Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1558

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1558/2004 tat- 30 ta' Awissu 2004 li jemenda Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

ĠU L 283, 2.9.2004, p. 7–8 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 115–116 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004; Impliċitament imħassar minn 32004R1810

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1558/oj

5.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

115


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1558/2004

tat-30 ta' Awissu 2004

li jemenda Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex jitkompla l-proċess ta’ armonizzazzjoni ma’ l-istandards internazzjonali mniżżla mill-Kunsill Internazzjonali taż-Żejt taż-Żebbuġa u mill-Kodiċi Alimentarius, għandhom isiru aġġustamenti għal ċerti limiti ta’ valuri fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta’ Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tar-residwu taż-żebbuġa u dwar metodi rilevanti ta’ analiżi, (2) u fin-nota addizzjonali 2 ma’ Kapitolu 15 tan-Nomenklatura Kombinata li tinsab f’Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1513/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE u (KE) Nru 1638/98 fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-perijodu ta’ validità ta’ l-iskema ta’ l-għajnuna u l-istrateġija ta’ kwalità għaż-żejt taż-żebbuġa (3), jitlob neċessarjament reviżjoni tan-nota addizzjonali 2 ma’ Kapitolu 15 tan-Nomenklatura Kombinata li hi mniżżla f’Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu jkun emendat skond dan.

(4)

Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu jkun emendat skond kif imniżżel fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar it-30 ta' Awissu 2004.

Għall-Kummissjoni

Frederik BOLKESTEIN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1, Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2344/2003 (ĠU L 346, 31.12.2003, p. 38).

(2)  ĠU L 248, tal-5.9.1991, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1989/2003 (ĠU L 295, tat-13.11.2003, p. 57).

(3)  ĠU L 201, tas-26.7.2001, p. 4.


ANNESS

F’Kapitolu 15 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, in-Nota Addizzjonali 2 hija emendata kif ġej:

In-Nota Addizzjonali 2(B)(I) hija emendata kif ġej:

l-ittra (g) hija emendata kif ġej:

il-partita 2. huwa mibdul b’dan li ġej:

“2.

kontenut f’solventi aloġenati volatili li ma jaqbiżx 0,2 mg/kg b’mod sħiħ u li ma jaqbiżx 0,1 mg/kg għal kull solvent;”.


Top