Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1786

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef

    ĠU L 270, 21.10.2003, p. 114–120 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2008; Imħassar b' 32007R1234

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1786/oj

    32003R1786



    Official Journal L 270 , 21/10/2003 P. 0114 - 0120


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003

    tad-29 ta' Settembru 2003

    dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 36 u titelet subparagrafu ta' l-Artikolu 37(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 603/95 tal-21 ta' Frar 1995 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef [4] jistabbilixxi organizzazzjoni komuni għal dak is-suq b'għajnuna tingħata f'żewġ rati fissi, waħda għal għalf deidrat u l-oħra għal għalf imnixxef bix-xemx.

    (2) Ir-Regolament (KE) Nru 603/95 ġie sostanzjalment emendat diversi drabi. Bħala konsegwenza ta' aktar emendi dan għandu jitħassar u jiġi ssostitwit fl-interessi taċ-ċarezza.

    (3) Il-parti prinċipali tal-produzzjoni ta' l-għalf taħt l-iskema stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 603/95 tiddependi fuq l-użu ta' karburanti fossili għad-deidratazzjoni u, f'xi Stati Membri, bl-użu ta' tisqija. Minħabba tħassib ta' l-effetti ta' dan fuq l-ambjent, l-iskema għandha tiġi emendata.

    (4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' sostenn taħt il-politika agrikola komuni u jistabbilixxi skemi ta' sostenn għall-bdiewa [5].

    (5) Di segwitu għal dawn l-elementi, iż-żewġ rati ta' għajnuna ffissati bir-Regolament (KE) Nru 603/95 għandhom jitnaqqsu għal rata unika applikabbli kemm għal dak deidrat u dak imnixxef bix-xemx.

    (6) Minħabba li l-produzzjoni fil-pajjiżi tan-nofsinar tibda fl-April, is-sena tas-suq għal għalf niexef li fuqu tingħata l-għajnuna għandha tkun mill-1 ta' April sal-31 ta' Marzu.

    (7) Biex tiġi ggarantita newtralità tal-baġit għall-għalf niexef għandu jkun hemm limitu għall-volum ta' produzzjoni tal-Komunità. Għal dak il-għan għandha tiġi ffissata kwantità massima ggarantita li tkun tkopri kemm għal deidrat u dak imnixxef bix-xemx.

    (8) Dik il-kwantità għandha titqassam fost l-Istati Membri fuq il-bażi tal-kwantitajiet storiċi rikonoxxuti għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 603/95.

    (9) Biex tiġi żgurata l-konformità mal-kwantità massima garantita u tiġi skoraġġita produzzjoni eċċessiva mal-Komunità kollha, l-għajnuna għandha titnaqqas jekk dik il-kwantità tinqabeż. Dak it-tnaqqis għandu jiġi applikat f'kull Stat Membru li ikun eċċeda l-kwantità garantita nazzjonali, fil-proporzjon ta' l-eċċess rekordjat għalih.

    (10) L-ammont ta' għajnuna finalment dovut ma jistax jitħallas qabel ma ikun magħruf jekk il-kwantità massima garantita tkunx inqbżet. Avvanz fuq l-għajnuna għandu għalhekk jitħallas malli l-għalf niexef ikun ħalla l-proċessur.

    (11) Il-ħtiġiet minimi ta' kwalità għad-dritt ta' l-għajnuna għandhom jiġu ffissati.

    (12) Biex jiġi mħajjar dħul stabbli ta' għalf aħdar lill-proċessuri, l-eliġibilità għall-għajnuna għandha f'ċerti każi teħtieġ il-konklużjoni ta' kuntratt bejn il-produtturi u l-impriżi ta' l-ipproċessar.

    (13) Biex tiġi promossa t-trasparenza tal-katina tal-produzzjoni u jiġi faċilitat l-ivverifikar essenzjali, ċerti dettalji fil-kuntratti għandhom ikunu obbligatorji.

    (14) Biex jirċievu l-għajnuna, il-proċessuri għandhom għalhekk ikun meħtieġa li iżommu rekords tal-ħażniet li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għad-dritt tal-verifika u li jfornu kull dokument ieħor meħtieġ ta' sostenn.

    (15) Fejn ma ikun hemm ebda kuntratt bejn il-produtturi u l-impriżi ta' l-ipproċessar, dawn imsemmija l-aħħar għandhom jipprovdu informazzjoni oħra li tkun tippermetti li d-dritt jiġi verifikat.

    (16) Għandu jiġi żgurat li, fejn il-kuntratt ikun wieħed ta' ordni speċjali għall-ipproċessar ta' għalf imwassal mill-kabbar, l-għajnuna tingħadda lura lilu.

    (17) L-iffunzjonar kif imiss ta' suq waħdieni fl-għalf niexef ikun perikolat bl-għoti ta' għajnuna nazzjonali. Għalhekk id-disposizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw l-għajnuna ta' l-Istat għandhom japplikaw għall-prodotti koperti b'din l-organizzazzjoni tas-suq komuni.

    (18) Bil-ħsieb ta' simplifikazzjoni, il-kumitat li jassisti lill-Kummissjoni għandu ikun il-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-ċereali.

    (19) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6].

    (20) Is-suq intern u d-dazji doganali jistgħu, f'każi eċċezzjonali, ma ikunux adegwati. F'dawk il-każi, sabiex is-suq tal-Komunità ma jitħalliex mingħajr difiża kontra xi tfixkil li jista' jinqala', il-Komunità għandha tkun tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa mingħajr dewmien. Dawk il-miżuri kollha għandhom ikunu konformi ma' l-obbligi internazzjonali tal-Komunità.

    (21) Sabiex jingħata kont ta' l-evoluzzjoni possibbli tal-produzzjoni ta' għalf niexef, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta' evalwazzjoni ta' l-organizzazzjoni tas-suq komuni għall-għalf niexef, tippresenta rapport lill-Kunsill dwar is-settur li jittratta b'mod partikolari ma' l-iżvilupp ta' oqsma ta' għalf leguminuż u aħdar, il-produzzjoni ta' għalf niexef u l-iffrankar tal-karburant tal-fossili miksub. Ir-rapport għandu ikun akkumpanjat, fejn meħtieġ, bi proposti xierqa.

    (22) L-iżpejjeż li jintnefqu mill-Istati Membri bħala riżultat ta' l-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu ffinanzjati mill-Komunità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola [7].

    (23) Minħabba l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni mill-1 ta' Jannar 2005, din l-iskema għandha tapplika mill-1 ta' April 2005,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I DISPOSIZZJONIJIET PRELIMINARI

    Artikolu 1

    L-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef għandha tkun stabbilita u tkun tkopri l-prodotti li ġejjin:

    Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

    (a)ex 1214 10 00 | Smida u boċċi tax-xnien artifiċjalment imnixxfa bis-sħana Smida u boċċi tax-xnien artifiċjalment imnixxfa mod ieħor u mitħuna |

    ex 1214 90 91 uex 1214 90 99 | Xnien, ħuxlief, silla, lupina, ġulbiena uprodotti simili ta' għalf, imnixxfa artifiċjalment bis-sħana,ħlief tiben u kaboċċi tal-għalf u prodotti li ikun fihom tiben Xnien, ħuxlief, silla, lupina, ħulbiena,klil is-sultan, ċiċri u sieq l-għasfur, mod ieħor imnixxfa u mitħuna |

    (b)ex 2309 90 98 | Konċentrati ta' proteini miksuba mis-sugu tax-xnien u mis-sugu tal-ħaxix Prodotti deidrati miksuba esklussivament mir-residwi solidi u suġu li jirriżulta mill-preparazzjoni tal-konċentrati ta' l-ewwel inċiż |

    Artikolu 2

    Is-sena tas-suq għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 għandha tibda fl-1 ta' April u tintemm fil-31 ta'Marzu tas-sena ta' wara.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-miżuri li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003.

    KAPITOLU II GĦAJNUNA

    Artikolu 4

    1. L-għajnuna għandha tingħata għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

    2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, l-għajnuna għandha tiġi ffisata bħala Ewro 33/t.

    Artikolu 5

    1. Kwantità massima garantita (MGQ) għal kull sena tas-suq ta' 4855900 tunnellata metrika għalf deidrat u/jew imnixxef bix-xemx li għaliha tista' tingħata l-għajnuna li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 4(2) hija b'dan stabbilita.

    2. L-għajnuna massima garantita li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 1 għandha titqassam fost l-Istati Membri kif ġej:

    Kwantitajiet nazzjonali garantiti (tunnellati metriċi)

    (tunnellati metriċi) |

    Unjoni Ekonomika Belga-Lussemburgu (BLEU) | 8000 |

    Id-Danimarka | 334000 |

    Il-Ġermanja | 421000 |

    Il-Greċja | 37500 |

    Spanja | 1325000 |

    Franza | 1605000 |

    L-Irlanda | 5000 |

    L-Italja | 685000 |

    L-Olanda | 285000 |

    L-Awstrija | 4400 |

    Il-Portugall | 30000 |

    Il-Finlandja | 3000 |

    L-Isvezja | 11000 |

    Ir-Renju Unit | 102000 |

    Artikolu 6

    Fejn matul sena tas-suq il-volum ta' għalf niexef li għalih tintalab l-għajnuna kif hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 4(2) teċċedi l-kwantità massima garantita stipulata fl-Artikolu 5(1), l-għajnuna li għandha titħallas f'dik is-sena tas-suq għandha titnaqqas f'kull Stat Membru li fih il-produzzjoni teċċedi l-kwantità nazzjonali garantita b'perċentwal fi proporzjon ta' dak l-eċċess.

    It-tnaqqis għandu jiġi ffisat, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), fl-lievll li jassigura li n-nefqa tal-baġit espressa f'ewro ma teċċedix dik li kienet tinkiseb kieku l-kwantità massima garantita ma kienitx inqabżet.

    Artikolu 7

    1. L-impriżi ta' l-ipproċessar li japplikaw għall-għajnuna taħt dan ir-Regolament għandu jkollhom id-dritt ta' ħlas bil-quddiem ta' Ewro 26,40 għal kull tunnellata metrika jekk ikunu ddepożitaw garanzija ta' Ewro 6,60 għal kull tunnellata metrika.

    L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-verifiki meħtieġa biex jivverifikaw id-dritt għall-għajnuna. Malli ikun ġie stabbilit id-dritt l-avvanz għandu jitħallas.

    Madankollu, l-avvanz jista' jitħallas qabel ma ikun ġie stabbilit id-dritt kemm-il darba l-proċessur jiddepożita garanzija ugwali għall-ammont ta' l-avvanz miżjud b'10 %. Il-garanzija għandha wkoll isservi bħala l-garanzija għall-finijiet ta' l-ewwel subparagrafu. Din għandha titnaqqas għall-livell speċifikat fl-ewwel subparagrafu malli ikun ġie stabbilit id-dritt għall-għajnuna u għandha tiġi rilaxxata kollha kemm hi meta l-bilanċ ta' l-għajnuna jitħallas.

    2. Qabel ma ikun jista' jitħallas l-avvanz l-għalf niexef għandu ikun ħalla l-impriża ta' l-ipproċessar.

    3. Fejn ikun tħallas l-avvanz, il-bilanċ li jammonta għad-differenza bejn il-bilanċ ta' l-avvanz u l-għajnuna totali dovuta lill-impriża ta' l-ipproċessar għandha titħallas bla ħsara għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6.

    4. Fejn l-avvanz jisboq it-total li għalih tkun intitolata l-impriża ta' l-ipproċessar wara l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6, il-proċessur għandu fuq talba jirrimborża l-eċċess lill-awtorità lokali kompetenti of l-Istat Membru.

    Artikolu 8

    L-aktar tard sal-31 ta' Mejju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta' għalf niexef li fis-sena ta' qabel kienu eliġibbli għall-għajnuna li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 4(2).

    Artikolu 9

    L-għajnuna li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 4(2) għandha titħallas ma' l-applikazzjoni mill-parti konċernata, fir-rigward ta' l-għalf niexef li ikun ħalla l-impjant ta' l-ipproċessar u li ikun jikkonforma mal-ħtiġiet li ġejjin:

    (a) il-kontenut massimu ta' l-indewwa ikun minn 11 % sa 14 % li jista' jvarja skond il-preżentazzjoni tal-prodott;

    (b) il-kontenut mhux raffinat minimu totali ta' proteini fil-materjal niexef ma jkunx anqas minn:

    (i) 15 % għall-prodotti msemmija fil-punt (a) u t-tieni inċiż tal-punt (b) fl-Artikolu 1;

    (ii) 45 % għall-proditt msemmija fl-ewwel inċiż tal-punt (b) fl-Artikolu 1;

    (ċ) ikun ta' kwalità tajba u ġusta li jista' jinbiegħ.

    Ħtiġiet oħra, b'mod partikolari l-kontenut ta' karoten u fibra, jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

    Artikolu 10

    L-għajnuna li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 4(2) għandha tingħata biss lill-impriżi li jipproċessaw il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li ikunu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) li iżommu rekords tal-ħażniet li ikun fihom ta' l-anqas l-informazzjoni li ġejja:

    (i) il-kwantitajiet ta' għalf aħdar u, fejn japplika, l-għalf imnixxef bix-xemx ipproċessat; madanakollu, fejn iċ-ċirkostanzi partikolari ta' l-impriża hekk jeħtieġu, il-kwantitajiet jistgħu jiġi stmati skond iż-żoni miżrugħa;

    (ii) il-kwantitajiet ta' għalf niexef prodott u l-kwantitajiet, bil-kwalità tagħhom, li jkunu telqu mingħand il-proċessur;

    (b) jipprovdu d-dokumenti l-oħra ta' sostenn meħtieġa għall-verifikazzjoni tad-dritt għall-għajnuna;

    (ċ) ikunu ta' l-anqas jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:

    (i) proċessuri li ikunu kkonkludew kuntratti ma' produtturi għat-tnixxif ta' għalf;

    (ii) impriżi li ikunu pproċessaw l-uċuħ tar-raba tagħhom jew, fil-każ ta' grupp, dawk tal-membri tiegħu;

    (iii) impriżi li ikunu kisbu l-provvisti tagħhom minn persuni naturali jew ġuridiċi li jipprovdu ċerti garanziji li għandhom jiġu stabbiliti u li ikunu kkonkludew kuntratti mal-produtturi ta' għalf għat-tnixxif; dawk ix-xerrejja għandhom ikunu approvati, skond it-termini definiti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-għalf ikun inħasad.

    Artikolu 11

    L-impriżi li jipproċessaw l-uċuh tar-raba proprji tagħhom jew dawk tal-membri tagħhom għandhom kull sena jibgħatu lill-korp kompetenti ta' l-Istat Membru tagħhom, qabel data li għandha tiġi ffissata, dikjarazzjoni taż-żoni li minnhom l-uċuh tar-raba ta' l-għaf għandhom jiġu pproċessati.

    Artikolu 12

    1. Kuntratt kif imsemmi fil-punt (ċ) ta' l-Artikolu 10 għandu jiddikjara mhux biss il-prezz li għandu jitħallas lill-kabbar ta' l-għalf aħdar jew, fejn xieraq, ta' l-għalf imnixxef bix-xemx iżda wkoll ta' l-anqas dan li ġej:

    (a) iż-żona li minnha għandu jitwassal il-wiċċ tar-raba' lill-proċessur;

    (b) it-twassil u t-termini tal-ħlas.

    2. Fejn kuntratt kif imsemmi fil-punt (ċ)(i) ta' l-Artikolu 10 ikun kuntratt b'ordni speċjali għall-ipproċessar ta' għalf imwassal minn produttur, dan għandu ta' l-anqas jispeċifika ż-żona li minna il-wiċċ tar-raba għandu jitwassal u jinkludi klawżola li ikun fiha obbligu li l-impriżi ta' l-ipproċessar iħallsu lill-produttur l-għajnuna li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 4 u riċevuta għall-kwantità pproċessata taħt il-kuntratt.

    Artikolu 13

    1. L-Istati Membri għandhom jintroduċu sistemi ta' spezzjonijiet għall-verifikazzjoni li kull impriża ta' l-ipproċessar tkun ikkonformat ma' dan li ġej:

    (a) il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikoli 1 sa 12;

    (b) li l-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna jikkorrispondu mal-kwantitajiet ta' għalf niexef li jħares il-kwalità minima li titlaq mill-impriżi ta' l-ipproċessar.

    2. L-għalf niexef għandu jintiżen malli jħalli l-impjant ta' l-ipproċessar u jittieħdu kampjuni.

    3. Qabel ma jiġu adottati disposizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-disposizzjonijiet lill-Kummissjoni.

    KAPITOLU III KUMMERĊ MA' PAJJIŻI TERZI

    Artikolu 14

    Kemm-il darba dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju tal-Tariffa Doganali Komuni għandhom jgħoddu għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

    Artikolu 15

    1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tagħha għandhom jgħoddu għall-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1. In-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

    2. Kemm-il darba dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor jew fid-disposizzjonijiet adottati skond dan, dan li ġej għandu jkun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi:

    (a) l-imposizzjoni ta' xi ħlas li ikollu effatt ta' dazju doganali;

    (b) l-applikazzjoni ta' xi restrizzjonijiet kwantitattivi jew xi miżuri li ikollhom effett ekwivalenti.

    Artikolu 16

    1. Jekk minħabba importazzjonijiet jew esportazzjonijiet is-suq tal-Komunità f'xi prodott wieħed jew aktar minn dawk elenkati fl-Artikolu 1 jiġi effettwat jew mhedded bi tfixkil serju li x'aktarx jipperikolu l-ksib ta' l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 33 tat-Trattat, jistgħu jiġu applikati l-miżuri addattati għal kummerċ ma' pajjiżi li ma humiex membri tat-WTO sakkem jieqaf dak it-tfixkil jew theddida.

    2. Jekk tinħoloq is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha fuq talba ta' l-Istat Mmebru jew fuq l-inizjattiva tagħga proprja tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jiġu nnotifikati b'dawk il-miżuri li għandhom ikunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tliet ijiem utli wara li tirċievi t-talba.

    3. Il-miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jiġu riferuti mill-Kunsill minn Xtat Membru fi żmien tlett ijiem utli mid-data li fiha kien ġie nnotifikat. Il-Kunsill għandu jiltaqa' mingħajr dewmien. Huwa jista' waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew iħassar il-miżura in kwistjoni fi żmien xahar mid-data li fiha kienet riferita lill-Kunsill.

    4. Id-disposizzjonijiet adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati wara li jingħata kont ta' l-obbligi li jirriżultaw mill-patti ta' ftehim konklużi skond l-Artikolu 300(2) tat-Trattat.

    KAPITOLU IV DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 17

    Kemm-il darba dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom jgħoddu għall-produzzjoni fi u l-kummerċ tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 18

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [8], hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat".

    2. Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu.

    Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat bħala wieħed ta' xahar.

    3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta' Proċedura.

    Artikolu 19

    Il-Kumitat jista' jikkunsidra kull kwistjoni mqajjma mill-president tiegħu, jew fuq l-inizjattiva proprja tiegħu jew fuq it-talba ta' rappreżentant ta' Stat Membru.

    Artikolu 20

    Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), b'mod partikolari dwar:

    (a) l-għoti ta' l-għajnuna li hekk provvediment dwarha fl-Artikolu 4 u l-avvanzi li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 7;

    (b) il-verifikazzjoni u l-istabbiliment tad-dritt għall-għajnuna, inklużi kull kontrolli meħtieġa, li dawn kollha jistgħu jagħmlu użu minn ċerti elemanti tas-sistema integrata;

    (ċ) jirrilaxxa l-garanziji ndikati fl-Artikolu 7(1);

    (d) il-kriterji għall-istabbiliment ta' l-istandards imsemmija fl-Artikolu 9;

    (e) il-kondizzjonijiet li għandhom jitħarsu mill-impriżi kif stipulati fil-punt (ċ)(ii) fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 11;

    (f) il-miżuri ta' kontroll li għandhom jitwettqu msemmija fl-Artikolu 13(2);

    (g) il-kriterji li għandhom jitħarsu għall-konklużjoni ta' kuntratti kif imsemmija fl-Artikolu 10 u l-informazzjoni li għandu ikun fihom, b'żieda mal-kriterji preskritt fl-Artikolu 12;

    (h) l-applikazzjoni tal-kwantità massima garantita (MGQ) kif imsemmija fl-Artikolu 5(1).

    Artikolu 21

    Miżuri transitorji jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

    Artikolu 22

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri li jieħdu sabiex japplikaw dan ir-Regolament.

    Artikolu 23

    Qabel it-30 ta' Settembru 2008 il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta' l-evalwazzjoni ta' l-organizzazzjoni tas-suq komuni fl-għalf niexef, tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar dan is-settur li jkun jittratta b'mod partikolari ma' l-iżvilupp taż-żoni ta' għalf leguminuż u għalf aħdar ieħor, il-produzzjoni ta' għalf niexef u l-iffrankar ta' karburanti tal-fossili miksub. Ir-rapport għandu ikun akkumpanjat, fejn meħtieġ, bi proposti xierqa.

    Artikolu 24

    Ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u d-disposizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni tiegħu għandhom jgħoddu għall-ispiża magħmula mill-Istati Membri fit-twettiq ta' l-obbligi taħt dan ir-Refolament.

    Artikolu 25

    Ir-Regolament (KE) Nru. 603/95 huwa hawnhekk imħassar.

    Kull referenzi magħmula għar-Regolament imħassar għandhom jiftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness.

    Artikolu 26

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu jgħodd mill-1 ta' April 2005.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Settembru 2003.

    Għall-Kunsill

    G. Alemanno

    Il-President

    [1] Opinjoni mogħtija fil-5 ta’ Ġunju 2003 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] ĠU C 208, tat-3.9.2003, pġ. 41.

    [3] Opinjoni mogħtija fit-2 ta’ Lulju 2003 (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [4] ĠU L 63, tal-21.3.1995, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, pġ. 1).

    [5] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23.

    [7] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ. 103.

    [8] Ara paġna 78 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    TABELLA TA' KORRELAZZJONI

    Regolament (KE) Nru 603/95 | Dan ir-Regolament |

    L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

    L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2 |

    – | L-Artikolu 3 |

    L-Artikolu 3 | L-Artikolu 4 |

    L-Artikolu 4 | L-Artikolu 5 |

    L-Artikolu 5 | L-Artikolu 6 |

    L-Artikolu 6 | L-Artikolu 7 |

    L-Artikolu 7 | L-Artikolu 8 |

    L-Artikolu 8 | L-Artikolu 9 |

    L-Artikolu 9 | L-Artikolu 10 |

    L-Artikolu 10 | L-Artikolu 11 |

    L-Artikolu 11 | L-Artikolu 12 |

    L-Artikolu 12 | L-Artikolu 13 |

    L-Artikolu 13 | L-Artikolu 14 |

    L-Artikolu 14 | L-Artikolu 15 |

    L-Artikolu 15 | L-Artikolu 16 |

    L-Artikolu 16 | L-Artikolu 17 |

    L-Artikolu 17(1)—(4) | L-Artikolu 18 |

    L-Artikolu 17(5) | L-Artikolu 19 |

    L-Artikolu 18(a) | L-Artikolu 20 |

    L-Artikolu 18(b) | L-Artikolu 21 |

    L-Artikolu 19 | L-Artikolu 22 |

    L-Artikolu 20 | L-Artikolu 24 |

    L-Artikolu 21 | L-Artikolu 25 |

    --------------------------------------------------

    Top