EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1408

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1408/2004 tat- 2 ta' Awissu 2004 li jagħti bidu għal eżami ta’ esportatur ġdid tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2605/2000 dazji definittivi kontra d- dumping fuq importazzjonjiet ta’ ċerti mwieżen elettroniċi (REWS) li ġejjin minn, fost l-oħrajn, ir-Repubbblika tal-Poplu taċ-Ċina, li tneħħi d-dazju fir-rigward ta' l-importazzjonijiet minn żewġ importaturi f'dan il-pajjiż u tagħmel dawn l-importazzjonijiet bla ħsara għar-reġistrazzjoni

ĠU L 256, 3.8.2004, p. 8–10 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 58–60 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/08/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1408/oj

5.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

58


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1408/2004

tat-2 ta' Awissu 2004

li jagħti bidu għal eżami ta’ “esportatur ġdid” tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2605/2000 dazji definittivi kontra d-dumping fuq importazzjonjiet ta’ ċerti mwieżen elettroniċi (REWS) li ġejjin minn, fost l-oħrajn, ir-Repubbblika tal-Poplu taċ-Ċina, li tneħħi d-dazju fir-rigward ta' l-importazzjonijiet minn żewġ importaturi f'dan il-pajjiż u tagħmel dawn l-importazzjonijiet bla ħsara għar-reġistrazzjoni

Il-Kummissjoni tal-KomunitAjiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (1) tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-importazzjoni kontra d-dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ir-“Regolament bażiku”) u b’mod partikolari Artikolu 11(4),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   TALBIET GĦAL EŻAMI

(1)

Il-Kummissjoni irċeviet applikazzjoni għal eżami ta’ “esportatur ġdid” skond Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. L-applikazzjoni ntefgħet minn żewġ kumpaniji relatati, Shanghai Excell M&E Enterprise Co., Ltd. u Shanghai Adeptech Precision Co., Ltd. (l-“applikant”). L-applikant hu produttur li jesporta fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (il-“pajjiż konċernat”).

B.   IL-PRODOTT

(2)

Il-prodott li qed jiġi eżaminat huma l-imwieżen tiżin li għandhom il-kapaċità massima li ma taqbisx it-30 kg, għall-użu fil-kummerċ bl-imnut, li fihom display diġitali tal-piż, prezz tal-unità, u prezz li għandu jitħallas (jinkludi jew ma jinkludix mezz ta’ stampar ta’ din id-data) li joriġina fil-pajjiż konċernat (il-“prodott konċernat”), normalment iddikjarat fil-kodiċi NM 8423 81 50. Din il-kodiċi NM jingħata biss għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Ċ.   MIŻURI EŻISTENTI

(3)

Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazji definittivi kontra d-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2605/2000 (2) li taħtu l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott konċernat li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u fabbrikat mill-applikant, huma suġġetti għal dazji definittivi kontra d-dumping ta’ 30,7% bl-eċċezzjoni ta’ diversi kumpaniji espressament msemmija li huma suġġetti għal rati tad-dazju individwali.

D.   RAĠUNIJIET GĦALL-EŻAMI

(4)

L-applikant jallega li hu jaħdem taħt kondizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq kif definita fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażi, li hu ma esportax il-prodott konċernat lejn il-Komunità matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni li fuqu kienet ibbażata l-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri kontra d-dumping, jiġifieri l-perjodu mill-1 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Awissu 1999 (il-perjodu oriġinali ta’ l-investigazzjoni) u li mhux relatat ma xi produtturi li jesportaw tal-prodott konċernat li hu suġġett għall-miżuri kontra d-dumping imsemmija hawn fuq.

(5)

L-applikant ikompli jallega li hu beda jesporta l-prodott konċernat lill-Komunità wara t-tmiem tal-perjodu oriġinali ta’ l-investigazzjoni.

E.   PROĊEDURA

(6)

Il-produtturi tal-Komunità li huma magħrufa li għandhom interess ġew informati bl-applikazzjoni ta’ fuq u ngħataw opportunità li jikkumentaw. Ma wasal l-ebda kumment.

(7)

Wara li eżaminat l-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm provi biżżejjed biex jiġġustifikaw l-bidu ta’ eżami ta’ “esportatur ġdid” skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażi, bil-ħsieb li jiddetermina jekk l-applikant jaħdimx taħt ekonomija tas-suq kif definuta fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażi jew b’mod alternattiv jekk l-applikant jissodisfax il-ħtiġijiet li jkollu dazju individwali stabbilit b’mod konformi ma’ Artikolu 9(5) tar-Regolament bażi u, jekk hekk, il-marġini ndividwali tad-dumping u, jekk jinstab dumping, il-livell tad-dazju li għalihom għandhom ikunu soġġetti l-importazzjonijiet konċernati fil-Komunità għandhom.

(a)   Kwestjonarji

(8)

Biex tinkiseb l-informazzjoni li hi tqis neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, l-Kummissjoni għandha tibgħat il-kwestjonarji lill-applikant.

(b)   Ġabra ta’ informazzjoni u laqgħat

(9)

Il-partijiet kollha interessati qegħdin preżentement jiġu mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu provi li jsostnuha. Aktar minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, dejjem jekk jagħmlu talba bil-miktub li turi li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu.

(ċ)   Stat ta’ l-ekonomija tas-suq

(10)

Fl-eventwalità li l-applikant jipprovdi provi biżżejjed li hu jaħdem taħt kondizzjonijiet ta’ l-ekonomija tas-suq, jiġifieri li hu jilħaq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażi, għandu jiġi stabbilit valur normali skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażi. Għal dan il-għan, talbiet sostanzjati sew jridu jiġu sottomessi fiż-żmien speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummisjoni għandha tibgħat il-formoli tat-talbiet lill-applikant, kif ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(d)   Għażla tal-pajjiż b’ekonomija tas-suq

(11)

Fl-eventwalità li l-applikant mhux mogħti l-istatus ta’ ekonomija tas-suq, imma jissodisfa l-ħtiġijiet li jkollu dazju individwali stabbilitt b’mod konformi ma’ Artikolu 9(5) tar-Regolament bażi, pajjiż b’ekonomija tas-suq addattat għandu jkun użat għal skopijiet ta’ valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li terġa’ tuża l-Indonesja għal dan l-iskop kif sar fl-investigazzjoni li waslet għall-impożizzjoni tal-miżuri ta’ l-impotazzjoni tal-prodott konċernat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-partijiet interessati qegħdin preżentement jiġu mistiedna jikkummentaw kemm hi tajba din l-għażla fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 4(2) ta’ dan ir-Regolament.

(12)

Iżjed minn hekk, fl-eventwalità li l-applikant hu mogħti l-istatus ta’ l-eknomija tas-suq, il-Kummissjoni tista’, jekk neċessarju, tuża wkoll is-sejbiet li tikkonċerna l-valur normali stabbilit fil-pajjiż ta’ l-ekonomija tas-suq addattata, eż. għall-iskop li jbiddel l-ispejjeż mhux ta’ min joqgħod fuqhom jew elementi tal-prezzijiet fil- Repubblika Popolari taċ-Ċina liema hemm bżonnhom fl-istabbiliment tal-valur normali, jekk data meħtieġa mhix disponibbli fil- Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tuża l-Indoneżja għal dan l-iskop.

F.   ABBROGAZZJONI TAD-DAZJU FIS-SEĦĦ U REĠISTRAZZJONI TA’ L-IMPORTAZZJONIJIET

(13)

Skond Artikolu 11(4) tar-Regolament bażi, id-dazji kontra d-dumping fis-seħħ għandhom jiġu mħassra fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat li huma prodotti mill-applikant. Fl-istess waqt, tali importazzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għal reġistrazzjoni b’mod konformi ma’ Artikolu 14(5) tar-Regolament bażi, biex jiżgura li, jekk l-eżami jirriżulta b'determinazzjoni tad-dumping fir-rigward ta’ l-applikant, d-dazji kontra d-dumping jistgħu jkunu miżmuma retroattivament mid-data tal-bidu ta’ dan l-eżami. L-ammont tar-responsabilitajiet futuri ta’ l-applikant ma jistgħux ikunu stimati fl-istadju tal-proċeduri.

G.   LIMITI TAŻ-ŻMIEN

(14)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandhom ikunu stabbiliti limiti taż-żmien:

partijiet interessati li jistgħu jagħmlu lilhom infushom magħrufa lill-Kummissjoni, jippreżentaw il-veduti tagħhom bil-kitba u jissottomettu ir-risposti lill-kwestjonarju msemmi fir-reġitazzjoni 8 ta’ dan ir-Regolament jew jipprovdu xi informazzjoni oħra li tista’ titieħed in kunsiderazzjoni matul l-investigazzjoni,

il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub li tinstema’ mill-Kummissjoni,

il-partijiet interessati jistgħu jikkummentaw fuq jekk l-għażla ta’ l-Indonesja hix waħda xierqa, f’każ li l-applikant ma jingħatax l-istatus ta’ ekonomija tas-suq, hu maħsub li l-pajjiż ta’ l-ekonomija tas-suq għall-iskopijiet ta’ valur normali stabbilit fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

l-applikant għandu jissottometti talbiet sostanzjati kif suppost sew għall-istatus ta’ l-ekonomija tas-suq.

H.   NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI

(15)

Fil-każijiet li fihom kwalunkwe persuna nteressata tirrifjuta li taċċedi jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti taż-żmien stipulati, jew timpedixxi b'mod sinjifikattiv l-investigazzjoni, is-sejbiet, affermattivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażi, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

(16)

Fejn jinstab illi kwalunkwe parti nteressata pprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni m’għandiex tiġi kkunsidrata u jista’ jsir użu, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażi mill-fatti disponibbli. Jekk parti nteressata ma tikkooperax, jew tikkoopera biss in parti, u s-sejbiet ikunu għalhekk ibbażati fuq fatt disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażi, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku din ikkooperat.

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qed jinbeda preżentement eżami tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2605/2000 skond l- Artikolu 11(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 biex jiddetermina jekk u sa kemm l-importazzjoni ta’ l-imwieżen li għandhom kapaċità massima li ma taqbisx it-30kg, għall-użu fil-kummerċ bl-imnut, li jinkorpora display diġitali li ma jaqbisx it-30 kg, għall-użu fil-kummerċ bl-imnut, liema jinkorpora display diġitali, prezz tal-unit u prezz li għandu jitħallas (sew jekk jinkludix jew le mezz ta' stampar ta' din id-data) li jaqa' taħt kodiċi NM ex 8423 81 50 (kodiċi TARIC 8423815010) li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, prodott minn Shanghai Excell M&E Enterprise Co., Ltd. u Shanghai Adeptech Precision Co., Ltd. għandu jkun soġġett għad-dazji anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2605/2000.

Artikolu 2

Id-dazji kontra d-dumping imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2605/2000 huma preżentament abrogati fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament (kodiċi addizzjonali TARIC A561).

Artikolu 3

L-awtoritajiet tad-dwana huma preżentament mgħarrfa, skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, biex jieħdu passi neċessarji biex jirreġistraw l-importazzjoni identifikata fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament. Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

1.   Il-partijiet interessati, jekk iridu li l-pożizzjonijiet tagħhom jittieħdu in konsiderazzjoni tul l-investigazzjoni, jridu juru li jeżistu billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom u jissottomettu r-risposti għall-kwestjonarju jew informazzjoni oħra fi żmien 40 jum mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju ta’ bosta mid-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 jiddependu fuq li l-parti turi li teżisti fil-perijodu msemmi qabel.

Il-partijiet interessati jridu wkoll japplikaw bil-miktub sabiex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess perijodu ta’ 40 jum.

2.   Il-partijiet fl-investigazzjoni jistgħu jkunu jixtiequ jikkummentaw dwar jekk hux xieraq li tintgħażel l-Indonesja bħala pajjiż b’ekonomija tas-suq għall-finijiet ta’ l-istabbiliment ta’ valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Talbiet sostanzjati sew għall-istatus ta’ l-ekonomija tas-suq jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

4.   Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati jridu jsiru bil-miktub (mhux fil-format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz ta’ l-email, it-telefon u l-fax, u/jew numri tat-telex tal-parti nteressata). Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub inkluż l-informazzjoni mitluba f’dan l-avviż, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza provduta mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom jiġu tabellati bħala “Limitati (3)” u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażi, għandu jkun akkumpanjat b'verżjoni mhux kunfidenzjali, li trid tkun tabellata “GĦALL-ISPEZZJONI MILL-PARTIJIET INTERESSATI”

Kull informazzjoni li għandha x’taqsam mas-suġġett u/jew talba għas-smiegħ għandha tintbgħat fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate B

J-79 5/16

B - 1049 Brussels

Fax (32 2) 295 65 05

Telex COMEU B 21877

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, nhar it-2 ta' Awissu 2004.

Għall-Kummissjoni

Pascal LAMY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1; kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p.12).

(2)  ĠU L 301, 30.11.2000, p. 42.

(3)  Dan ifisser illi d-dokument huwa destinat għall-u¿u intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument konfidenzjali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 384/96 (ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-WTO dwar l-Implementazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT ta' l-1994 (Ftehim Kontra d-Dumping).


Top