This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0850
2005/850/EC: Commission Decision of 25 November 2005 amending Decision 2003/61/EC authorising certain Member States to provide for temporary derogations from certain provisions of Council Directive 2000/29/EC in respect of seed potatoes originating in certain provinces of Canada (notified under document number C(2005) 4526)
2005/850/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Novembru 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2003/61/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jipprovdu għal derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta’ patata għaż-żrigħ li toriġina minn ċerti provinċji tal-Kanada (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4526)
2005/850/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Novembru 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2003/61/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jipprovdu għal derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta’ patata għaż-żrigħ li toriġina minn ċerti provinċji tal-Kanada (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4526)
ĠU L 315, 1.12.2005, p. 18–19
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 630–631
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2008
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32003D0061 | Emenda | artikolu 10.3 | 25/11/2005 | |
Modifies | 32003D0061 | Sostituzzjoni | artikolu 14.3 | 25/11/2005 | |
Modifies | 32003D0061 | Emenda | artikolu 15 | 25/11/2005 | |
Modifies | 32003D0061 | Emenda | artikolu 1.1 | 25/11/2005 | |
Modifies | 32003D0061 | Sostituzzjoni | artikolu 14.2 | 25/11/2005 | |
Modifies | 32003D0061 | Emenda | artikolu 1.2 | 25/11/2005 | |
Modifies | 32003D0061 | Emenda | artikolu 8 | 25/11/2005 |
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
630 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Novembru 2005
li temenda d-Deċiżjoni 2003/61/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jipprovdu għal derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta’ patata għaż-żrigħ li toriġina minn ċerti provinċji tal-Kanada
(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4526)
(It-testi bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Malti u bil-Portugiż biss huma awtentiċi)
(2005/850/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar miżuri ta' ħarsien kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti, kif ukoll kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Skond id-Direttiva 2000/29/KE, il-patata għaż-żrigħ li toriġina mill-Kanada ma tistax tiddaħħal fil-Komunità. Madankollu, id-Direttiva tippermetti derogi minn dik ir-regola, dejjem jekk ma jkunx hemm riskju li jixterdu organiżmi li jagħmlu l-ħsara. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/61/KE (2) tipprevedi deroga għall-importazzjoni ta' patata għaż-żrigħ li toriġina minn ċerti provinċji tal-Kanada fil-Greċja, l-Italja, l-Portugall u Spanja soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet speċifiċi. |
(3) |
Il-Portugall talab għal estensjoni ta’ dik id-deroga. |
(4) |
Is-sitwazzjoni li tiġġustifika dik id-deroga ma tbiddlitx u, għalhekk, id-deroga għandha tkompli tapplika. |
(5) |
Id-deroga fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/61/KE għandha tiġi estiża għal Stati Membri ġodda b'kundizzjonijiet klimatiċi simili għal dawk imsemmija fid-Deċiżjoni. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2003/61/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2003/61/EC hija emendata kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 1(1), il-kliem “il-Greċja, l-Italja, il-Portugall u Spanja” jinbidlu b’“il-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru, Malta, u l-Portugall”. |
2. |
L-Artikolu 1(2)(c) jinbidel b'dan li ġej:
|
3. |
Fl-Artikolu 8 jiżdiedu dawn li ġejjin mal-lista ta' portijiet:
|
4. |
Fl-Artikolu 10 (3) it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej: “Sal-15 ta’ April ta’ kull kalendarju li fih isseħħ l-importazzjoni, il-korpi uffiċjali responsabbli ta’ Stat Membru li qiegħed juża din id-deroga jeħtieġilhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, bil-ħsieb li jorganizzaw l-eżaminazzjoni u l-irreġistrar tagħha.” |
5. |
Fl-Artikolu 14, it-tieni u t-tielet paragrafu jinbidlu b'dan li ġej: “L-Istat Membru ta’ l-importazzjoni jeħtieġlu jinforma lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra, qabel l-1 ta’ Ġunju ta’ kull sena kalendarja li fiha sseħħ l-importazzjoni, b'tagħrif dwar l-ammonti (lottijiet ta' patata għaż-żrigħ/kunsinji) importati skond din id-Deċiżjoni u b'rapport tekniku ddettaljat dwar l-eżaminazzjoni uffiċjali msemmija fl-Artikolu 10. F’dawk il-każi fejn Stati Membri wettqu eżaminazzjonijiet uffiċjali fuq il-kampjuni msemmija fl-Artikolu 10, ir-rapporti ddettaljati ta' eżaminazzjonijiet bħal dawn jitressqu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Ġunju ta’ kull sena kalendarja.” |
6. |
Fl-Artikolu 15, “il-31 ta' Marzu 2005” tinbidel b’“il-31 ta' Marzu 2008”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ Malta, u r-Repubblika Portugiża.
Magħmul fi Brussell, nhar il-25 ta’ Novembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/16/KE (ĠU L 57, 3.3.2005, p. 19).
(2) ĠU L 23, 28.1.2003, p. 31.