Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0547

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' April 2004 li temenda d-Deċiżjoni tat-13 ta' Settembru 1999 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta' l-impieg tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, Rappreżentant Għoli tal-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni, u d-Deċiżjoni tat-13 ta' Settembru 1999 li tistabbilixxi l-kondizzjoniiet ta' l-impieg tad-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (2004/5 47/KE, Euratom)

    ĠU L 243, 15.7.2004, p. 28–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/10/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/547/oj

    32004D0547



    Official Journal L 243 , 15/07/2004 P. 0028 - 0029


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-30 ta' April 2004

    li temenda d-Deċiżjoni tat-13 ta' Settembru 1999 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta' l-impieg tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, Rappreżentant Għoli tal-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni, u d-Deċiżjoni tat-13 ta' Settembru 1999 li tistabbilixxi l-kondizzjoniiet ta' l-impieg tad-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

    (2004/5 47/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 121(2) tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 [1] emenda r-Regolamenti tal-Personal ta' uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' ċivili oħra tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 [2].

    (2) Minn naħa, ir-Regolament 1292/2004 [3] emenda r-Regolament Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom tal-Kunsill tal-25 ta' Lulju 1967 li jiddetermina l-emolumenti tal-President u ta' membri tal-Kummissjoni u tal-President, l-Imħallfin, l-Avukati-Ġenerali u r-Reġistrar tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-President, Membri tar-Reġistrar tal-Qorti ta' Prim'Istanza [4], u minn naħa l-oħra, ir-Regolament tal-Kunsill 1293/2004 [5] emenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA)Nru 2290/77 tat-18 ta' Ottubru 1977 li jiddetermina emolumenti tal-membri tal-Qorti ta' l-Awdituri [6].

    (3) Huwa għaldaqstant approprjat li tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Settembru 1999 li tistabilixxi l-kondizzjonijiet ta' l-impieg tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, Rappreżentant Għoli tal-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Settembru 1999 li tistabilixxi l-kondizzjonijiet ta' l-impieg tad-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jiġu riflessi l-emendi msemmija qabel,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Settembru 1999 li tistabilixxi l-kondizzjonijiet ta' l-impieg tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, Rappreżentant Għoli għal-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni, hija hawnhekk emendata kif ġej:

    1. fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 1:

    - il-kliem "fil-grad A1 pass finali" għandhom jiġu sostitwiti b'"fil-grad16 it-tielet pass";

    - is-sentenza li ġejja għandha tiżdied: "Madankollu, mill-1 ta' Mejju 2004 sat-30 ta' April 2006, il-kliem "fil-grad 16 it-tielet pass" għandha tinftiehem bħala "fil-grad A*16 it-tielet pass".";

    2. il-frażi li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 1:

    "u l-Artikolu 17 ta' l-Anness VII mar-Regolament tal-Personal għandu japplika għalih b'analoġija."

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Settembru 1999 li tistabilixxi l-kondizzjonijiet ta' l-impieg tad-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea hija hawnhekk emendata kif ġej:

    1. fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 1:

    - il-kliem "fil-grad A1 pass finali" għandhom jiġu sostitwiti b'"fil-grad 16 it-tielet pass";

    - is-sentenza li ġejja għandha tiżdied: "Madankollu, mill-1 ta' Mejju 2004 sat-30 ta' April 2006, il-kliem "fil-grad 16 it-tielet pass" għandhom jinftiehmu bħala "fil-grad A*16 it-tielet pass".";

    2. il-frażi li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 1:

    "u l-Artikolu 17 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Personal għandu japplika għalih b'analoġija."

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni, u lid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea mill-President tal-Kunsill.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-30 ta' April 2004.

    Għall-Kunsill,

    Il-President

    B. Cowen

    [1] ĠU L 124, tas-27.4.2004, p. 1.

    [2] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1.

    [3] Ara l-paġna 23 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [4] ĠU C 187, tat-8.8.1967, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE, KEFA, Euratom) Nru 2778/98 (ĠU L 347, tat-23.12.1998, p. 1).

    [5] Ara l-paġna 26 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [6] ĠU L 268, ta' l-20.10.1977, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE, KEFA, Euratom) Nru 840/95 (ĠU L 85, tad-19.4.1995, p. 10).

    --------------------------------------------------

    Top