This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0759
2005/759/EC: Commission Decision of 27 October 2005 concerning certain protection measures in relation to highly pathogenic avian influenza in certain third countries and the movement from third countries of birds accompanying their owners (notified under document number C(2005) 4287) (Text with EEA relevance)
2005/759/KE: Deċiżjoni tal-Kummisjoni tas- 27 ta’ Ottubru 2005 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’ċerti pajjiżi terziu l-moviment minn pajjiżi terzi ta’ għasafar akkumpanjati minn sidhom (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4287) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
2005/759/KE: Deċiżjoni tal-Kummisjoni tas- 27 ta’ Ottubru 2005 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’ċerti pajjiżi terziu l-moviment minn pajjiżi terzi ta’ għasafar akkumpanjati minn sidhom (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4287) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 285, 28.10.2005, p. 52–59
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 511–518
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 21/12/2006; Imħassar b' 32007D0025
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32005D0759R(01) | (CS, DA, DE, EL, EN, ES, ET, FI, FR, HU, IT, LT, LV, NL, PL, PT, SK, SL, SV) | |||
Validity extended by | 32005D0862 | 31/01/2006 | |||
Modified by | 32005D0862 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 30/11/2005 | |
Modified by | 32005D0862 | Emenda | artikolu 5 | 30/11/2005 | |
Modified by | 32005D0862 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 30/11/2005 | |
Modified by | 32005D0862 | Sostituzzjoni | anness 1 | 30/11/2005 | |
Validity extended by | 32006D0079 | 31/05/2006 | |||
Modified by | 32006D0079 | DATE artikolu 5 | |||
Validity extended by | 32006D0405 | 31/07/2006 | |||
Modified by | 32006D0405 | DATE artikolu 5 | |||
Modified by | 32006D0522 | DATE artikolu 5 | |||
Modified by | 32006D0522 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 20060725 | |
Validity extended by | 32006D0522 | 31/12/2006 | |||
Repealed by | 32007D0025 |
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
511 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISJONI
tas-27 ta’ Ottubru 2005
dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’ċerti pajjiżi terziu l-moviment minn pajjiżi terzi ta’ għasafar akkumpanjati minn sidhom
(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4287)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/759/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) 998/2003 tas-26 ta’ Mejju 2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa ta' l-annimali applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-influwenza tat-tjur hija marda virali li tittieħed fit-tjur tar-razzett u fl-għasafar, u tikkawża l-mewt u disturbi li malajr jistgħu jikbru għal proporzjonijiet epiżotiċi u li jistgħu jkunu ta’ theddida serja għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali u jistgħu jikkawżaw telf kbir fil-qligħ ta’ l-irziezet tat-tjur. Hemm riskju li l-aġent tal-marda jista’ jiddaħħal permezz tal-kummerċ internazzjonali fl-għasafar ħajjin għajr it-tjur tar-razzett, inkluż l-għasafar akkumpanjati minn sidhom (għasafar pets) |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/666/KE tas-16 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta' għasafar, barra min tjur u l-kondizzjonijiet għal kwarantina (2) tipprevedi li l-Istati Membri jridu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-għasafar minn pajjiżi terzi elenkati bħala membri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa ta' l-Annimali (OIE). Il-pajjiżi elenkati fl-Anness ta' din id-deċiżjoni huma membri ta’ l-OIE u skond dan l-Istati Membri huma meħtieġa jaċċettaw importazzjonijiet ta’ għasafar, għajr it-tjur tar-razzett, minn dawn il-pajjiżi skond id-Deċiżjoni 2000/66/KE. |
(3) |
Fejn meħtieġ, għandha ssir referenza wkoll għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tfassal lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi membri, u tistipola kundizzjonijiet għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali u veterinarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (3). |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE jipprevedi reġimi ta’ kontroll veterinarju differenti skond in-numru ta’ annimali. Jixraq li jintużaw dawk id-differenzjazzjonijiet fin-numru minħabba f’din id-Deċiżjoni. |
(5) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa ta' l-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) ta' Direttiva 90/425/KEE (4) teħtieġ li l-annimali importati jgħaddu mill-kontrolli skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KE. |
(6) |
Skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandhom japplikaw il-miżuri ta' salvagwardja meħuda skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEEfn, u partikolarment l-Artikolu 18(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (5), u partikolarment l-Artikolu 18(1) tagħha |
(7) |
Ġiet lokalizzata influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’għasafar importati fi kwarantina fi Stat Membru, u jidher għalhekk xieraq illi tiġi sospiża l-importazzjoni ta’ dawn l-għasafar minn ċerti żoni ta’ riskju u li tintuża għad-definizzjoni taż-żoni referenza għall-Kummissjonijiet Reġjonali relevanti ta’ l-OIE |
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Moviment minn pajjiżi terzi
1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss il-moviment ta’ konsenji b’inqas minn 5 għasafar pets ħajjin. Moviment bħal dawn huwa awtorizzat jekk dawn l-għasafar jiċċaqalqu minn pajjiż membru ta’ l-OIE li jagħmel parti minn Kummissjoni Reġjonali relevanti mhux elenkata fl-Anness I.
2. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss il-moviment ta’ konsenji b’inqas minn 5 għasafar pets ħajjin. Moviment bħal dawn huwa awtorizzat jekk dawn l-għasafar jiċċaqalqu minn pajjiż membru ta’ l-OIE li jagħmel parti minn Kummissjoni Reġjonali relevanti elenkata fl-Anness I.
a) |
ikunu għaddew minn 30 jum iżolament ta’ qabel l-esportazzjoni fil-post ta-tluq f'pajjiż terz elenkat fid-Deċiżjoni 79/542/KEE, jew |
b) |
jgħaddu minn 30 jum kwarantina ta’ wara l-importazzjoni fl-Istat Membru destinatarju fi stabbiliment approvat skond l-Artikolu 3 (4) tad-Deċiżjoni 2000/666/KE, jew |
c) |
ikunu ġew vaċċinati u mill-inqas darb’ oħra jkunu reġgħu ġew vaċċinati fl-aħħar sitt xhur u mhux aktar tard minn 60 jum qabel ma jintbagħtu, skond l-instruzzjonijiet tal-manifattur kontra l-influwneza tat-tjur bl-użu ta’ vaċċin H5 approvat għall-ispeċi kkonċernata, jew |
d) |
ikunu ġew iżolati għal mill-inqas 10 ijiem qabel l-esportazzjoni u jkunu għaddew minn test għas-sejbien ta’ l-antiġen jew il-ġenoma H5N1, kif stipulat fil-kapitolu 2.1.14 tal-Manual of Diagnostic Tests and Vaccines for Terrestrial Animals, b’dan it-test li jsir fuq kampjun meħud mhux qabel it-tielet jum ta’ l-iżolament. |
3. Il-konformità mal-kundizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi ċċertifikata minn veterinarju uffiċjali, fil-każ tal-kundizzjonijiet f’2 (b) ibbażati fuq dikjarazzjoni tas-sidien, fil-pajjiz terz li qed jibgħat, skond iċ-ċertifikat mudell previst fl-Anness II.
4. Iċ-ċertifikat veterinarju għandu jkun akkumpnajat minn
a) |
dikjarazzjoni tas-sid jew rappreżentant tas-sid skond l-Anness III, |
b) |
konferma kif ġej: “Għasafar pets skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2005/759/KE (din id-Deċiżjoni)”. |
Artikolu 2
Kontrolli veterinarji
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-għasafar pets imdaħħla fit-territorju tal-Komunità minn pajjiż terz ikunu soġġetti għal kontrolli tad-dokumenti u ta’ l-identità mill-awtoritajiet kompetenti fil-punt tal-wasla tal-vjaġġaturi fit-territorju Komunitarju.
2. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 li huma responabbli għal kontrolli bħal dawn, u għandhom jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni minnufih.
3. Kull Stat Membru għandu jfassal lista ta' punti tal-wasla kif imsemmija fil-paragrafu 1 u jgħadduhom lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
4. Meta kontrolli bħal dawn jikxfu li l-annimali ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stipolati f'din id-Deċiżjoni, għandu japplika t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għall-moviment fuq it-territorju tal-Komunità ta’ għasafar akkumpanjati minn sidhom mill-Andorra, il-Gżejjer Faroe, Greenland, l-Iżlanda, Liechtenstein, in-Norveġja, San Marino jew l-Iżvizzera.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom minnufih jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ Novembru 2005.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar is-27 ta’ Ottubru 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Regolament kif emendad l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 529/2004 (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 7).
(2) ĠU L 278, 31.10.2000, p. 26. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2002/279/KE (ĠU L 99, 16.4.2002, p. 17).
(3) ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/372/KE (ĠU L 118, 23.4.2004, p. 45).
(4) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.
(5) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.
ANNESS I
Pajjiżi terzi li jagħmlu parti mill-Kummissjonijiet Reġjonali ta’ l-OIE, kif imsemmija fl-Artikolu 1, ta':
— |
L-Afrika, |
— |
L-Amerika (ta’ Fuq u t’Isfel) |
— |
L-Ażja, il-Lvant Imbiegħed u l-Oċeanja, |
— |
L-Ewropa, u |
— |
Il-Lvant Nofsani |
ANNESS III
Dikjarazzjoni tas-sid jew rapprżentant tas-sid ta’ l-għasafar pets
Jien, is-sid (1) / ir-rappreżentant tas-sid (1) hawn taħt iffirmat niddikjara li:
1. |
L-għasafar se jkunu akkumpanjati waqt il-moviment tagħhom minn persuna responsabbli għall-annimali. |
2. |
L-annimali mhumiex maħsuba għal għanijiet kummerċjali. |
3. |
Waqt il-perjodu bejn l-ispezzjoni veterinarja ta’ qabel il-moviment u t-tluq attwali, l-għasafar se jibqgħu iżolati minn kull kuntatt possibbli ma’ għasafar oħra. |
4. |
L-annimali għaddew mit-30 jum ta’ iżolament ta’ qabel il-moviment mingħajr ma ġew f’kuntatt ma’ kwalunkwe għasfur iħeor mhux kopert minn dan iċ-ċertfikat (1). |
5. |
Għamilt arranġamenti għat-30 jum kwarantina ta’ wara l-importazzjoni fl-istabbiliment tal-kwarantina ta’…, kif indikat fil-punt I.12 taċ-ċertifikat (1). |
…
Data u Post
…
Firma
INTERNAL CODE |
ENGLISH |
TRANSLATION |
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.1 |
I, the undersigned official veterinarian of (insert name of third country) certify that: |
|
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.2 |
|
|
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.3 |
|
|
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.4 |
|
|
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.5 |
either [they have been confined on the premises specified in point I.11 under official supervision for at least 30 days prior to dispatch and effectively protected from contacts with other birds] |
|
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.6 |
or [they are destined, as indicated in point I.12 for a quarantine station approved in accordance with Article 3 (4) of Decision 2000/666/EC] |
|
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.7 |
or [they have been vaccinated and at least on one occasion re-vaccinated within the last 6 months and not later than 60 days prior to dispatch, in accordance with the manufacturer’s instructions against avian influenza using an H5 vaccine approved for the species concerned] |
|
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.8 |
or [they have been isolated for at least 10 days prior to export and have been subjected to a test for the detection of H5N1 antigen or genome, as prescribed in Chapter 2.1.14 of the Manual of Diagnostic Tests and Vaccines for Terrestrial Animals, carried out on a sample taken not earlier than on the third day of isolation] |
|
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.9 |
|
|
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.10 |
|
|
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.11 |
|
|
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.12 |
|
|
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.13 |
|
|
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.14 |
|
|
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.15 |
Notes |
|
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.16 |
|
|
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.17 |
|
|
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.18 |
Description of commodity |
|
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.19 |
Commodities certified for |
|
||
IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.20 |
Identification of the commodities |
|
||
Import.name. IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII |
Pet birds |
|
(1) Ħassar kif xieraq.