This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0819
2005/819/EC,Euratom: Commission Decision of 21 November 2005 authorising the Republic of Lithuania to use certain approximate estimates for the calculation of the VAT own resources base (notified under document number C(2005) 4429)
2005/819/KE; EURATOM: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Novembru 2005 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja li tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi ta' riżorsi proprji tal-VAT (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4429)
2005/819/KE; EURATOM: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Novembru 2005 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja li tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi ta' riżorsi proprji tal-VAT (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4429)
ĠU L 305, 24.11.2005, p. 40–40
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 614–614
(MT)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/11/2014
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32014D0846 | Żieda | artikolu 1 BI |
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
614 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Novembru 2005
li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja li tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi ta' riżorsi proprji tal-VAT
(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4429)
(It-test Litwan biss huwa awtentiku)
(2005/819/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003,
Billi:
(1) |
Taħt l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (2), minn hawn ’il quddiem imsejħa “is-sitt Direttiva”, l-Istati Membri jistgħu jissoktaw jeżentaw jew jintaxxaw ċerti tranżazzjonijiet; dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-bażi ta’ riżorsi tal-VAT; |
(2) |
Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 28(3) tas-sitt Direttiva, il-paragrafu 1 tat-Taqsima 8 (Tassazzjoni) ta’ l-Anness IX ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Litwanja fil-Komunitajiet Ewropej (3) jawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja li teżenta ċerti tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness F tas-sitt Direttiva; |
(3) |
Ir-Repubblika tal-Litwanja ma tistax tagħmel kalkolu preċiż tal-bażi ta’ riżorsi proprji tal-VAT għal ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness F tas-sitt Direttiva; dan il-kalkolu x’aktarx jinvolvi piż amministrattiv mhux ġustifikat meta mqabbel ma’ l-effett ta’ dawn it-tranżazzjonijiet fuq il-bażi ta’ riżorsi proprji tal-VAT totali tar-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Litwanja għandha għaldaqstant, skond l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89, tiġi awtorizzata tikkalkula l-bażi tal-VAT billi tuża stimi approssimattivi; |
(4) |
Il-Kumitat ta’ Konsultazzjoni dwar ir-Riżorsi Proprji approva r-rapport li jirreġistra l-opinjonijiet tal-membri tiegħu dwar din id-Deċiżjoni; |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-iskop ta’ kalkolu tal-bażi ta' riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta’ Mejju 2004, ir-Repubblika tal-Litwanja hija awtorizzata, skond it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89, li tuża stimi approssimattivi fir-rigward tal-parti domestika tat-trasport tal-passiġġieri internazzjonali (l-Anness F, punt 17 tas-sitt Direttiva).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.
Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta’ Novembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Dalia GRYBAUSKAITE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9. Regolament hekk kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).
(2) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva hekk kif emendata bid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).
(3) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 842.