Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0489

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 489/2004 tas-16 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 20/2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista għar-reġjuni l-aktar periferiċi introdotti mir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001 u (KE) Nru 1454/2001

    ĠU L 79, 17.3.2004, p. 18–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/06/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0793

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/489/oj

    32004R0489



    Official Journal L 079 , 17/03/2004 P. 0018 - 0022


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 489/2004

    tas-16 ta' Marzu 2004

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 20/2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista għar-reġjuni l-aktar periferiċi introdotti mir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001 u (KE) Nru 1454/2001

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001 tat-28 ta Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għad-dipartimenti barranin ta Franza, jemenda d-Direttiva 72/462/KEE u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 525/77 u (KEE) Nru 3763/91 (Poseidom) [1], u in partikolari l-Artikolu 22 u t-tieni paragrafu ta l-Artikolu 26 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1453/2001 tat-28 ta Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Azores u Madeira u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1600/92 (Poseima) [2], u in partikolari l-Artikolu 34 u t-tieni paragrafu ta l-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1454/2001 tat-28 ta Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Gżejjer Kanarji u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1601/92 (Poseican) [3], u in partikolari l-Artikolu 20 u t-tieni paragrafu ta l-Artikolu 24 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 17(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 20/2002 [4] jikkonċernaw rispettivament id-dipartimenti barranin ta Franza u l-Azores u Madeira u jistabbilixxu li proċessuri jistgħu jesportaw prodotti proċessati li fihom materja prima li benefikaw mill-arranġamenti speċifiċi għall-provvista fil-kuntest ta kummerċ reġjonali jew jittrasmettuhom fil-kuntest ta flussi ta kummerċ tradizzjonali, fil-limiti tal-kwantitajiet ta' kull sena li jridu jiġu determinati mill-Kummissjoni.

    (2) Il-kwantitajiet massimi ta' kull sena li jistgħu jiġu esportati jew trasmessi mid-dipartimenti barranin ta Franza u l-Azores u Madeira għandhom għalhekk jiġu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 20/2002.

    (3) Bl-użu in-partikolari tal-vicinanza ġeografika bħala kriterju, il-pajjiżi terzi li lejhom l-esportazzjonijiet jistgħu jintbagħtu fil-kuntest tal-kummerċ reġjonali mid-dipartimenti barranin ta' Franza u l-Azores u Madeira għandhom jiġu stabbiliti, u l-miżuri xierqa għall-kontroll ta' tali operazzjonijiet u l-applikazzjoni ta' sanzjonijiet meħtieġa għandhom ukoll jiġu stabbiliti.

    (4) Skond l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 17(2) u l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 20/2002, l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew trasmissjoni ta prodotti proċessati li ma fihomx materja prima li benefikaw mill-arranġamenti speċifiċi għall-provvista hija soġġetta għal attestazzjoni mill-proċessur. Il-proċessur f'din l-attestazzjoni jiddikjara li l-prodotti proċessati għall-esportazzjoni jew trasmissjoni ma fihomx materja prima importata jew introdotta taħt l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista. Is-sanzjonijiet għal każi ta dikjarazzjonijiet foloz għandhom jiġu stabbiliti.

    (5) Ir-Regolament (KE) Nru 20/2002 għandu għalhekk jiġi emendat.

    (6) Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjonijiet tal-Kumitati ta Ġestjoni konċernati kollha,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 20/2002 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

    (a) Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i) l-ewwel sub-paragrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

    "Proċessuri li ddikjaraw, fit-termini ta l-Artikolu 9(3), l-intenzjoni tagħhom biex jesportaw, fil-kuntest tal-kummerċ reġjonali, jew trasmissjoni, fil-kuntest ta flussi tradizzjonali ta' kummerċ, prodotti proċessati li fihom materja prima li benefikaw minn arranġamenti speċifiċi għall-provvista, jistgħu jagħmlu hekk fil-limiti tal-kwantitajiet ta kull sena indikati fl-Anness I lejn pajjiżi terzi fl-Anness II. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġi assigurat li dawn l-operazzjonijiet ma humiex aktar mill-kwantitajiet ta kull sena stabbiliti.";

    (ii) Is-sub-paragrafu li ġej huwa miżjud wara l-ewwel sub-paragrafu:

    "Proċessuri li esportaw il-prodotti msemmija fis-sub-paragrafu ta qabel dan fil-kuntest ta kummerċ reġjonali lejn wieħed mill-pajjiżi terzi mniżżla fl-Anness II għandhom jippreżentaw id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 bil-għan ta kontrolli possibbli mill-awtoritajiet kompetenti li għandhom, jekk meħtieġ, jirkupraw il-benefiċċju mogħti skond l-arranġamenti ta provvista speċifiċi u jissospendu temporanjament jew jirrevokaw ir-reġistrazzjoni tal-proċessur.";

    (b) It-tieni sub-paragrafu tal-paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu l-kontrolli meħtieġa sabiex jiżguraw il-precizjoni ta l-attestazzjonijiet imsejħa fl-ewwel paragrafu. Huma għandhom jirkupraw, jekk meħtieġ, il-benefiċċji mogħtija skond l-arranġamenti ta provvista speċifiċi u għandhom jissospendu temporanjament jew jirrevokaw ir-reġistrazzjoni tal-possessur.";

    (ċ) Il-paragrafu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "3. Operazzjonijiet ta proċessar li, fil-limiti tal-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness I, jistgħu jagħtu lok għall-esportazzjoni fil-kummerċ reġjonali jew kunsinni tradizzjonali jridu jkunu konformi, mutatis mutandis, mal-kondizzjonijiet ta proċessar stabbiliti fid-disposizzjonijiet dwar l-arranġamenti għall-ipproċessar u l-proċedura għall-ipproċessar taħt kontroll doganali speċifikati fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u (KEE) Nru 2454/93, bl-eċċezzjoni tal-forom normali ta immaniġġjar."

    2. L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

    (a) Paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i) l-ewwel sub-paragrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

    "Proċessuri li ddikjaraw, skond l-Artikolu 9(3), l-intenzjoni li jesportaw, fil-kuntest ta' kummerċ reġjonali, jew trasmissjoni, fil-kuntest ta' flussi tradizzjonali ta kummerċ, prodotti proċessati li fihom materja prima li benefikat mill-arranġamenti speċifiċi għall-provvista, jistgħu jagħmlu dan fil-limiti tal-kwantitajiet ta kull sena indikati fl-Anness III lejn pajjiżi terzi mniżżla fl-Anness IV. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li dawn l-operazzjonijiet ma humiex iktar mill-kwantitajiet ta' kull sena stabbiliti.";

    (ii) is-sub-paragrafu li ġej huwa miżjud wara l-ewwel sub-paragrafu:

    "Proċessuri li esportaw il-prodotti msemmija fis-sub-paragrafu preċedenti, fil-kuntest ta kummerċ reġjonali lejn wieħed mill-pajjiżi terzi mniżżlin fl-Anness IV, għandhom jippreżentaw id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 bil-għan ta kontrolli possibbli mill-awtoritajiet kompetenti li għandhom, jekk meħtieġ, jirkupraw il-benefiċċju mogħti skond l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista u jissospendu temporanjament jew jirrevokaw ir-reġistrazzjoni tal-proċessur.";

    (b) it-tieni sub-paragrafu tal-paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu l-kontrolli meħtieġa sabiex jassiguraw il-preċizjoni ta l-attestazzjonijiet imsejħa fl-ewwel sub-paragrafu. Huma għandhom jirkupraw, fejn meħtieġ, il-benefiċċju mogħti skond l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista u għandhom jissospendu temporanjament jew jirrevokaw ir-reġistrazzjoni tal-proċessur.";

    (ċ) Paragrafu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "3. Operazzjonijiet ta proċessar li, fil-limiti tal-kwantitajiet imniżżla fl-Anness III, jistgħu jagħtu lok għall-esportazzjoni ta' kummerċ reġjonali jew kunsinni tradizzjonali jridu jkunu konformi, mutatis mutandis, mal-kondizzjonijiet ta proċessar stabbiliti fid-disposizzjonijiet dwar l-arranġamenti dwar l-ipproċessar u l-proċedura għall-ipproċessar taħt kontroll doganali speċifikati fir-Regolamenti (KEE) Nru 2913/92 u (KEE) Nru 2454/93, bl-eċċezzjoni tal-forom normali ta' immaniġġjar."

    3. L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

    (a) l-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "Proċessuri li ddikjaraw, skond l-Artikolu 9(3), l-intenzjoni tagħhom biex jesportaw, fil-kuntest ta kummerċ reġjonali, jew jittrasmettu, fil-kuntest ta' flussi tradizzjonali ta kummerċ, prodotti proċessati li fihom materja prima li benefikaw mill-arranġamenti speċifiċi tal-provvista, jistgħu jagħmlu hekk fil-limiti tal-kwantitajiet ta kull sena indikati fl-Anness V. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dawn l-operazzjonijiet ma jeċċedux il-kwantitajiet ta kull sena stabbiliti.";

    (b) it-tieni sub-paragrafu ta' paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu l-kontrolli meħtieġa sabiex jiżguraw il-preċizjoni ta l-attestazzjonijiet imsejħa fl-ewwel sub-paragrafu. Huma għandhom jirkupraw, fejn meħtieġ, il-benefiċċji mogħtija skond l-arranġamenti għall-provvista speċifiċi u għandhom jissospendu temporanjament jew jirrevokaw ir-reġistrazzjoni tal-proċessur.";

    (ċ) Paragrafu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "3. Operazzjonijiet ta proċessar li, fil-limiti tal-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness V, jistgħu jagħtu lok għall-esportazzjoni ta' kummerċ reġjonali jew kunsinni tradizzjonali jridu jkun konformi, mutatis mutandis, mal-kondizzjonijiet ta proċessar stabbiliti fid-disposizzjonijiet dwar l-arranġamenti għall-ipproċessar u l-proċedura għall-ipproċessar taħt kontroll doganali speċifikati fir-Regolamenti (KEE) Nru 2913/92 u (KEE) Nru 2454/93, bl-eċċezzjoni tal-forom normali ta' immaniġġjar."

    4. Fl-Anness l-intestatura "l-Anness" hija mibdula b' "l-Anness V".

    5. It-test ta' l-Anness ma' dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Annessi I sa IV.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikzzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fis-16 Marzu 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 198, tal-21.7.2001, pġ. 11. Regolament kif emendat minn Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, tal-21.10.2003, pġ. 1.).

    [2] ĠU L 198, tal-21,7.2001, pġ. 26. Regolament kif emendat minn Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    [3] ĠU L 198, tal-21.7.2001, pġ. 45. Regolament kif l-aħħar emendat minn regolament (KE) Nru 1782/2003.

    [4] ĠU L 18, tal-11.1.2002, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat minn Regolament (KE) Nru 1174/2003 (ĠU L 164, tat-2.7.2003, pġ.3).

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    "

    “ANNESS I

    Kwantitajiet massimi ta' prodotti proċessati li jistgħu jiġu esportati jew trasmessi ta' kull sena mit-territorji barranin Franċiżi fil-kuntest tal-kummerċ reġjonali jew kunsinni tradizzjonali

    (L-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 16)

    Réunion

    (kwantità f'kilogrammi (jew litri *)) |

    Kodiċi tan-NM | lejn il-Komunitajiet Ewropej | lejn pajjiżi terzi |

    10059000 | — | 250 000 |

    110100 | — | 5 000 000 |

    15079090 | — | *38 000 |

    15089090 | — | *2 000 |

    15121191 | — | *250 000 |

    15152990 | — | *5 000 |

    21039090 | — | 15 000 |

    220300 | *2 530 | — |

    230990 | — | 8 000 000 |

    Martinique

    (kwantità f'kilogrammi (jew litri *)) |

    Kodiċi tan-NM | lejn il-Komunitajiet Ewropej | lejn pajjiżi terzi |

    040310 | — | 3 276 |

    110100 | — | 269 500 |

    230990 | — | 350 000 |

    Guadeloupe

    (kwantità f'kilogrammi (jew litri *)) |

    Kodiċi tan-NM | lejn il-Komunitajiet Ewropej | lejn pajjiżi terzi |

    110100 | — | 500 000 |

    230990 | — | 500 000 |

    ANNESS II

    Pajjiżi terzi li jirċievu prodotti proċessati esportati mit-territorji barranin ta' Franza fil-kuntest ta' kummerċ reġjonali

    (L-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 16)

    Réunion: il-Mawrizju, il-Madagaskar, Mayotte u l-Gżejjer Comoros

    Martinique: Lesser Antilles [1]

    Guadeloupe: Lesser Antilles [2]

    Gujana Franċiża: l-Brażil, is-Surinam u Gujana.

    ANNESS III

    Kwantitajiet massimi ta' prodotti proċessati li jistgħu jiġu esportati jew trasmessi ta' kull sena mill-Azores u Madeira fil-kuntest ta' kummerċ reġjonali u kunsinni tradizzjonali

    (L-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 17)

    Azores

    (kwantità f'kilogrammi (jew litri *)) |

    Kodiċi tan-NM | lejn il-Komunitajiet Ewropej | lejn pajjiżi terzi |

    19059045 | — | 50 000 |

    220300 | — | *100 000 |

    Madeira

    (kwantità f'kilogrammi (jew litri *)) |

    Kodiċi tan-NM | lejn il-Komunitajiet Ewropej | lejn pajjiżi terzi |

    0401 | — | 1 000 000 |

    110100 | 60 000 | 600 000 |

    110220 | 3 000 | 500 000 |

    1704 | 4 600 | 10 000 |

    190219 | 25 500 | 600 000 |

    1905 | 18 200 | 300 000 |

    2009 | 3 800 | — |

    2202 | *18 700 | *3 000 000 |

    220300 | *2 500 | *1 000 000 |

    2208 | *9 000 | *20 000 |

    ANNESS IV

    Pajjiżi terzi li jimportaw prodotti proċessati esportati mill-Azores u Madeira fil-kuntest ta' kummerċ reġjonali

    (L-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 17)

    Azores: il-Marokk, Kap Verde u il-Ginea-Bissau.

    Il-Madeira: il-Marokk, Kap Verde and il-Ginea-Bissau.”

    "

    [1] Lesser Antilles: Virgin Islands, Saint Kitts u Nevis, Antigua u Barbuda, Dominica, Santa Lucia, San Vincent u l-Grenadines, Barbados, Trinidad u Tobago, Sint Maarten, Anguilla

    [2] Lesser Antilles: Virgin Islands, Saint Kitts u Nevis, Antigua u Barbuda, Dominica, Santa Lucia, San Vincent u l-Grenadines, Barbados, Trinidad u Tobago, Sint Maarten, Anguilla

    --------------------------------------------------

    Top