This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R1995
Commission Regulation (EC) No 1995/2004 of 19 November 2004 accepting undertakings offered in connection with the anti-dumping proceeding concerning imports of certain grain oriented electrical sheets and strips of silicon-electrical steel with a width of more than 500 mm originating in the Russian Federation and continuing to make imports of certain grain oriented electrical sheets originating in the Russian Federation subject to registration
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1995/2004 tad- 19 ta' Novembru 2004 li jaċċetta garanziji offruti b’konnessjoni mal-proċess ta’ l- anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjoni ta’ ċerti pjanċi elettriċi orjentati skond il-vina u strippi ta’ l-azzar tas- silicon elettriċi b’wisa’ ta’ aktar minn 500mm li joriġinaw mil-Federazzjoni tar-Russja u jkompli jissoġġetta l-importazzjoni ta’ pjanċi elettriċi orjentati skond il-vina li joriġinaw mil-Federazzjoni tar-Russja għar-reġistrazzjoni.
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1995/2004 tad- 19 ta' Novembru 2004 li jaċċetta garanziji offruti b’konnessjoni mal-proċess ta’ l- anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjoni ta’ ċerti pjanċi elettriċi orjentati skond il-vina u strippi ta’ l-azzar tas- silicon elettriċi b’wisa’ ta’ aktar minn 500mm li joriġinaw mil-Federazzjoni tar-Russja u jkompli jissoġġetta l-importazzjoni ta’ pjanċi elettriċi orjentati skond il-vina li joriġinaw mil-Federazzjoni tar-Russja għar-reġistrazzjoni.
ĠU L 344, 20.11.2004, p. 21–23
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 329–331
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 20/05/2005
5.7.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
329 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1995/2004
tad-19 ta' Novembru 2004
li jaċċetta garanziji offruti b’konnessjoni mal-proċess ta’ l-anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjoni ta’ ċerti pjanċi elettriċi orjentati skond il-vina u strippi ta’ l-azzar tas-silicon elettriċi b’wisa’ ta’ aktar minn 500mm li joriġinaw mil-Federazzjoni tar-Russja u jkompli jissoġġetta l-importazzjoni ta’ pjanċi elettriċi orjentati skond il-vina li joriġinaw mil-Federazzjoni tar-Russja għar-reġistrazzjoni.
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni ta’ oġġetti li jkunu dumped minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 8, 21 and 22 (ċ) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat ta’ Konsulenza,
Billi:
A. PROĊEDURA
(1) |
Bir-Regolament (KE) Nru 990/2004 (2), wara reviżjonijiet interim, il-Kunsill emenda r-Regolament (KE) Nru 151/2003 (3) (“il-miżuri”) u impona dazju definittiv ta’ l-anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti pjanċi elettriċi orjentati skond il-vina b’wisa’ ta’ aktar minn 500mm (“il-prodott konċernat”) li joriġinaw fil-Federazzjoni tar-Russja (“Russja”). |
(2) |
F’Marzu 2004, il-Kummissjoni ħabbret permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (4) il-bidu tar-reviżjoni parzjali interim tal-miżuri fuq l-importazzjoni tal-prodott konċernat fir-Russja biex teżamina jekk għandhomx jiġu adattati biex jieħdu kont ta’ ċerti konsegwenzi tat-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea għal 25 Stati Membri (“tkabbir”). |
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li kien fl-interess tal-Komunità li tipprovdi għal adattament temporanju tal-miżuri eżistenti sabiex tevita impatt f’daqqa u eċċessivament negattiv fuq l-impurtaturi u l-utenti fl-għaxar Pajjiżi Membri li se jidħlu fl-Unjoni Ewropea (“l-UE10”) immedjatament wara t-tkabbir. Kien ikkunsidrat li l-aħjar mezzi biex jintlaħaq dan hu permezz ta’ l-aċċettazzjoni tal-garanziji offruti mill-partijiet li kkoperaw, b’element ta’ limiti kwantittativi. |
(4) |
Għalhekk, bir-Regolament (KE) Nru 1000/2004 (5) il-Kummissjoni aċċettat bħala miżura speċjali l-garanziji għal terminu qasir offruti minn (i) produttur li jesporta l-prodott konċernat fir-Russja, Novolipetsk Iron & Steel Corporation flimkien ma’ kumpanija fl-Isvizzera (Stinol A.G.) u (ii) it-tieni produttur li jesporta l-prodott konċernat fir-Russja, OOO Viz Stal flimkien mall-kumpanija relatata miegħu fl-Isvizzera (Duferco S.A). |
(5) |
Sabiex jipprovdi għal eżenzjoni mid-dazji anti-dumping maħluqa bl-aċċettazzjoni tal-garanziji, ir-Regolament (KE) Nru 151/2003 kien emendat bir-Regolament (KE) Nru 989/2004 (6). |
(6) |
Kien stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1000/2004 li l-aċċettazzjoni tal-garanziji ser tkun limitata għal perjodu inizjali ta’ sitt xhur (“il-perjodu oriġinali”) mingħajr preġudizzju għad-dewmien normali tal-miżuri u li dawn jieqfu wara dan il-perjodu, sakemm il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li jkun xieraq li testendi l-perjodu ta’ l-applikazzjoni tagħhom. |
(7) |
Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-kundizzjonijiet eċċezzjonali u negattivi għal utenti finali, distributuri u konsumaturi fl-UE10 li wasslet għal aċċettazzjoni tal-garanziji għadhiex teżisti. Bħala parti mill-apprezzament sħiħ, saret ukoll evalwazzjoni ta’ kemm il-kumpaniji konċernati huma konformi mal-garanziji mogħtija. |
B. APPREZZAMENT
1. Il-Kontenut tal-garanziji preżenti
(8) |
Il-garanziji eżistenti offruti mill-kumpaniji tobbigahom, inter alia, li jesportaw skond il-mudell tal-kummerċ tradizzjonali tagħhom lill-konsumaturi fl-UE10 fi ħdan il-qafas ta’ limiti kwantitattivi stabbiliti fuq il-bażi ta’ flussi tradizzjonali ta’ l-esportazzjoni preċedenti lejn l-UE10. |
(9) |
It-termini tal-garanziji jobbligaw ukoll lill-kumpaniji firmatarji biex jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni regolari u dettaljata, f’forma ta’ rapport kull xahar tal-bejgħ tagħhom fl-UE10 (jew il-bejgħ mill-ġdid minn partijiet relatati oħra fil-Komunità) u li jaċċettaw żjarat ta’ verifika mill-Kummissjoni. Sabiex, ukoll, tkun tista’ tissorvelja bis-sħiħ l-effiċjenza tal-garanziji, il-konsumaturi tradizzjonali ta’ l-esportaturi fl-UE10 irċevew ftehim bil-miktub li huma wkoll ser jippermettu żjarat ta’ verifika fuq il-post fil-bini tagħhom. |
2. Konformità mal-garanziji preżenti
(10) |
Żjarat ta’ verifika lill-produtturi li jesportaw u ċertu konsumaturi tradizzjonali tagħhom fl-UE10, ikkonfermaw li l-volumi esportati lejn l-UE10 mill-kumpaniji kkonċernati ma qabżux il-livell tal-limiti kwantitattivi stipulati fil-garanziji mogħtija. Instab ukoll li l-kumpaniji kienu qegħdin fil-biċċa l-kbira jirrispettaw il-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali tagħhom ma’ konsumaturi individwali fl-UE10. Inoltre, skond l-informazzjoni disponibbli, ma kienx hemm “spill-overs” apparenti mill-UE10 għal ġewwa l-UE15 ta’ importazzjonijiet tal-prodott konċernat li kien gawda mill-eżenzjoni tad-dazji ta’ l-anti-dumping li tirriżulta mill-garanziji. |
3. Analiżi tal-kundizzjonijiet għal aċċettazzjoni kontinwata tal-garanziji
(11) |
Analiżi tar-rapporti ta’ kull xahar li l-kumpaniji kkonċernati jibgħatu lill-Kummissjoni, sostnuta minn data statistika uffiċjali disponibbli u mis-sejbiet taż-żjarat ta’ verifika fuq il-post, urew li l-volumi tal-prodott konċernat esportati lejn l-UE10 mill-kumpaniji kkonċernati, naqsu wara t-tkabbir u li l-kwantitajiet stabbiliti fil-garanziji ma ġewx użati. Dan in-nuqqas ta’ użu tal-limiti kwantitattivi fl-ewwel ftit xhur tal-perjodu oriġinali ta’ l-applikazzjoni tal-garanziji kien dovut parzjalment minħabba li wieħed miż-żewġ produtturi li jesportaw kienu qed jerġgħu jorganizzaw l-operazzjonijiet tal-bejgħ tagħhom. Madankollu, dan il-produttur li jesporta stqarr li kien qed jaħseb li juża’ l-volumi ta’ l-esportazzjoni stabbiliti għal-limitu kwantitattiv fil-parti aħħarija tal-perjodu oriġinali. |
(12) |
Ukoll, kif indikat fl-inċiż 23 tar-Regolament (KE) Nru 989/2004, instabu żidiet abnormali fil-volumi ta’ l-esportazzjoni lejn l-UE10 qabel it-tkabbir fl-2003 u fl-ewwel xhur ta’ l-2004. Huwa kkunsidrat li dan seta’ ikkontribwixxa ukoll għat-tnaqqis fil-kwantitajiet importati fl-UE10 wara t-tkabbir. |
Ċ. KONKLUŻJONI
1. Aċċettazzjoni tal-garanziji
(13) |
Minħabba dak li ntqal qabel, u l-ammont limitat ta’ l-importazzjoni lejn l-UE10, huwa kkunsidrat kmieni wisq biex wieħed jasal għall-konklużjoni li l-miżuri transitorji laħqu r-riżultati mistennija u li l-kundizzjonijiet negattivi li ġabu l-bżonn tal-garanziji m’għadhomx jeżistu. Għal din ir-raġuni, u peress illi l-kumpaniji konċernati osservaw it-termini tal-garanziji matul il-perjodu inizjali ta’ l-applikazzjoni tagħhom, huwa konkluż li hija ġustifikata l-aċċettazzjoni tal-garanziji offruti mill-kumpaniji konċernati għal perjodu ulterjuri. |
(14) |
F’dak li għandu x’jaqsam mat-tul ta’ dan il-perjodu ulterjuri, huwa kkunsidrat li l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ aktar minn sitt xhur imur kontra l-idea li garanzija għandha natura transitorja, għaldaqstant, l-aċċettazzjoni tagħhom se tkun biss mill-21 ta’ Novembru 2004 sa l-20 ta’ Mejju 2005 (“il-perjodu finali”). |
(15) |
Dwar il-livelli tal-limiti kwantitattivi li għandhom japplikaw għall-perjodu finali, irid jiġi osservat li dawn ġew kalkolati skond l-istess metodoloġija li kienet użata biex jiġu stabbiliti l-limiti kwantitattivi għall-perjodu oriġinali (madankollu, filwaqt li fil-perjodu oriġinali sar tnaqqis mill-volumi tradizzjonali biex jittieħdu in kunsiderazzjoni il-volumi ta’ importazzjoni abnormali qabel it-tkabbir, dawn l-aġġustamenti ma sarux biex jiddeterminaw il-limiti kwantitattivi għal perjodu finali). |
(16) |
Skond ir-Regolament (KE) 989/2004, il-garanziji jobbligaw kull produttur individwali li jesporta biex jirrispetta l-limiti ta’ l-importazzjoni u, sabiex tkun tista’ issir sorveljanza tal-garanziji, il-produtturi li jesportaw kkonċernati qablu wkoll biex fil-biċċa l-kbira jirrispettaw il-mudelli tal-bejgħ tradizzjonali tagħhom lil konsumaturi individwali fl-UE10. Il-produtturi li jesportaw jafu wkoll li jekk jinstab li dawn il-mudelli ta’ bejgħ inbidlu b’mod sinifikanti, jew li s-sorveljanza tal-garanziji saret diffiċli jew impossibbli, il-Kummissjoni għandha d-dritt li tirtira l-aċċettazzjoni tal-garanzija mogħtija mill-kumpannija, li jwassal biex minfloka jiġu mposti dazji definittivi ta’ l-anti-dumping, jew tista’ tirranġa l-livell tal-limiti, jew tista’ tieħu azzjoni oħra rimedjali |
(17) |
Hija ukoll kundizzjoni tal-garanziji, li l-ksur tagħhom fi kwalunkwe mod jintitola lill-Kummissjoni li tirtira l-aċċettazzjoni tagħhom li jwassal għall-impożizzjoni ta’ dazji definittivi ta’ l-anti-dumping minflokhom. |
(18) |
Il-kumpaniji ser jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni b’informazzjoni regolari u dettaljata dwar l-esportazzjoni tagħhom lejn il-Komunità, u dan ifisser li l-Kummissjoni tkun tista’ tissorvelja l-garanziji b’mod effettiv. |
(19) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tissorvelja b’mod effettiv kemm il-kumpaniji jkunu konformi mal-garanziji tagħhom, meta skond il-garanzija ssir talba lill-awtoritajiet doganali rilevanti sabiex jingħata permess għaċ-ċirkulazzjoni libera, l-eżenzjoni mid-dazju tkun tiddependi mill-preżentazzjoni ta’ riċevuta li jkollha għall-inqas l-punti ta’ informazzjoni mniżżla fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 989/2004. Dan il-livell ta’ informazzjoni huwa neċessarju ukoll biex l-awtoritajiet doganali jkunu f’pożizzjoni li jaċċertaw b’mod preċiż kemm jista’ jkun li l-konsenja tikkorrispondi mad-dokumenti kummerċjali. Meta din ir-riċevuta ma tiġix preżentata, jew meta din ma tikkorrispondix mall-prodott preżentat lid-dwana, minflok għandu jitħallas id-dazju xieraq ta’ l-anti-dumping. |
2. Għotja ta’ informazzjoni lill-partijiet interessati
(20) |
Il-partijiet interessati kollha li għamlu lilhom infushom magħrufa minn qabel ġew mgħarrfa bl-intenzjoni li jkunu aċċettati l-garanziji. L-industrija tal-Komunità ma esprimietx xi kummenti negattivi dwar l-aċċettazzjoni tal-garanziji. Ma waslu l-ebda kummenti mingħand xi partijiet interessati oħra li wasslu lill-Kummissjoni biex tbiddel l-ideat tagħha fuq is-suġġett. |
D. REĠISTRAZZJONI TA’ L-OĠĠETTI IMPURTATI
(21) |
Fir-Regolament (KE) Nru 1000/2004, l-awtoritajiet doganali ngħataw istruzzjonijiet biex jirreġistraw l-oġġetti importati fil-Komunità tal-prodott konċernat li joriġina fir-Russja esportat mill-kumpaniji li li garanziji tagħhom ġew aċċettati u li għalihom intalbet eżenzjoni mid-dazji ta’ l-anti-dumping imposti bir-Regolament (KE) Nru 151/2003. |
(22) |
Peress illi l-aċċettazzjoni tal-garanziji għall-perjodu oriġinali bdiet fil-21 ta’ Mejju 2004, u peress illi l-aċċettazzjoni tal-garanziji għall-perjodu finali ser ikomplu direttament mill-perjodu oriġinali, dawn iż-żewġ perjodi għadhom jitqiesu bħala perjodu kontinwu. Madankollu, skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, il-perjodu massimu għar-reġistrazzjoni hu ta’ disa’ xhur, għalhekk l-awtoritajiet doganali għandhom jirreġistraw dawn l-affarijiet importati sa l-20 ta’ Frar 2005 biss. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-garanziji offruti mill-produtturi li jesportaw msemmija hawn taħt, in konnessjoni mal-proċediment ta’ l-anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjoni ta’ pjanċi mdawwrin bil-kesħa skond il-vina u strippi ta’ l-azzar tas-silicon elettiriċi b’wisa’ ta’ aktar minn 500mm li joriġinaw fil-Federazzjoni tar-Russja huma b’dan aċċettati:
Pajjiż |
Kumpannija |
Kodiċi Addizzjonali Taric |
Federazzjoni tar-Russja |
Prodott minn Novolipetsk Iron & Steel Corporation, Lipetsk, Russja, u mibjugħ minn Stinol A.G., Lugano, Svizzera, lill-ewwel klijent fil-Komunità li jservi ta’ importatur |
A524 |
Federazzjoni tar-Russja |
Prodott minn OOO Viz Stal, Ekaterinburg, Russja, u mibjugħ minn Duferco S.A., Lugano, Żvizzera, lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità li jservi ta’ importatur |
A525 |
2. L-awtoritajiet doganali huma b’dan mitluba, skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, biex ikomplu jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw sa l-20 ta’ Frar 2005 l-oġġetti importati fil-Komunità ta’ pjanċi mdawwrin bil-kesħa skond il-vina u strippi ta’ l-azzar tas-silicon elettiriċi b’wisa’ ta’ aktar minn 500mm li joriġinaw fil-Federazzjoni tar-Russja u li jaqgħu fil-kodiċi CN 7225 11 00 (pjanċi ta’ wisa’ ta’ akar minn 500mm imma inqas minn 600mm) prodotti u mibjugħa mill-kumpaniji mniżżla f’paragrafu 1.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u jibqa’ fis-seħħ sa l-20 ta’ Mejju 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar id-19 ta' Novembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Pascal LAMY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar b’regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p.12).
(2) ĠU L 182, 19.5.2004, p. 5.
(5) ĠU L 183, 20.5.2004, p.10.