This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R1408
Commission Regulation (EC) No 1408/2003 of 7 August 2003 derogating, for the marketing year 2003/2004, from Regulation (EC) No 2316/1999 as regards the use of land set aside in certain Member States
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1408/2003 tas-7 ta’ Awissu 2003 li jidderoga, għas-sena tas-suq 2003/2004, mir-Regolament (KE) Nru 2316/1999 rigward l-użu ta’ l-art imserrħa f’ċerti Stati Membri
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1408/2003 tas-7 ta’ Awissu 2003 li jidderoga, għas-sena tas-suq 2003/2004, mir-Regolament (KE) Nru 2316/1999 rigward l-użu ta’ l-art imserrħa f’ċerti Stati Membri
ĠU L 201, 8.8.2003, p. 5–7
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2004
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogation | 31999R2316 | Deroga | artikolu 19.2 | 18/07/2003 | |
Derogation | 31999R2316 | Deroga | artikolu 19.3 | 18/07/2003 |
Official Journal L 201 , 08/08/2003 P. 0005 - 0007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1408/2003 tas-7 ta’ Awissu 2003 li jidderoga, għas-sena tas-suq 2003/2004, mir-Regolament (KE) Nru 2316/1999 rigward l-użu ta’ l-art imserrħa f’ċerti Stati Membri IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti wċuh tar-raba maħrut [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1038/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/1999 tat-22 ta’ Ottubru 1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti wċuh tar-raba maħrut [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1035/2003 [4], jistabbilixxi ċerti kondizzjonijiet li fuqhom jiġu konċessi l-ħlasijiet skond iż-żona għal ċerti prodotti tar-raba maħrut. Skond l-Artikolu 19(2) u (3) tar-Regolamenmt (KE) Nru 2316/1999, iż-żoni mserrħa jridu jibqgħu hekk għal perjodu taż-żmien li jibda l-iktar tard fil-15 ta’ Jannar u jispiċċa l-iktar bikri fil-31 ta’ Awissu u, għajr fejn ipprovvdut xorta oħra, ma jistgħu jintuża għall-produzzjoni agrikola għall-ebda għan ta’ qligħ. (2) F’dawn l-aħħar xhur ċerti reġjuni fil-Komunità esperjenzaw nifxa kbira, li affettwat b’mod gravi l-provvista tal-għalf aħdar u esponiet lill-bdiewa tal-bhejjem tar-rziezet telf qawwi ta’ dħul minħabba li kienu mġiegħla jbigħu il-merħliet tagħhom meta ma kienx disponibbli l-għalf normali tagħhom. (3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1360/2003 li, għas-sena tas-suq 2003/2004, jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 2316/1999 rigward l-użu ta’ l-art imserrħa f’ċerti reġjuni tal-Komunità [5] jawtorizza l-użu bil-għan tal-għalf tal-bhejjem ta’ l-art iddikjarata mserrħa f’dawn ir-reġjuni. Imma ġaladarba l-kondizzjonijiet tan-nixfa nfirxu għal reġjuni oħra tal-Komunità huwa mixtieq li jinstabu riżorsi addizzjonali ta’ għalf qabel il-ħarifa. (4) Ġaladarba taħt il-konizzjonijiet eċċezzjonali preżenti tat-temp id-disponibbiltà tal-provvista tal-għalf tibqa’ imprevedibbli ħafna, għandha tiġi mdaħħla b’urġenza deroga ġdida mir-Regolament (KE) Nru 2316/1999 li biha l-Istati Membri affettwati jistgħu jippermettu li l-art imserrħa mill-uċuħ tar-raba maħrut tintuża għall-għanijiet tal-għalf tal-bhejjem qabel ma jiskadi l-perjodu taż-żmien tas-serħan skond it-termini u l-kriterji ffissati minnhom. Madankollu, dawn ir-regoli jridu li ma jippermettux mod effettiv kull utilizzazzjoni ta’ din l-art għall-qligħ. (5) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Bħala deroga mill-Artikolu 19(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 2316/1999, L-Istati Membri jistgħu jippermettu, fir-reġjuni tal-Komunità mhux elenkati fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1360/2003, li l-art iddikjarata bħala mserrħa għas-sena tas-suq 2003/2004 tintuża għall-għanijiet tal-għalf tal-bhejjem skond it-termini u l-kriterji ffissati minnhom. 2. L-Istati Membri interessati għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw illi l-art imserrħa indikata fil-paragrafu 1 ma tintużax għal għanijiet ta’ qligħ, u b’mod partikolari li ma tiġi konċessa l-ebda għajnuna għall-produzzjoni tal-għalf niexef skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 603/95 [6] rigward l-uċuh minnha. Artikolu 2 L-Istati Membri elenkati fl-Anness għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjoni bil-miżuri li jadottaw skond dan ir-Regolament. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu jibda japplika b’effett mit-18 ta’ Lulju 2003. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ Awissu 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1. [2] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 16. [3] ĠU L 280, tat-30.10.1999, p. 43. [4] ĠU L 150, tat-18.6.2003, p. 24. [5] ĠU L 194, ta’ l-1.8.2003, p. 35. [6] ĠU L 63, tal-21.3.1995, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Il-Belġju Il-Ġermanja Spanja Franza L-Italja Il-Lussemburgu L-Awstrija Il-Portugall --------------------------------------------------