Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0325

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Marzu 2005 teħles lir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta u l-Polonja mill-obbligu li japplikaw għal ċerti speċi d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 1999/105/KEE u 2002/57/KE dwar il-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ tax-xtieli għall-għalf, żrieragħ taċ-ċereali, materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli, materjal riproduttiv tal-foresti u żrieragħ ta’ xtieli għaż-żejt u l-fibra rispettivament (notifikata taħt id-dokoment nru. C(2005)525)(Test b’rilevanza għaż-ŻEE.)

    ĠU L 109, 29.4.2005, p. 1–5 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/11/2010; Imħassar b' 32010D0680 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/325/oj

    29.4.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    1


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-8 ta’ Marzu 2005

    teħles lir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta u l-Polonja mill-obbligu li japplikaw għal ċerti speċi d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 1999/105/KEE u 2002/57/KE dwar il-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ tax-xtieli għall-għalf, żrieragħ taċ-ċereali, materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli, materjal riproduttiv tal-foresti u żrieragħ ta’ xtieli għaż-żejt u l-fibra rispettivament

    (notifikata taħt id-dokoment nru. C(2005)525)

    (It-testi biċ-Ċek, l-Estonjan, il-Grieg, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti u l-Polakk biss huma awtentiċi)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2005/325/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ tax-xtieli għall-għalf (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23a tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ taċ-ċereali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 23a tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta’ April 1968 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 18a tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-foresti (4), u partikolarment l-Artikolu 20 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ tal-pjanti għaż-żejt u tal-fibra (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 28 tagħha,

    Wara li kkunsidrat it-talbiet imressqa mir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta u l-Polonja,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 1999/105/KE u 2002/57/KE jistipulaw ċerti proviżjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ tax-xtieli għall-għalf, żrieragħ taċ-ċereali, materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli, materjal riproduttiv tal-foresti u żrieragħ ta’ xtieli għaż-żejt u l-fibra rispettivament. Dawk id-Direttivi jipprovdu wkoll li, taħt ċerti kundizzjonijiet, xi Stati Membri jistgħu jinħelsu għal kollox jew parzjalment mill-obbligu li japplikaw dawk id-Direttivi fir-rigward ta’ ċerti speċi jew materjal.

    (2)

    Iż-żerriegħa ta’ l-ispeċi stipulati fil-Partijiet I, II u V ta’ l-Anness normalment ma jiġux riprodotti jew ikkummerċjalizzati f’xi Stati Membri. Barra minn hekk, il-kultivazzjoni tad-dwieli u l-ikkumerċjalizzar tal-materjal ta’ propagazzjoni msemmi fil-Parti III ta’ l-Anness huma ta’ importanza ekonomika minima f’xi Stati Membri. Is-siġar li l-ispeċi tagħhom jissemmew fil-Parti IV ta’ l-Anness ukoll mhumiex ta’ importanza forestali f’xi Stati Membri.

    (3)

    Sakemm idumu japplikaw dawn il-kundizzjonijiet, l-Istati Membri rilevanti għandhom jinħelsu mill-obbligu li japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 1999/105/KE u 2002/57/KE għall-ispeċi u l-materjal konċernat.

    (4)

    Il-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2199/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2003 li jistipola miżuri ta’ transizzjoni għall-applikazzjoni, fir-rigward tas-sena 2004, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1259/1999 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iskema ta’ ħlas uniku għaż-żona għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja. (6)

    (5)

    Il-miżuri maħsuba f’din id Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u x-Xjenza Forestali.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   L-Istati Membri elenkati fil-Parti I ta’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni huma b’dan meħlusa mill-obbligu li japplikaw id-Direttiva 66/401/KEE, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 14(1) tagħha, lill-ispeċi elenkati fl-ewwel kolonna tat-tabella.

    2.   L-Istati Membri elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni huma b’dan meħlusa mill-obbligu li japplikaw id-Direttiva 66/402/KEE, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 14(1) tagħha, u fil-każ tal-Latvja bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 19(1) fir-rigward tal-qamħirrun ukoll, lill-ispeċi elenkati fl-ewwel kolonna tat-tabella.

    3.   L-Istati Membri elenkati fil-Parti III ta’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni huma b’dan meħlusa mill-obbligu li japplikaw id-Direttiva 68/193/KEE, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 12 u 12(a) tagħha, lill-ispeċi elenkati fl-ewwel kolonna tat-tabella.

    4.   L-Istati Membri elenkati fil-Parti IV ta’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni huma b’dan meħlusa mill-obbligu li japplikaw id-Direttiva 1999/105/KE, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 17(1) tagħha, lill-ispeċi elenkati fl-ewwel kolonna tat-tabella.

    5.   L-Istati Membri elenkati fil-Parti V ta’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni huma b’dan meħlusa mill-obbligu li japplikaw id-Direttiva 2002/57/KE, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 17 tagħha, u fil-każ ta’ Malta bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 9(1) fir-rigward tal-ġirasol, lill-ispeċi elenkati fl-ewwel kolonna tat-tabella.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta u r-Repubblika tal-Polonja.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-8 ta’ Marzu 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Is-Sur Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU 125, tal-11.7.1966, p. 2298/66. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/117/KE (ĠU L 14, tat-18.1.2005, p. 18).

    (2)  ĠU 125, tal-11.7.1966, p. 2309/66. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/117/KE.

    (3)  ĠU L 93, tas-17.4.1968, p. 15. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, tat-18.10.2003, p. 1).

    (4)  ĠU L 11, tal-15.1.2000, p. 17.

    (5)  ĠU L 193, ta’ l-20.7.2002, p. 74. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE (ĠU L 165, 3.7.2003, p. 23).

    (6)  ĠU L 328, tas-17.12.2003, p. 21. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) 1766/2004 (ĠU L 315, ta’ l-14.10.2004, p. 27).


    ANNESS

    Tifsir

    Taqsiriet

    CZ

    :

    ir-Repubblika Ċeka,

    EE

    :

    ir-Repubblika ta’ l-Estjona,

    CY

    :

    ir-Repubblika ta’ Ċipru,

    LV

    :

    ir-Repubblika tal-Latvja,

    LT

    :

    ir-Repubblika tal-Litwanja,

    MT

    :

    ir-Repubblika ta’ Malta,

    PL

    :

    ir-Repubblika tal-Polonja,

    Tidher il-marka X taħt it-titlu għal kull Stat Membru meħlus mill-obbligu

    Parti I — Direttiva 66/401/KEE

     

    CZ

    EE

    CY

    LV

    LT

    MT

    PL

    Agrostis canina

     

     

     

    X

     

     

     

    Alopecurus pratensis

     

     

     

     

     

    X

     

    Arrhenatherum elatius

     

     

     

     

     

    X

     

    Bromus catharticus

     

     

     

    X

    X

    X

     

    Bromus sitchensis

     

     

     

    X

    X

    X

    X

    Cynodon dactylon

    X

     

     

    X

    X

     

    X

    Dactylis glomerata

     

     

     

     

     

    X

     

    Festuca arundinacea

     

     

     

     

     

    X

     

    x Festulolium

     

     

     

     

     

    X

     

    Lolium x boucheanum

     

     

     

     

     

    X

     

    Phalaris aquatica

     

     

     

    X

    X

    X

    X

    Phleum bertolinii

     

     

     

     

     

    X

     

    Phleum pratense

     

     

     

     

     

    X

     

    Poa annua

     

     

     

     

     

    X

    X

    Poa nemoralis

     

     

     

    X

     

    X

     

    Poa palustris

     

     

     

     

     

    X

     

    Poa trivialis

     

     

     

     

     

    X

     

    Trisetum flavescens

     

     

     

    X

     

    X

    X

    Hedysarum coronarium

    X

     

     

    X

    X

     

    X

    Lotus corniculatus

     

     

     

     

     

    X

     

    Lupinus albus

     

     

     

     

     

    X

     

    Lupinus angustifolius

     

     

     

     

     

    X

     

    Lupinus luteus

     

     

     

     

     

    X

     

    Medicago lupulina

     

     

     

    X

     

    X

     

    Medicago x varia

     

     

     

     

     

    X

     

    Onobrychis viciifolia

     

     

     

     

     

    X

     

    Trifolium alexandrinum

     

     

     

    X

     

     

    X

    Trifolium hybridum

     

     

     

     

     

    X

     

    Trifolium incarnatum

     

     

     

    X

     

    X

     

    Trifolium repens

     

     

     

     

     

    X

     

    Trifolium resupinatum

     

     

     

    X

     

    X

     

    Trigonella foenum-graecum

     

     

     

    X

    X

    X

    X

    Vicia pannonica

     

     

     

    X

     

    X

    X

    Vicia villosa

     

     

     

     

     

    X

     

    Brassica napus var. napobrassica

     

     

     

     

     

    X

     

    Phacelia tanacetifolia

     

     

     

     

     

    X

     

    Raphanus sativus var. oleiformis

     

     

     

     

     

    X

     


    Parti II — Direttiva 66/402/KEE

     

    CZ

    EE

    CY

    LV

    LT

    MT

    PL

    Oryza sativa

    X

    X

     

    X

    X

    X

    X

    Phalaris canariensis

     

    X

     

    X

     

     

     

    Sorghum bicolor

     

    X

     

    X

     

     

    X

    Sorghum sudanense

     

    X

     

    X

    X

     

    X

    Sorghum bicolor x Sorghum sudanense

     

    X

     

    X

     

     

    X

    Zea mays

     

     

     

    X

     

     

     


    Parti III — Direttiva 68/193/KEE

     

    CZ

    EE

    CY

    LV

    LT

    MT

    PL

    Vitis

     

    X

     

    X

    X

     

    X


    Parti IV — Direttiva 1999/105/KE

     

    CZ

    EE

    CY

    LV

    LT

    MT

    PL

    Abies alba

     

    X

     

     

    X

    X

     

    Abies cephalonica

     

    X

     

     

    X

    X

     

    Abies grandis

     

    X

     

     

    X

    X

     

    Abies pinsapo

     

    X

     

     

    X

    X

     

    Acer platanoides

     

     

     

     

     

    X

     

    Acer pseudoplatanus

     

    X

     

     

    X

    X

     

    Alnus glutinosa

     

     

     

     

     

    X

     

    Alnus incana

     

     

     

     

     

    X

     

    Betula pendula

     

     

     

     

     

    X

     

    Betula pubescens

     

     

     

     

     

    X

     

    Carpinus betulus

     

    X

     

     

     

    X

     

    Castanea sativa

     

    X

     

     

    X

     

     

    Cedrus atlantica

     

    X

     

     

    X

    X

     

    Cedrus libani

     

    X

     

     

    X

    X

     

    Fagus sylvatica

     

    X

     

     

     

    X

     

    Fraxinus angustifolia

     

    X

     

     

    X

     

     

    Fraxinus excelsior

     

     

     

     

     

    X

     

    Larix decidua

     

     

     

     

     

    X

     

    Larix x eurolepis

     

     

     

     

     

    X

     

    Larix kaempferi

     

     

     

     

     

    X

     

    Larix sibirica

     

     

     

     

    X

    X

     

    Picea abies

     

     

     

     

     

    X

     

    Picea sitchensis

     

    X

     

     

    X

    X

     

    Pinus brutia

     

    X

     

     

    X

     

     

    Pinus canariensis

     

    X

     

     

    X

     

     

    Pinus cembra

     

    X

     

     

    X

    X

     

    Pinus contorta

     

     

     

     

    X

    X

     

    Pinus halepensis

     

    X

     

     

    X

     

     

    Pinus leucodermis

     

    X

     

     

    X

    X

     

    Pinus nigra

     

    X

     

     

    X

     

     

    Pinus pinaster

     

    X

     

     

    X

     

     

    Pinus pinea

     

    X

     

     

    X

     

     

    Pinus radiata

     

    X

     

     

    X

     

     

    Prunus avium

     

    X

     

     

     

     

     

    Pseudotsuga menziesii

     

     

     

     

    X

     

     

    Quercus cerris

     

    X

     

     

    X

     

     

    Quercis ilex

     

    X

     

     

    X

     

     

    Quercus petraea

     

    X

     

     

     

    X

     

    Quercus pubescens

     

    X

     

     

    X

    X

     

    Quercus rubra

     

     

     

     

     

    X

     

    Quercus suber

     

    X

     

     

    X

     

     

    Robinia pseudoacacia

     

    X

     

     

     

     

     

    Tilia cordata

     

     

     

     

     

    X

     

    Tilia platyphyllos

     

    X

     

     

     

    X

     


    Parti V — Direttiva 2002/57/KE

     

    CZ

    EE

    CY

    LV

    LT

    MT

    PL

    Arachis hypogea

    X

    X

     

    X

    X

    X

    X

    Brassica rapa

     

     

     

     

     

    X

     

    Brassica juncea

     

     

     

    X

     

    X

     

    Brassica napus

     

     

     

     

     

    X

     

    Brassica nigra

     

     

     

     

     

    X

    X

    Cannabis sativa

     

     

    X

     

     

    X

     

    Carthamus tinctorius

     

    X

     

    X

     

    X

    X

    Carum carvii

     

     

     

     

     

    X

     

    Gossypium spp.

    X

    X

     

    X

    X

    X

    X

    Helianthus annuus

     

     

     

     

     

    X

     

    Linum usitatissimum

     

     

     

     

     

    X

     

    Papaver somniferum

     

     

    X

     

     

    X

     

    Sinapis alba

     

     

     

     

     

    X

     

    Glycine max

     

     

     

    X

     

    X

     


    Top