f'Port Victoria, għandhom jippreżentaw il-formoli mimlijin lill-awtoritajiet tas-Seychelles fi żmien ħamest ijiem minn meta jaslu u fi kwalunkwe każ qabel ma jitilqu minn dan il-port, skond liema minn dawn is-sitwazzjonijiet tiġri l-ewwel,

fi kwalunkwe każ ieħor, għandhom jibagħtu l-formoli mimlijin lill-awtoritajiet tas-Seychelles fi żmien erbatax-il jum minn meta jaslu fi kwalunkwe port minbarra dak ta' Victoria.

Għandhom jintbagħtu wkoll kopji ta' dawn il-formoli lill-istituti xjentifiċi previsti fil-Kapitolu I, Taqsima 2, punt 6.

2.3

Għall-perjodi li fihom il-bastiment ma jkunx fl-ibħra tas-Seychelles, għandha ssir fil-ġurnal ta' abbord l-annotazzjoni “Barra mill-ibħra tas-Seychelles”.

2.4

Il-formoli għandhom jiġu mimlija b'mod leġibbli u ffirmati mill-kaptan tal-bastiment jew mir-rappreżentant tiegħu.

3.

Fil-każ li ma jiġux rispettati d-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, il-Gvern tas-Seychelles jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment li wettaq in-nuqqas sakemm jitlestew il-formalitajiet u li japplika lill-proprjetarju tal-bastiment il-penalità prevista mil-liġi fis-seħħ tas-Seychelles. L-Istat Membru li tiegħu tittajjar il-bandiera u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu informati b'dan.

KAPTIOLU IV

IMBARK TA' BAĦRIN

1.

Kull bastiment tal-qbid tat-tonn bit-tartarun matul il-vjaġġ tiegħu tas-sajd fl-ibħra tas-Seychelles għandu jimbarka għall-inqas żewġ baħrin magħżula mill-aġent tal-bastiment, bi ftehim mal-proprjetarju tal-bastiment, mill-ismijiet fuq lista preżentata mill-awtorità kompetenti tas-Seychelles.

2.

Il-proprjetarji tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jimbarkaw baħrin lokali addizzjonali.

3.

Il-proprjetarju tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tas-Seychelles bl-ismijiet u bid-dettalji tal-baħrin mis-Seychelles imbarkati fuq il-bastiment konċernat b'indikazzjoni tal-funzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ.

4.

Id-Dikjarazzjoni ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol għandha tapplika bħala dritt għall-baħrin imbarkati fuq il-bastimenti ta' l-UE. Dan japplika partikolarment għal-libertà ta' assoċjazzjoni u għar-rikonoxximent effettiv tad-dritt ta' negozjar kollettiv tal-ħaddiema u għall-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam ta' l-impjiegi u tax-xogħol.

5.

Il-kuntratti ta' l-impjieg tal-baħrin mis-Seychelles, li tagħhom għandha tingħata kopja lill-firmatarji, għandhom jiġu stabbiliti bejn ir-rappreżentant(i) tal-proprjetarji u l-baħrin u/jew it-trade unions tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom b'konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom, inklużi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, tal-mard u għall-aċċidenti kif ukoll il-benefiċċji tal-pensjoni applikabbli għalihom

6.

Is-salarju tal-baħrin mis-Seychelles għandu jitħallas mill-proprjetarji tal-bastimenti. Dan għandu jiġi ffissat qabel jingħataw il-liċenzji, bi qbil komuni bejn il-proprjetarji jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-awtoritajiet tas-Seychelles. Madankollu, il-kondizzjonijiet tar-remunerazzjoni tal-baħrin mis-Seychelles ma jistgħux ikunu anqas minn dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tas-Seychelles li jwettqu dmirijiet simili u ma jistgħux fi kwalunkwe każ ikunu anqas mill-istandards ta' l-ILO.

7.

Sabiex tiġi infurzata u applikata l-liġi ta' l-impjiegi, l-aġent tal-proprjetarju tal-bastiment għandu jitqies bħala r-rappreżentant lokali tal-propjetarju tal-bastiment. Il-kuntratt konkluż bejn l-aġent u l-baħrin għandu jinkludi wkoll il-kondizzjonijiet għar-ripatrijazzjoni u l-benefiċċju tal-pensjoni applikabbli għalihom.

8.

Kull baħri impjegat mill-bastimenti Komunitarji għandu jippreżenta ruħu għand il-kaptan tal-bastiment allokat lejlet id-data proposta tat-tluq tiegħu. Jekk il-baħri ma jkunx preżenti fid-data u s-siegħa previsti għall-imbark, il-proprjetarju tal-bastiment awtomatikament ma jibqax obbligat li jimbarka lil dan il-baħri.

9.

F'każ li ma jiġux imbarkati baħrin lokali għal raġunijiet differenti minn dawk previsti fil-punt 8, il-proprjetarji tal-bastimenti għandhom ikunu obbligati li jħallsu rata fissa ekwivalenti għal figura bażata fuq in-numru ta' jiem li l-bastiment wettaq attivitajiet fl-ibħra tas-Seychelles, multiplikat bl-ammont ta' $20 kull jum. L-ammont tar-rata fissa għandu jitħallas lill-awtoritajiet tas-Seychelles sa mhux aktar tard mid-data stabbilita fil-Kapitolu I, Taqsima 2, punt 8.

10.

Dan l-ammont għandu jiġi użat għat-taħriġ tal-baħrin/sajjieda mis-Seychelles u għandu jitħallas fil-kont indikat mill-awtoritajiet tas-Seychelles.

KAPITOLU V

MIŻURI TEKNIĊI

Il-bastimenti għandhom jikkonformaw mal-miżuri u mar-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni dwar it-Tonn ta' l-Oċean Indjan (IOTC) kif ukoll mal-miżuri nazzjonali applikabbli għat-tagħmir tas-sajd, ma' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu u ma' kull miżura teknika oħra applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

KAPITOLU VI

OSSERVATURI

1.

Il-bastimenti awtorizzati li jistadu fl-ibħra tas-Seychelles taħt il-Ftehim għandhom jimbarkaw osservaturi maħtura mill-awtoritajiet tas-Seychelles taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti aktar 'l isfel.

1.1

Il-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom, fuq talba ta' l-awtoritajiet tas-Seychelles, jimbarkaw osservatur wieħed, u meta l-awtoritajiet tas-Seychelles iqisu li jkun kunsiljabbli u meħtieġ, żewġ osservaturi, maħtura mill-awtoritajiet imsemmija.

1.2

L-awtorità kompetenti tas-Seychelles għandha tħejji l-lista tal-bastimenti magħżula sabiex jimbarkaw osservatur, kif ukoll il-lista ta' osservaturi maħtura sabiex jiġu mbarkati. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Dawn għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif ikunu tħejjew u eventwalment kull tliet xhur fir-rigward ta' l-aġġornament eventwali tagħhom.

1.3

L-awtorità kompetenti tas-Seychelles għandha tikkomunika lill-proprjetarji konċernati jew lir-rappreżentanti tagħhom l-isem ta' l-osservatur maħtur sabiex jimbarka fuq il-bastiment tagħhom sa mhux aktar tard minn 15-il ġurnata qabel id-data prevista ta' l-imbark ta' l-osservatur.

2.

Iż-żmien li jdum abbord l-osservatur għandu jiġi ffissat mill-awtorità kompetenti tas-Seychelles iżda, bħala regola ġenerali, ma għandux jeċċedi ż-żmien meħtieġ sabiex iwettaq dmirijietu. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-proprjetarji tal-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom b'dan meta tinnotifikahom bl-isem ta' l-osservatur maħtur sabiex jiġi mbarkat fuq il-bastiment konċernat.

3.

Il-kondizzjonijiet ta' l-imbark ta' l-osservatur għandhom jiġu definiti bi qbil komuni bejn il-proprjetarju tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtoritajiet tas-Seychelles.

4.

L-imbark ta' l-osservatur għandu jseħħ skond il-modalitajiet deċiżi mill-proprjetarju tal-bastiment u wara n-notifika tal-lista ta' bastimenti magħżula.

5.

Il-proprjetarji tal-bastimenti konċernati għandhom jikkomunikaw fi żmien ġimgħatejn u b'avviż minn qabel ta' għaxart ijiem id-dati u l-portijiet tas-Seychelles previsti għall-imbark ta' l-osservaturi.

6.

Fil-każ li l-osservatur jiġi imbarkat f'pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-vjaġġ ta' l-osservatur għandhom jitħallsu mill-proprjetarju tal-bastiment. Jekk bastiment li jkollu abbord osservatur tas-Seychelles joħroġ mill-ibħra tas-Seychelles, għandha tittieħed kull miżura sabiex jiġi żgurat ir-ritorn ta' l-osservatur f'pajjiżu kemm jista' jkun malajr, bl-ispejjeż imħallsa mill-proprjetarju.

7.

Fil-każ ta' l-assenza ta' l-osservatur fil-post u l-mument miftiehma u għat-tnax-il siegħa segwenti, il-proprjetarju ma jibqax obbligat li jimbarka lil dan l-osservatur.

8.

L-osservatur għandu jiġi trattat abbord il-bastiment bħala uffiċjal. Huwa għandu jwettaq dawn id-dmirijiet:

8.1

josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

8.2

jivverifika l-posizzjoni tal-bastimenti involuti f'operazzjonijiet ta' sajd;

8.3

jeżegwixxi l-kampjunament bijoloġiku fil-qafas tal-programmi xjentifiċi;

8.4

jieħu nota tat-tagħmir tas-sajd li jintuża;

8.5

jivverifika d-data tal-qbid li jsir fl-ibħra tas-Seychelles reġistrata fil-ġurnal ta' abbord;

8.6

jivverifika l-perċentwali ta' qbid sekondarju (by-catches) u jagħmel stima tal-volum ta' riġetti;

8.7

jirrapporta d-data tas-sajd darba fil-ġimgħa bil-fax jew bil-posta elettronika jew b'mezz ieħor ta' komunikazzjoni, inkluża l-kwantità ta' qabdiet u ta' qabdiet sekondarji miżmuma abbord u li twettqu fl-ibħra tas-Seychelles.

9.

Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri pertinenti kollha fil-kompetenza tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u morali ta' l-osservatur fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu.

10.

Bl-istess mod, l-osservatur għandu, safejn ikun possibbli, jkollu għad-disposizzjoni tiegħu l-faċilitajiet kollha meħtieġa sabiex jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi ta' komunikazzjoni meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tiegħu, għad-dokumenti marbuta direttament ma' l-attivitajiet ta' sajd tal-bastiment, inklużi partikolarment il-ġurnal ta' abbord u l-ġurnal ta' navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa sabiex jiffaċilitawlu l-qadi ta' dmirijietu.

11.

Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:

11.1

jieħu l-miżuri adatti kollha sabiex il-kondizzjonijiet ta' l-imbark tiegħu kif ukoll il-preżenza tiegħu abbord la jinterrompu u lanqas ixekklu l-operazzjonijiet ta' sajd;

11.2

jirrispetta l-materjal u t-tagħmir li jinsabu abbord, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta' kull dokument li jkun tal-bastiment.

12.

Fit-tmiem tal-perjodu ta' osservazzjoni u qabel ma jitlaq minn fuq il-bastiment, l-osservatur għandu jħejji rapport ta' l-attivitajiet li għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles b'kopja lill-Kummissjoni Ewropea, li għandha tkun iffirmata mill-osservatur. Kopja tar-rapport għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment ma' l-iżbark ta' l-osservatur.

13.

Il-proprjetarju tal-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż ta' l-alloġġ u l-ikel ta' l-osservaturi taħt l-istess kondizzjonijiet applikabbli għall-uffiċjali tal-bastiment.

14.

Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali ta' l-osservatur għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles.

KAPITOLU VII

ĦATT

Il-bastimenti tas-sajd tat-tonn bit-tartarun li jħottu l-qabdiet tagħhom fil-port ta' Victoria għandhom jagħmlu dak li jistgħu sabiex iqiegħdu l-qabdiet sekondarji tagħhom għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet tas-Seychelles bil-prezz tas-suq lokali. Barra minn hekk, il-bastimenti Komunitarji tas-sajd tat-tonn bit-tartarun għandhom jieħdu sehem fil-fornitura tat-tonn, bil-prezz tas-suq internazzjonali, lill-industrija tas-Seychelles tal-preservazzjoni tat-tonn.

KAPITOLU VIII

TAGĦMIR TAL-PORT U UŻU TAL-PROVVISTI U TAS-SERVIZZI

Il-bastimenti Komunitarji għandhom jagħmlu dak li jistgħu sabiex jiksbu fis-Seychelles il-provvisti u s-servizzi kollha meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom. L-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom jistabbilixxu, bi ftehim mal-proprjetarji tal-bastimenti, il-kondizzjonijiet ta' l-użu tat-tagħmir tal-port u, jekk ikun meħtieġ, tal-provvisti u tas-servizzi.

KAPITOLU IX

KONTROLL

1.

Il-lista tal-bastimenti

Il-Komunità Ewropea għandha żżomm lista aġġornata tal-bastimenti li għalihom ingħatat liċenzja tas-sajd konformement mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll. Din il-lista għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet tas-Seychelles inkarigati mill-kontroll tas-sajd, mill-ewwel darba li titħejja u eventwalment kull darba li tiġi aġġornata.

2.

Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti:

Il-bastimenti Komunitarji għandhom jiġu mmonitorjati, inter alia, b'sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti, mingħajr diskriminazzjoni, skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-appendiċi 4.

3.

Dħul fl-ibħra u ħruġ mill-ibħra tas-Seychelles:

3.1

Il-bastimenti Komunitarji għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles mill-anqas tliet (3) sigħat bil-quddiem bil-ħsieb tagħhom li jidħlu fl-ibħra tas-Seychelles jew li joħorġu minnhom u, kull tlitt ijiem matul l-attivitajiet tagħhom ta' sajd fl-ibħra tas-Seychelles, bil-qabdiet tagħhom matul dan il-perjodu.

3.2

Meta jinnotifika d-dħul jew il-ħruġ tiegħu, kull bastiment għandu jikkomunika wkoll il-posizzjoni tiegħu fil-ħin tal-komunikazzjoni u l-volum u l-ispeċi tal-qabdiet miżmuma abbord. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom jitwettqu skond il-format stabbilit fl-appendiċi 5, bil-fax jew bil-posta elettronika, lill-indirizzi indikati. Madankollu l-aworitajiet kompetenti tas-Seychelles jistgħu jeżentaw minn dan l-obbligu lill-bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ li ma jkollhomx it-tagħmir adatt ta' komunikazzjoni billi jawtorizzaw il-komunikazzjoni bir-radju.

3.3

Bastiment Komunitarju li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lill-awtorità kompetenti tas-Seychelles għandu jiġi meqjus bħala bastiment mingħajr liċenzja. F'każijiet bħal dawn għandhom japplikaw is-sanzjonijiet previsti fil-Kapitolu X, punt 1.

4.

Proċeduri tal-kontroll

4.1

Il-kaptani tal-bastimenti Komunitarji involuti f'attivitajiet ta' sajd fl-ibħra tas-Seychelles għandhom jikkoperaw ma' kull uffiċjal tas-Seychelles inkarigat mill-ispezzjoni u l-kontroll ta' l-attivitajiet ta' sajd.

4.2

Il-preżenza fuq il-bastiment ta' l-uffiċjali ma għandhiex tkun itwal miż-żmien meħtieġ sabiex dawn iwettqu dmirijiethom.

4.3

Wara kull ispezzjoni għandu jingħata kopja tar-rapport ta' l-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment.

5.

Operazzjonijiet ta' trasbord

5.1

Kull bastiment Komunitarju li jixtieq jittrasborda l-qabda tiegħu fl-ibħra tas-Seychelles għandu jwettaq din l-operazzjoni fil-portijiet tas-Seychelles.

5.2

Il-proprjetarji ta' dawn il-bastimenti għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni segwenti lill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles mill-anqas 24 siegħa qabel:

l-isem tal-bastiment tas-sajd li jkollu bżonn jittrasborda;

l-isem tal-bastiment tal-merkanzija;

il-piż ta' kull speċi li tkun sejra tiġi trasbordata;

il-jum tat-trasbord.

5.3

It-trasbord għandu jitqies bħala ħruġ mill-ibħra tas-Seychelles. Il-bastimenti għandhom għalhekk jibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles id-dikjarazzjonijiet tagħhom dwar il-qabdiet.

5.4

Kull operazzjoni ta' trasbord ta' qabdiet mhux prevista hawn fuq għandha tkun projbita fl-ibħra tas-Seychelles. Kull min jikser din id-disposizzjoni għandu jkun espost għall-penalitajiet previsti mil-liġi fis-seħħ tas-Seychelles.

5.5

Il-kaptani tal-bastimenti Komunitarji involuti f'operazzjonijiet ta' ħatt jew ta' trasbord f'port tas-Seychelles għandhom jippermettu u jiffaċilitaw il-kontroll ta' dawn l-operazzjonijiet mill-ispetturi tas-Seychelles. Fit-tmiem ta' kull ispezzjoni f'port, għandu jingħata ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment.

KAPITOLU X

INFURZAR

1.

Sanzjonijiet

In-nuqqas ta' l-osservanza ta' kwalunkwe waħda mid-disposizzjonijiet stabbiliti hawn fuq, tal-miżuri tal-ġestjoni u tal-konservazzjoni tar-riżorsi kif ukoll tal-liġi tas-Seychelles jista' jiġi penalizzat bis-sospensjoni, bir-revoka jew bir-rifjut tat-tiġdid tal-liċenzja tas-sajd tal-bastiment.

L-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun qiegħed itajjar il-bandiera u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu informati minnufih kompletament dwar kwalunkwe sospensjoni jew revoka u dwar il-fatti kollha pertinenti għall-każ. Matul il-perjodu tas-sospensjoni ta' liċenzja jew matul il-perjodu ta' validità li jifdal ta' liċenzja li tkun ġiet revokata, il-Kummissjoni Ewropea tista' titlob liċenzja oħra li altrimenti kienet tkun applikabbli, għal bastiment ta' proprjetarju ieħor, skond il-proċedura stabbilita fil-Kapitolu I, Taqsima 1, punt 11.

2.

L-arrest ta' bastimenti tas-sajd

L-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom jinformaw lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni kompetenti għas-Seychelles u lill-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun qiegħed itajjar il-bandiera, fi żmien 48 siegħa, bl-arrest ta' kwalunkwe bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità u li jkun qiegħed jopera taħt il-Ftehim dwar is-sajd, fiż-żona tas-sajd tas-Seychelles, u għandhom jittrażmettu rapport qasir dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għal dan l-arrest. Id-Delegazzjoni u l-Istat li tiegħu l-bastiment ikun qiegħed itajjar il-bandiera għandhom jinżammu informati dwar kwalunkwe proċedura istitwita u dwar il-penalitajiet imposti.


Appendiċi 1

APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA TA' BASTIMENT BARRANI TAS-SAJD

L-isem ta' l-applikant: …

L-indirizz ta' l-applikant: …

L-isem u l-indirizz tan-noleġġatur tal-bastiment jekk divers mill-persuna msemmija hawn fuq:

L-isem u l-indirizz ta' rappreżentant uffiċjali ieħor fis-Seychelles:

L-isem u l-indirizz tal-kaptan tal-bastiment:

L-isem tal-bastiment: …

It-tip ta' bastiment: …

It-tul u t-tunnellaġġ nett reġistrat tal-bastiment: …

It-tip u l-qawwa tal-magna u t-tunnellaġġ gross reġistrat: …

Il-port u l-pajjiż tar-reġistrazzjoni: …

In-numru tar-reġistrazzjoni: …

L-identifikazzjoni esterna tal-bastiment: …

Il-call sign tar-radju/l-ittri ta' senjalazzjoni: …

Frekwenza: …

Dettalji tat-tagħmir: …

In-numru u n-nazzjonalità ta' l-ekwipaġġ: …

Iż-żona tas-sajd u l-ispeċi ta' ħut previsti: …

Deskrizzjoni ta' l-operazzjonijiet tas-sajd, intrapriżi konġunti u arranġamenti kuntrattwali oħrajn: …

Niċċertifika li d-dettalji mogħtija hawn fuq huma korretti.

Data: …

Firma: …


Appendiċi 2

DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAT-TONN BIT-TARTARUN

Image


Appendiċi 3

DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZIJIET FIL-WIĊĊ

Image

Image


Appendiċi 4

Disposizzjonijiet li jistabbilixxu l-metodu tat-trażmissjoni tad-data relattiva għall-monitoraġġ bis-satellita tal-pożizzjoni tal-bastimenti komunitarji li jistadu taħt il-ftehim bejn il-komunità ekonomika ewropea u r-repubblika tas-seychelles dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tas-seychelles

Billi r-Repubblika tas-Seychelles introduċiet sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) applikabbli għall-bastimenti kollha barranin li jistadu fl-ibħra tas-Seychelles, fuq bażi mhux diskriminatorja, u estendiet is-sorveljanza tal-VMS għall-flotta nazzjonali tagħha stess ta' l-istess kategorija, u

meta jitqies li l-bastimenti tas-sajd tal-KE huma diġà suġġetti, minn Jannar 2000, għal monitoraġġ bis-satellita taħt il-liġi Komunitarja,

huwa rakkomandat li l-Istati li tagħhom itajru l-bandiera l-bastimenti u l-awtoritajiet tar-Repubblika tas-Seychelles iwettqu, skond dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin, monitoraġġ bis-satellita tal-bastimenti Komunitarji li jistadu taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd fl-ibħra tas-Seychelles:

1.

Għall-finijiet tal-monitoraġġ bis-satellita, l-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom jikkomunikaw liċ-Ċentri tal-Monitoraġġ tas-Sajd (FMCs) ta' l-Istati li tagħhom itajru l-bandiera l-bastimenti l-koordinati (latitudni u lonġitudni) ta' l-ibħra tas-Seychelles.

L-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom jittrasmettu din l-informazzjoni f'format elettroniku, espressa fi gradi deċimali fis-sistema WGS‐84.

2.

L-awtoritajiet tas-Seychelles u l-FMCs nazzjonali għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-indirizzi elettroniċi rispettivi tagħhom fil-format X.25 jew, fejn ikun il-każ, bi protokoll protett ieħor ta' komunikazzjoni, u l-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jintużaw fl-FMCs rispettivi tagħhom skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 4 u 6. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, safejn dan ikun possibbli, l-ismijiet, in-numri tat-telefon, u tal-fax u l-indirizzi elettroniċi (Internet) li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjonijiet ġenerali bejn l-FMCs.

3.

Il-pożizzjoni tal-bastimenti għandha tiġi determinata b'marġni ta' żball ta' inqas minn 500 m u b'intervall ta' kunfidenza ta' 99 %.

4.

Meta bastiment li jkun qiegħed jistad taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd fl-ibħra tas-Seychelles u li jkun suġġett għal monitoraġġ minn satellita skond il-liġi Komunitarja jidħol fl-ibħra tas-Seychelles, ir-rapporti sussegwenti tal-pożizzjoni għandhom jiġu komunikati mill-FMC ta' l-Istat li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Seychelles awtomatikament, f'ħin reali, għall-inqas kull siegħa (frekwenza). Dawn il-messaġġi għandhom ikunu identifikati bħala Rapporti tal-Pożizzjoni.

5.

Il-messaġġi msemmija fil-punt 4 għandhom jiġu trasmessi b'mezz elettroniku fil-format X.25, jew permezz ta' protokolli protetti oħrajn tal-komunikazzjoni, suġġett għall-ftehim li jkun sar qabel bejn l-FMCs rilevanti. Il-messaġġi kollha għandhom jiġu komunikati awtomatikament, f'ħin reali, skond id-definizzjonijiet mogħtija fil-Parti Annessa 1.

Huwa pprojbit li bastiment jitfi t-tagħmir tal-monitoraġġ bis-satellita meta jkun qiegħed jistad fl-ibħra tas-Seychelles.

6.

Fil-każ ta' problema teknika jew fejn l-apparat tal-monitoraġġ bis-satelitta installat fuq il-bastiment tas-sajd ikollu l-ħsara, il-kaptan ta' dak il-bastiment għandu jikkomunika, malli jkun possibbli, bil-fax jew bil-posta elettronika lill-FMC ta' l-Istat konċernat li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment l-informazzjoni prevista fil-punt 4. Mill-anqas Rapport wieħed tal-pożizzjoni globali kull erba' sigħat għandu jkun suffiċjenti f'ċirkostanzi bħal dawn sakemm il-bastiment jibqa' fl-ibħra tas-Seychelles. Dan ir-Rapport tal-pożizzjoni globali għandu jinkludi l-pożizzjonijiet ta' kull siegħa kif reġistrati mill-kaptan ta' dak il-bastiment matul dawk l-erba' sigħat. L-FMC ta' l-Istat li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment jew il-bastiment stess għandu jgħaddi dawn il-messaġġi liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Seychelles minnufih. F'każ ta' ħtieġa jew ta' dubbju, l-Awtorità tas-Sajd tas-Seychelles (SFA) tista' titlob trażmissjoni tar-rapport tal-pożizzjoni kull siegħa minn bastiment determinat. It-tagħmir li jkun bil-ħsara għandu jissewwa jew jitbiddel malli l-bastiment jispiċċa l-vjaġġ tas-sajd tiegħu jew fi żmien ta' mhux iktar minn xahar. Lil hinn minn dan il-perjodu, ma jkunx jista' jinbeda vjaġġ ġdid tas-sajd sakemm it-tagħmir ma jkunx issewwa jew inbidel.

7.

L-elementi tat-tagħmir u s-software tas-Sistemi tal-Monitoraġġ tal-Bastimenti għandhom ikunu protetti kontra l-manipulazzjonijiet minn terzi, jiġifieri ma għandhomx jippermettu l-introduzzjoni jew il-produzzjoni ta' pożizzjonijiet foloz u ma għandhomx jippermettu li jiġu abbużati manwalment. Is-sistema għandha tkun għal kollox awtomatika u operattiva f'kull ħin irrispettivament mill-kondizzjonijiet ambjentali. Għandu jkun projbit li tagħmir tal-monitoraġġ bis-satellita jinqered, issirlu ħsara, jitwaqqaf milli jaħdem jew b'xi mod ieħor jiġi abbużat.

B'mod partikolari il-kaptan għandu jiżgura li:

id-data ma tiġi mibdula bl-ebda mod,

l-antenna jew l-antenni konnessi mat-tagħmir tal-monitoraġġ bis-satellita ma jiġu ostakolati bl-ebda mod, u

il-provvista ta' l-elettriku lit-tagħmir tal-monitoraġġ bis-satellita ma tkun interrotta bl-ebda mod.

Kwalunkwe ksur ta' l-obbligi msemmija hawn fuq jista' jesponi lill-kaptan għal sanzjonijiet taħt il-liġijiet u r-regolamenti tas-Seychelles, sakemm il-bastiment ikun qiegħed jistad fl-ibħra tas-Seychelles.

8.

L-FMCs ta' l-Istati li tagħhom itajru l-bandiera l-bastimenti għandhom jissorveljaw il-monitoraġġ tal-bastimenti tagħhom meta dawn ta' l-aħħar ikunu fl-ibħra tas-Seychelles, b'intervalli ta' siegħa. Jekk il-monitoraġġ tal-bastimenti ma jsirx fil-kondizzjonijiet previsti, iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Seychelles għandu jiġi notifikat minnufih u għandha tapplika l-proċedura prevista fil-punt 6.

9.

L-FMCs kompetenti u ċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Seychelles għandhom jikkoperaw sabiex jiżguraw l-implementazzjoni ta' dawn id-disposizzjonijiet. Jekk iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Seychelles jistabbilixxi li l-Istat li tiegħu jtajru l-bandiera l-bastimenti ma jkunx qiegħed jittrażmetti d-data skond il-punt 4 hawn fuq, il-Parti l-oħra għandha tiġi notifikata minnufih. Malli tirċievi n-notifika, din ta' l-aħħar għandha tirrispondi fi żmien erbgħa u għoxrin (24) siegħa billi tinforma liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Seychelles bir-raġunijiet għan-nuqqas ta' trażmissjoni u tindika limitu ta' żmien raġonevoli għall-konformità ma' dawn id-disposizzjonijiet. Fil-każ li dan il-limitu ta' żmien ma jiġix rispettat, iż-żewġ Partijiet għandhom isolvu tali problemi bil-miktub jew kif previst fil-punt 13.

10.

Id-data tal-monitoraġġ komunikata skond dawn id-disposizzjonijiet għandha tintuża esklussivament għall-kontroll, għall-ġestjoni, għall-monitoraġġ u għall-infurzar mill-awtoritajiet tas-Seychelles fir-rigward ta' l-attivitajiet tas-sajd tal-flotta Komunitarja taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd fl-ibħra tas-Seychelles. Din id-data ma tista' tiġi komunikata lil partijiet oħra fl-ebda ċirkostanza, ħlief bil-kunsens miktub ta' l-Istat konċernat li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment, każ b'każ, jew permezz ta' ordni tal-Qorti fis-Seychelles.

11.

Il-Partijiet jiftiehmu li, fuq talba ta' waħda minnhom, ikun hemm skambju ta' informazzjoni dwar it-tagħmir użat għall-monitoraġġ bis-satellita, sabiex jiġi żgurat li t-tagħmir imsemmi ikun għal kollox kompatibbli mal-kondizzjonijiet meħtieġa tal-Parti l-oħra għall-finijiet ta' dawn id-disposizzjonijiet.

12.

Il-Partijiet jiftiehmu li jirrivedu dawn id-disposizzjonijiet meta jkun meħtieġ, inklużi l-każijiet kollha ta' ħsara jew ta' anomaliji relatati ma' bastimenti individwali. Il-każijiet kollha bħal dawn għandhom jiġu notifikati mill-SFA lill-Istati Membri tal-KE li tagħhom itajru l-bandiera l-bastimenti mill-anqas 15-il jum qabel il-laqgħa tar-reviżjoni.

13.

Kull nuqqas ta' qbil dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dawn id-disposizzjonijiet għandu jkun suġġett għal konsultazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitati Konġunt previst fl-Artikolu 7 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd fl-ibħra tas-Seychelles.

14.

Dawn id-disposizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ fit-18 ta' Jannar 2005.


Parti Annessa 1

komunikazzjoni ta' messaġġi tal-VMS lis-seychelles

Rapport tal-pożizzjoni

Datum

Kodiċi

Obbligatorju/Fakultattiv

Kummenti

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dettall tas-sistema; jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Indirizz

AD

O

Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa-3 tal-Parti destinatarja.

Minn

FR

O

Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa-3 tal-Parti li tkun qiegħda tittrasmetti

Tip ta' messaġġ

TM

O

Dettall tal-messaġġ; it-tip ta' messaġġ, “POS”

Call sign tar-radju

RC

O

Dettall tal-bastiment; il-call sign internazzjonali tar-radju tal-bastiment

Numru Intern ta' Referenza

IR

F

Dettall tal-bastiment; numru uniku tal-bastiment: kodiċi ISO Alfa-3, tal-pajjiż li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment, b'numru warajh

Numru Estern ta' Reġistrazzjoni

XR

F

Dettall tal-bastiment; in-numru fuq il-ġenb tal-bastiment

Latitudni

LA

O

Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni tal-bastiment fi gradi u minuti N/SDDMM (T/NGGMM) (WGS ‐84)

Lonġitudni

LO

O

Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni tal-bastiment fi gradi u minuti E/WDDMM (L/PGGMM) (Wgs-84)

Veloċità

SP

O

Dettall tal-pożizzjoni; il-veloċità tal-bastiment f'wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi (tenths of knots)

Rotta

CO

O

Dettall tal-pożizzjoni; ir-rotta tal-bastiment fi skala ta' 360o

Data

DA

O

Dettall tal-pożizzjoni; id-data tal-pożizzjoni skond l-UTC (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

O

Dettall tal-pożizzjoni; il-ħin tal-pożizzjoni skond l-UTC (SSMM)

Tmiem ir-reġistrazzjoni

ER

O

Dettall tas-sistema; jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni

Sett ta' Karattri: ISO 8 859,1

It-trasferiment tad-data għandu jkun strutturat kif ġej:

żewġ linji oblikwi (//) u kodiċi jimmarkaw il-bidu tat-trażmissjoni,

linja oblikwi unika (/) timmarka s-separazzjoni bejn il-kodiċi u d-data.

Id-data fakultattiva għandha tkun inkluża bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni.


Appendiċi 5

FORMAT TAL-KOMUNIKAZZJONIJIET

1.   Format tar-rapport tad-dħul (tliet sigħat qabel id-dħul)

(Kontenut)

(Trażmissjoni)

Destinatarju

SFA

Kodiċi ta' l-azzjoni

IN

L-isem tal-bastiment

 

Call sign Internazzjonali tar-radju

 

Pożizzjoni tad-dħul

 

Id-data u s-siegħa (UTC) tad-dħul

 

Il-kwantità (Mt) Tal-ħut abbord

 

Tonn Yellowfin

(Mt)

Tonn Bigeye

(Mt)

Skipjack

(Mt)

Oħrajn (speċifika)

(Mt)

2.   Format tar-rapport tal-ħruġ (tliet sigħat qabel il-ħruġ)

(Kontenut)

(Trażmissjoni)

Destinatarju

SFA

Kodiċi ta' l-azzjoni

OUT

L-isem tal-bastiment

 

CALL SIGN Internazzjonali tar-radju

 

Pożizzjoni tal-ħruġ

 

Id-data u s-siegħa (UTC) tal-ħruġ

 

Il-kwantità (Mt) Tal-ħut abbord

 

Tonn YELLOWFIN

(Mt)

Tonn BIGEYE

(Mt)

SKIPJACK

(Mt)

Oħrajn (speċifika)

(Mt)

3.   Format tar-rapport ta' kull ġimgħa tal-qabda (kull tlitt ijiem matul l-attivitajiet tal-bastiment fl-ibħra tas-seychelles)

(Kontenut)

(Trażmissjoni)

Destinatarju

SFA

Kodiċi ta' l-azzjoni

WCRT

L-isem tal-bastiment

 

CALL SIGN Internazzjonali tar-radju

 

Il-kwantità (mt) tal-ħut abbord

 

Tonn YELLOWFIN

(Mt)

Tonn BIGEYE

(Mt)

SKIPJACK

(Mt)

Oħrajn (Speċifika)

(Mt)

Numru ta' kalati mill-aħħar rapport

 

Ir-rapporti kollha għandhom jiġu trażmessi lill-awtorità kompetenti fuq in-numru tal-fax jew lill-indirizz tal-posta elettronika li ġejjin: Fax: + 248 225957 E-mail fmcsc@sfa.sc

Seychelles Fishing Authority, P.O. Box 449, Fishing Port, Mahé, Seychelles


Top

30.12.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L NaN/3


FTEHIM F'FORMA TA' SKAMBJU TA' ITTRI

dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn it-18 ta' Jannar 2005 u s-17 ta' Jannar 2011, l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tas-Seychelles

A.   Ittra mill-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles:

Sinjur,

B'referenza għall-Protokoll, inizjalat fit-23 ta' Settembru 2004, li jiffissa l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-perjodu bejn it-18 ta' Jannar 2005 u s-17 ta' Jannar 2011, għandi l-unur ninfurmak li l-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles huwa dispost li japplika dan il-Protokoll provviżorjament mit-18 ta' Jannar 2005, sa meta dan jidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 13 tiegħu, sakemm il-Komunità Ewropea tkun disposta tagħmel l-istess.

Dan ikun bil-kondizzjoni li l-ħlas ta' l-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja annwali ffissata fl-Artikolu 2 tal-Protokoll isir qabel it-30 ta' Settembru 2005.

Inkun grat jekk tagħtini konferma tal-qbil tal-Komunità Ewropea dwar tali applikazzjoni provviżorja.

Insellimlek,

Għall-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles

B.   Ittra mill-Komunità Ewropea

Sinjur,

Għandi l-unur li ninfurmak li rċevejt l-ittra tiegħek ta' dik il-ġurnata, li tgħid hekk:

“B'referenza għall-Protokoll, inizjalat fit-23 ta' Settembru 2004, li jiffissa l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-perjodu bejn it-18 ta' Jannar 2005 u s-17 ta' Jannar 2011, għandi l-unur ninfurmak li l-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles huwa dispost li japplika dan il-Protokoll provviżorjament mit-18 ta' Jannar 2005, sa meta dan jidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 13 tiegħu, sakemm il-Komunità Ewropea tkun disposta tagħmel l-istess.

Dan ikun bil-kondizzjoni li l-ħlas ta' l-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja annwali ffissata fl-Artikolu 2 tal-Protokoll isir qabel it-30 ta' Settembru 2005.

Inkun grat jekk tagħtini konferma tal-qbil tal-Komunità Ewropea dwar tali applikazzjoni provviżorja.”

Għandi l-unur li nikkonfermalek li l-Komunità taqbel ma' tali applikazzjoni provviżorja.

Insellimlek,

F'isem il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Top

30.12.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L NaN/4


PROTOKOLL

li jiffissa, għall-perjodu bejn it-18 ta' Jannar 2005 u s-17 ta' Jannar 2011, l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tas-Seychelles

Artikolu 1

Perjodu ta' applikazzjoni u opportunitajiet ta' sajd

1.   Għal perjodu ta' sitt snin mit-18 ta' Jannar 2005 sas-17 ta' Jannar 2011, l-opportunitajiet ta' sajd mogħtija taħt l-Artikolu 2 tal-Ftehim huma ffissati kif ġej:

a)

bastimenti tal-qbid tat-tonn bit-tartarun: 40 bastiment

b)

bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ: 12-il bastiment

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 4 u 5.

3.   Fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità Ewropea jistgħu jeżerċitaw attivitajiet ta' sajd fiż-żona tas-sajd tas-Seychelles biss jekk ikollhom liċenzja tas-sajd maħruġa taħt dan il-Protokoll u skond il-modalitajiet deskritti fl-Anness.

Artikolu 2

Kontribuzzjoni finanzjarja – Modalitajiet tal-ħlas

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandha tkun, għall-perjodu previst fl-Artikolu 1, ta' EUR 24 750 000.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 4, 6 u 8.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-paragrafu 1 għandha titħallas mill-Komunità bir-rata ta' EUR 4 125 000 fis-sena matul il-perjodu ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll.

4.   Jekk il-kwantità totali tal-qbid mill-bastimenti Komunitarji fl-ibħra tas-Seychelles teċċedi l-55 000 tunnellata metrika fis-sena, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għandu jiżdied b'EUR 75 għal kull tunnellata metrika supplementari ta' tonn maqbud. Madankollu, l-ammont totali kull sena mħallas mill-Komunità ma għandux jeċċedi EUR 8 250 000.

5.   Il-ħlas għandu isir mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2005 għall-ewwel sena u mhux aktar tard mid-data ta' l-anniversarju tal-Protokoll għas-snin segwenti.

6.   Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 6, l-allokazzjoni li ssir ta' din il-kontribuzzjoni għandha taqa' taħt il-kompetenza esklussiva ta' l-awtoritajiet tas-Seychelles.

7.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f'mhux aktar minn żewġ kontijiet tat-Teżor Pubbliku miftuħin mal-Bank Ċentrali tas-Seychelles.

Artikolu 3

Koperazzjoni għal sajd responsabbli

1.   Iż-żewġ Partijiet b'dan jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fl-ibħra tas-Seychelles abbażi tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f'dawk l-ibħra.

2.   Abbażi tar-rakkomandazzonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati fil-Kummissjoni dwar it-Tonn ta' l-Oċean Indjan (IOTC) u fid-dawl ta' l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli u, fejn ikun il-każ, wara laqgħa konġunta ta' esperti, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta prevista fl-Artikolu 7 tal-Ftehim bil-għan li jadottaw, fil-każ ta' bżonn, miżuri li jkollhom l-għan li jwasslu għal ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.

Artikolu 4

Reviżjoni volontarja ta' l-opportunitajiet ta' sajd

1.   L-opportunitajiet ta' sajd previsti fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu miżjuda bi qbil komuni fejn, skond il-konklużjonijiet tal-laqgħa konġunta ta' esperti prevista fl-Artikolu 3(2), din iż-żieda ma toħloqx riskji għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-Seychelles. F'tali każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 2(1) għandha tiġi miżjuda proporzjonalment u pro rata temporis. Madankollu l-ammont totali annwali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-Komunità ma jistax jeċċedi d-doppju ta' l-ammont indikat fl-Artikolu 2(1). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti Komunitarji jeċċedu l-kwantitajiet korrispondenti għad-doppju ta' l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin mill-aktar fis possibbli sabiex jistabbilixxu l-ammont dovut għall-kwantità li teċċedi dan il-limitu.

2.   Min-naħa l-oħra, fil-każ li l-Partijiet jiftiehmu dwar tnaqqis ta' l-opportunitajiet ta' sajd previsti fl-Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tiġi mnaqqsa proporzjonalment u pro rata temporis.

3.   It-tqassim ta' l-opportunitajiet ta' sajd fost il-kategoriji differenti ta' bastimenti jista' wkoll ikun suġġett għal reviżjoni bi qbil komuni bejn il-Partijiet u fir-rispett ta' kull rakkomandazzjoni jew riżoluzzjoni eventwali ta' l-IOTC, dwar il-ġestjoni ta' l-istokks, li tista' tiġi milquta minn dan it-tqassim ġdid. Il-Partijiet għandhom jiftiehmu dwar l-aġġustament korrispondenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja jekk it-tqassim il-ġdid ta' l-opportunitajiet ta' sajd jiġġustifika dan.

Artikolu 5

Opportunitajiet ġodda ta' sajd

1.   Fil-każ li l-bastimenti Komunitarji jkunu interessati f'xi attivitajiet ta' sajd li mhumiex previsti fl-Artikolu 1, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel l-għoti ta' awtorizzazzjoni għal tali attivitajiet u, fejn ikun il-każ, jiftiehmu dwar il-kondizzjonijiet applikabbli għal dawn l-attivitajiet ta' sajd, inklużi l-emendi korrispondenti li jkunu meħtieġa li jsiru lil dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

2.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu s-sajd sperimentali, partikolarment ta' dawk l-ispeċi ta' l-ilmijiet fondi, preżenti fl-ibħra tas-Seychelles. Għal dan il-għan, u fuq it-talba ta' xi Parti minnhom, huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin u jiddeterminaw, każ b'każ, dawk l-ispeċi, il-kondizzjonijiet u l-parametri l-oħra li jkunu relevanti.

Il-Partijiet għandhom iwettqu sajd sperimentali skond il-parametri miftiehma bejn iż-żewġ Partijiet fi ftehim amministrattiv fejn dan ikun opportun. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd sperimentali għandhom jiġu miftiehma għal perjodu massimu ta' sitt xhur.

Fil-każ li l-Partijiet iqisu li l-kampanji sperimentali ikunu taw riżultati pożittivi, il-Gvern tas-Seychelles jista' jqassam l-opportunitajiet tas-sajd ta' l-ispeċi l-ġodda lill-flotta Komunitarja sa meta jiskadi l-Protokoll preżenti. Il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 2(1) konsegwentement tiżdied.

Artikolu 6

Sospensjoni u reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Fejn, minħabba ċirkostanzi li jkunu imputabbli esklussivament għal xi tort jew negliġenza tas-Seychelles, ma jkunux jistgħu isiru attivitajiet tas-sajd fl-ibħra tas-Seychelles, il-Komunità Ewropea tista', wara konsultazzjonijiet mas-Seychelles, tissospendi l-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, bil-kondizzjoni li l-Komunità Ewropea tkun ħallset l-ammont kollu dovut sal-mument tas-sospensjoni.

2.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jissokta minn meta s-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal u wara konsultazzjonijiet u bi qbil bejn iż-żewġ Partijiet li jikkonfermaw li s-sitwazzjoni tkun tali li tippermetti t-tkomplija ta' l-attivitajiet normali tas-sajd.

Artikolu 7

Appoġġ għal sajd responsabbli u sostenibbli fl-ibħra tas-Seychelles

1.   Parti li tikkonsisti fis-36 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 2(1) ta' dan il-Protokoll għandha tiġi destinata għall-iżvilupp u l-implementazzjoni ta' politika settorjali tas-sajd fis-Seychelles bil-għan li jiġi promoss is-sajd responsabbli u sostenibbli fl-ibħra tagħhom. L-amministrazzjoni ta' din il-kontribuzzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-indentifikazzjoni mill-Partijiet, bi qbil komuni, ta' l-għanijiet li għandhom jintlaħqu u tal-programazzjoni annwali u multi-annwali sabiex jintlaħqu.

2.   Bil-għan li jiġi implementat il-paragrafu 1, il-Komunità u s-Seychelles għandhom jiftiehmu fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta prevista fl-Artikolu 7 tal-Ftehim, mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, u sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, dwar Programm Settorjali Multi-annwali, u dwar il-modalitajiet ta' l-applikazzjoni tiegħu, li jinkludi partikolarment:

a)

il-linji ta' gwida fuq bażi annwali u multi-annwali, li fuqhom tintuża l-perċentwali tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-paragrafu 1;

b)

l-għanijiet li għandhom jintlaħqu fuq bażi annwali u multi-annwali bl-għan li, eventwalment, jiġi introdott is-sajd sostenibbli u responsabbli, b'kont meħud tal-prijoritajiet espressi mis-Seychelles fi ħdan il-politika nazzjonali tas-sajd jew politika oħra li jkollha rabta ma' jew impatt fuq il-promozzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli;

c)

 il-kriterji u l-proċeduri li jintużaw sabiex issir valutazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi annwali.

3.   Kull modifika proposta għall-Programm Settorjali Multi-annwali għandha tiġi approvata miż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta.

4.   Kull sena, għandu jiġi deċiż mis-Seychelles kif issir l-allokazzjoni tal-parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-paragrafu 1 għall-finijiet ta' l-implementazzjoni tal-Programm multi-annwali. Fir-rigward ta' l-ewwel sena ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll, dan l-ammont għandu jiġi komunikat lill-Komunità fil-mument ta' l-approvazzjoni fil-Kummissjoni Konġunta tal-Programm Settorjali Multi-annwali. Għal kull sena segwenti, dan l-ammont għandu jiġi komunikat mis-Seychelles lill-Komunità sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel.

5.   Fil-każ li l-valutazzjoni annwali tar-riżultati ta' l-implementazzjoni tal-Programm Settorjali Multi-annwali tiġġustifika li dan isir, il-Komunità Ewropea tista' titlob, bl-approvazzjoni tal-Kumitat Konġunt, bidla fil-kontribuzzjoni finanzjarja unika prevista fl-Artikolu 2(1), sabiex l-ammont effettiv tal-fondi allokati għall-implementazzjoni tal-Programm jiġi adattat għal dawn ir-riżultati.

Artikolu 8

Nuqqas ta' qbil – sospensjoni ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll

1.   Kull nuqqas ta' qbil bejn il-Partijiet fir-rigward ta' l-interpretazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll jew fir-rigward ta' l-applikazzjoni tiegħu għandu jkun is-suġġett ta' konsultazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta prevista fl-Artikolu 7 tal-Ftehim, jekk dan ikun meħtieġ, li tiltaqa' f'seduta straordinarja.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 9, l-applikazzjoni tal-Protokoll tista' tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet jekk in-nuqqas ta' qbil bejn il-Partijiet jitqies bħala wieħed gravi u jekk il-konsultazzjonijiet kondotti fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta skond il-paragrafu 1 ma jkunux irriżultaw f'soluzzjoni bonarja.

3.   Is-sospensjoni ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll għandha tkun suġġetta għan-notifika mill-Parti interessata ta' l-intenzjoni tagħha bil-miktub, mill-anqas tliet xhur qabel id-data li fiha din is-sospensjoni tidħol fis-seħħ.

4.   Fil-każ ta' sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bl-għan li jsibu soluzzjoni bonarja għan-nuqqas ta' qbil bejniethom. Hekk kif tinstab tali soluzzjoni, l-applikazzjoni tal-Protokoll għandha tkompli u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis skond it-tul ta' żmien li matulu l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża.

Artikolu 9

Sospensjoni ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll minħabba nuqqas ta' ħlas

Suġġett għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 3, fil-każ li l-Komunità Ewropea tonqos milli tagħmel il-ħlasijiet previsti fl-Artikolu 2, l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll tista' tiġi sospiża mis-Seychelles.

Artikolu 10

Leġislazzjoni nazzjonali

L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità fis-Seychelles għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet u għar-regolamenti nazzjonali, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor taħt dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

Artikolu 11

Klawżola ta' reviżjoni

Wara t-tielet anniversarju ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll u ta' l-Anness tiegħu, il-Partijiet għandhom jirrivedu l-applikazzjoni tal-Protokoll u l-Anness tiegħu u, fejn ikun il-każ, jikkonsultaw dwar kwalunkwe emendament tad-disposizzjonijiet tagħhom. Dawn l-emendi jistgħu jinkludu t-tunnellaġġ ta' referenza u l-ħlasijiet bil-quddiem imwettqa għal-liċenzji kif ukoll għall-proporzjon bejn l-ammont għal kull tunnellata metrika indikat fl-Artikolu 2(4) u l-ammont indikat fit-Taqsima 2(2) ta' l-Anness.

ARTIKOLU 12

Taħsir

Il-Protokoll u l-Anness I, datati s-17 ta' Jannar 2002, mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tas-Seychelles, li daħal fis-seħħ fit-28 ta' Ottubru 1987, huma b'dan revokati u sostitwiti b'dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-iskop.

2.   Dan il-Protokoll għandu japplika mit-18 ta' Jannar 2005 'il quddiem.

Top